31977D0412



Official Journal L 149 , 17/06/1977 P. 0017 - 0017
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0085
Greek special edition: Chapter 02 Volume 3 P. 0097
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0085
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 3 P. 0195
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 3 P. 0195


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

ta' l-14 ta' Ġunju 1977

li tikkonċerna l-aċċettazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ko-operazzjoni Doganali tat-18 ta' Ġunju 1976 li temenda n-Nomenklatura tal-Klassifikazzjoni ta' l-Oġġetti fit-Tariffi Doganali

(77/412KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 28 u 113 li tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi d-disa' Stati Membri huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Brussel tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-Nomenklatura tal-Klassifikazzjoni ta' l-Oġġetti fit-Tariffi Doganali; billi t-Tariffa Komuni Doganali hija bbażata fuq dik in-Nomenklatura;

Billi l-Kunsill tal-Ko-operazzjoni Doganali jista' jirrakkomanda lill-Partijiet Kontraenti emendi għall-Konvenzjoni u għalhekk għan-Nomenklatura li tifforma parti minnha; billi fit-18 ta' Ġunju 1976 dan il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni biex jemenda n-Nomenklatura;

Billi taħt din il-Konvenzjoni l-Ministeru Belġjan ta' l-Affarijiet Barranin ikkomunika t-test ta' kull abbozz ta' emenda rrakkomandata lill-Partijiet kollha Kontraenti u lill-ġvernijiet ta' l-Istati l-oħra kollha firmatarji jew li se jingħaqdu u t-test jitqies li jkun aċċettat jekk ma jkollux xi oġġezzjoni minn xi Parti Kontraenti fi żmien sitt xhur mid-data tal-komunikazzjoni; billi jekk l-ebda oġġezzjoni ma tintlaqa' l-emenda tidħol fis-seħħ sitt wara li jiskadi dk il-perjodu u t-tariffi doganali tal-Partijiet kollha Kontraenti gġandhom jiġu allinejati man-Nomenklatura fit-tmiem tal-perjodu ta' l-aħħar;

Billi l-Ministeru Belġjan ta' l-Affarijiet Barranin ikkomunika t-test tar-rakkomandazzjoni tat-18 ta' Ġunju 1976 lill-Partijiet Kontraenti fl-20 ta' Diċembru 1976, li għandha tidħol fis-seħħ mill-31 ta' Diċembru 1976; billi bħala konsegwenza r-rakkomandazzjoni titqies li tkun aċċettata fl-1 ta' Lulju 1977 jekk sadanittant ma ltaqatx ma' l-ebda oġġezzjoni fuq kollha jew fuq parti minnha;

Billi m'hemm l-ebda oġġezzjoni x'issir għal xi parti mir-rakkomandazzjoni,

IDDECIDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ko-operazzjoni Doganali tat-18 ta' Ġunju 1976 biex temenda n-Nomenklatura tal-Klassifikazzjoni ta' l-Oġġetti fit-Tariffi Doganali hija hawnhekk aċċettata għall-applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 1978.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Benn

--------------------------------------------------