|
18.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/122 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/444
tat-28 ta’ Ġunju 2021
dwar l-iskema ta’ għajnuniet mill-istat SA.49414 (2020/C) (ex 2019/NN) implimentata minn Franza għall-operaturi tal-infrastrutturi ta’ ħażna ta’ gass naturali
(notifikata bid-dokument C(2021) 4494)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
wara li stiednet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom f’konformità mal-artikoli msemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz tal-ittra tat-23 ta’ Ottubru 2017, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-riforma ppjanata tal-qafas legali u regolatorju applikabbli għall-ħażna tal-gass naturali (“ir-riforma”). L-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw minn qabel dan l-abbozz fit-23 ta’ Novembru 2017 u, wara l-adozzjoni tar-riforma mill-Parlament Franċiż, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni infurmat lil Franza li kienet iddeċidiet li tibda (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“il-proċedura ta’ investigazzjoni formali”) fir-rigward ta’ din il-miżura. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni. |
|
(4) |
Fil-qafas tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet ikkonċernati. Hija bagħtithom lill-awtoritajiet Franċiżi, u tathom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom. L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Awwissu 2020. |
|
(5) |
L-awtoritajiet Franċiżi ressqu informazzjoni addizzjonali fil-21 ta’ Settembru 2020, fis-26 ta’ Jannar 2021, fil-15 ta’ Marzu 2021 u fl-10 ta’ Mejju 2021. |
2. IL-KUNTEST TAL-MIŻURA
2.1. Il-ħażna tal-gass naturali fi Franza
|
(6) |
L-infrastrutturi tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art jippermettu li jinbnew ħażniet ta’ gass naturali konnessi man-netwerk ta’ trażmissjoni. Huma involuti fil-ġestjoni tal-flussi fuq in-netwerk. |
|
(7) |
Minn naħa, il-ħażna tintuża bħala mezz biex jiġi żgurat bilanċ bejn l-ammont ta’ gass naturali fin-netwerk u l-ammont ta’ gass naturali kkunsmat, pereżempju fil-każ ta’ interruzzjoni fil-provvista jew domanda massima marbuta ma’ perjodu kiesaħ fix-xitwa. Min-naħa l-oħra, il-ħażna tippermetti, flimkien mal-pipelines tal-gass u l-kompressuri, li jiġu żgurati servizzi ta’ trasport fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni, b’mod partikolari f’każ ta’ konġestjoni. |
|
(8) |
L-operaturi tal-ħażna għandhom joffru kapaċitajiet ta’ ħażna lill-fornituri tal-gass naturali fis-swieq bl-imnut u bl-ingrossa kif ukoll lill-operaturi tan-netwerk ta’ trażmissjoni. Il-propensità tal-fornituri tal-gass naturali li jħallsu għall-kapaċitajiet tal-ħażna hija qrib ħafna tad-differenza fil-prezz tal-bejgħ tal-gass naturali bejn is-sajf u x-xitwa (“firxa”). Il-livell tal-produzzjoni tal-gass naturali huwa relattivament stabbli matul is-sena, filwaqt li l-konsum tal-gass naturali jvarja ħafna skont it-temperatura. |
|
(9) |
Fi Franza hemm erbatax-il faċilità ta’ ħażna, li ħdax minnhom huma operattivi (2), u hemm tliet operaturi tal-ħażna:
|
|
(10) |
Mill-2009 ’l quddiem, il-varjazzjonijiet staġjunali fil-prezzijiet tal-gass naturali naqsu. Sal-2011, il-firxa kienet għolja biżżejjed biex tħeġġeġ lill-fornituri jissottoskrivu għall-kapaċitajiet kollha ta’ ħażna tal-gass naturali. Mill-2011 ’il quddiem, il-firxa ma baqgħetx biżżejjed biex tkopri l-prezz tal-ħażna offrut mill-operaturi (firxa ta’ EUR 1,5 sa2/MWh għal prezz ta’ EUR 6 sa 7/MWh). B’riżultat ta’ dan, il-kapaċità tal-ħażna ma kinitx ġiet sottoskritta kompletament mill-2010 sal-2011, tliet siti bdew jiġu operati b’rata mnaqqsa (“f’riżerva”) fl-2014 u fl-2015, filwaqt li r-rata ta’ abbonament tal-infrastrutturi tal-ħażna operattivi laħqet it-63 % bejn l-2017 u l-2018. |
2.2. Qafas legali u regolatorju
|
(11) |
Biex tiżgura s-sigurtà tal-forniment, Franza inizjalment introduċiet digriet fl-2014 biex issaħħaħ l-obbligi tal-fornituri tal-gass naturali li jibnu ħażniet ta’ gass naturali (3). Sussegwentement, Franza qieset li din is-sistema kellha diversi nuqqasijiet u xi fornituri tal-gass naturali ppreżentaw rikors biex jikkontestaw il-legalità tad-Digriet tal-2014. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, Franza ddeċidiet li tintroduċi miżura adattata li hija s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni (“il-miżura inkwistjoni”). |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi l-possibbiltà li Stat Membru jimplimenta regolament tal-infrastrutturi tal-ħażna. Il-ħażna tal-gass naturali hija wkoll parti mill-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-regolament, b’mod partikolari l-obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment lill-klijenti nazzjonali filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali. |
3. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA INKWISTJONI U RAĠUNIJIET SABIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA
3.1. L-għan tal-mekkaniżmu
|
(13) |
Il-mekkaniżmu regolatorju għandu l-għan li jiżgura t-tħaddim kontinwu tal-infrastrutturi tal-ħażna meħtieġa biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fit-territorju Franċiż fuq perjodu ta’ żmien medju u twil. |
|
(14) |
B’mod partikolari, il-mekkaniżmu regolatorju għandu l-għan li jiżgura l-kapaċità tan-netwerk li jlaħħaq mad-domanda, b’mod partikolari matul l-aktar perjodi kesħin, u li jiżgura s-servizz ta’ trażmissjoni fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, b’mod partikolari fil-każ ta’ konġestjoni. |
3.2. Bażi legali
|
(15) |
Il-mekkaniżmu regolatorju tal-infrastrutturi essenzjali għall-ħażna tal-gass naturali ġie introdott fil-Kodiċi tal-Enerġija permezz tal-Liġi Nru 2017-1839 tat-30 ta’ Diċembru 2017 (6) (“loi Hydrocarbures”, il-Liġi dwar l-Idrokarburi), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018. |
|
(16) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 12 tal-Liġi dwar l-Idrokarburi jipprevedi li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju huwa ddeterminat mill-ipprogrammar pluriennali tal-enerġija (“PPE”), imsemmi fl-Artikolu L. 141-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija. Il-PPE jiġi adottat b’digriet wara konsultazzjoni ma’ diversi korpi konsultattivi u rivedut mill-inqas kull ħames snin għal żewġ perjodi ta’ ħames snin. Għall-perjodu 2019-2028, il-PPE huwa stabbilit bid-Digriet Nru 2020-456 tal-21 ta’ April 2020 (“Digriet Nru 2020-456 dwar il-PPE”). |
|
(17) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 12 tal-Liġi dwar l-Idrokarburi jipprevedi li l-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija Franċiża (“CRE”) għandha tistabbilixxi ċerti kundizzjonijiet tal-mekkaniżmu regolatorju, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-irkanti tal-kapaċità tal-ħażna, id-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna u l-kundizzjonijiet tal-ġbir ta’ dak id-dħul permezz tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kapaċità u t-tariffi għall-użu tan-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u l-ħlas lura tagħhom lill-operaturi tal-ħażna (ara l-premessi (20) sa (22)). |
3.3. Funzjonament ġenerali tal-mekkaniżmu
|
(18) |
Il-mekkaniżmu regolatorju għall-ħażna tal-gass naturali adottat fi Franza fl-2017 huwa bbażat fuq tliet prinċipji. |
|
(19) |
L-ewwel nett, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu jikkorrispondi għall-infrastrutturi ta’ ħażna taħt l-art meħtieġa biex tiġi garantita s-sigurtà tal-forniment fit-territorju Franċiż fuq perjodu ta’ żmien medju u twil (7) (“l-infrastrutturi essenzjali tal-ħażna”). Il-lista ta’ dawn l-infrastrutturi essenzjali hija stabbilita fid-Digriet dwar il-PPE. Dawn għandhom jinżammu funzjonanti mill-operaturi li joperawhom (8). |
|
(20) |
It-tieni nett, il-kapaċità tal-infrastrutturi essenzjali tal-ħażna tiġi rkantata f’konformità mal-ftehimiet stabbiliti mis-CRE (9). L-irkantijiet għandhom ikunu miftuħa għal kwalunkwe fornitur stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni jew fi Stat ieħor b’awtorizzazzjoni ta’ forniment biex jintervjeni fis-suq Franċiż tal-forniment bl-imnut jew bl-ingrossa. Minn Jannar tal-2018, 213-il fornitur Franċiż jew barrani kellhom tali awtorizzazzjoni. Id-dħul mill-irkant jinġabar direttament mill-operaturi tal-ħażna. |
|
(21) |
It-tielet, l-operaturi tal-infrastrutturi essenzjali tal-ħażna jibbenefikaw minn garanzija li l-ispejjeż tagħhom ikunu koperti sa fejn jikkorrispondu għal dawk ta’ “operatur effiċjenti” (10). Bħala tali, huma jirċievu dħul irregolat iddefinit mis-CRE (iktar ’il quddiem “dħul awtorizzat”). Jekk id-dħul li jirċievu direttament mill-klijenti tagħhom ikun anqas mill-introjtu awtorizzat tagħhom, l-operaturi tal-ħażna jirċievu kumpens ugwali għad-differenza bejn l-introjtu awtorizzat tagħhom u d-dħul miġbur (ara l-premessa (89)). Dan il-kumpens jiġġarrab mit-trasportaturi tal-gass naturali fuq il-bażi tal-portafoll tagħhom ta’ klijenti li ma jistgħux jiġu interrotti u li ma ddikjarawx lilhom infushom ħielsa mir-riskju li huma konnessi man-netwerk pubbliku ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (ara l-premessi (104) u (105)). Il-kumpens jinġabar mill-operatur tan-netwerk ta’ trażmissjoni skont terminu ddedikat fi ħdan it-tariffa għall-użu tan-netwerk ta’ trażmissjoni (tariffa “ATRT”) u mbagħad jiġi trasferut lill-operaturi tal-ħażna. |
|
(22) |
Min-naħa l-oħra, jekk id-dħul tal-operaturi tal-ħażna jaqbeż l-introjtu awtorizzat tagħhom, l-operaturi tal-ħażna iridu jħallsu l-eċċess permezz tat-tariffa għall-użu tan-netwerk ta’ trażmissjoni (ara l-premessa (90)). |
3.4. Kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju
|
(23) |
Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi, il-metodu ta’ identifikazzjoni tal-infrastrutturi essenzjali tal-ħażna jikkonsisti fid-determinazzjoni, minn naħa, tal-infrastrutturi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kapaċità tan-netwerk li jissodisfa d-domanda u, min-naħa l-oħra, l-infrastrutturi meħtieġa biex jiġi pprovdut is-servizz ta’ trasport fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali. |
3.4.1. L-infrastrutturi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kapaċità tan-netwerk li jissodisfa d-domanda fil-każ ta’ perjodi ta’ kesħa kbira
|
(24) |
Il-livell ta’ sigurtà tal-forniment mistenni mis-sistema tal-gass huwa stabbilit fl-Artikolu R. 121-4 tal-Kodiċi tal-Enerġija. L-għan huwa li jiġi żgurat il-forniment lill-konsumaturi kollha li ma jkunux aċċettaw kuntrattwalment forniment li x’aktarx jiġi interrott f’kundizzjonijiet ta’ temp partikolarment kiesaħ bħal dak li statistikament iseħħ darba kull 50 sena. |
|
(25) |
L-identifikazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa biex tiġi żgurata l-kapaċità tan-netwerk biex tissodisfa d-domanda hija bbażata fuq il-ħidma mwettqa mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, li jqabblu d-domanda għall-gass naturali f’livelli massimi kesħin ta’ bejn jum u 30 jum u l-kapaċità tal-forniment tal-gass naturali, b’mod partikolari permezz ta’ interkonnetturi u terminali tal-gass naturali likwifikat (“LNG”). |
3.4.1.1.
|
(26) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi eżaminaw ħames xenarji rigward l-evoluzzjoni tal-konsum tal-gass naturali mistenni matul l-10 snin li ġejjin, minbarra l-produzzjoni tal-elettriku. Ir-rati ta’ tnaqqis previsti jvarjaw minn -2 % sa -18 % meta mqabbla mas-sena ta’ referenza 2012. L-awtoritajiet Franċiżi finalment assumew tnaqqis ta’ 2 % fil-konsum tal-gass naturali, minbarra l-produzzjoni tal-elettriku. |
|
(27) |
It-tieni nett, il-konsum medju ta’ kuljum tal-gass naturali, minbarra l-produzzjoni tal-elettriku, f’perjodu ta’ kesħa kbira, kien stmat għal madwar 3 640 GWh/d fl-2025, eskluż il-konsum ta’ gass naturali b’valur kalorifiku baxx (“gass B”). Barra minn hekk, il-konsum tal-gass naturali għall-produzzjoni tal-elettriku f’perjodu ta’ kesħa kbira ġie stmat għal 310 GWh/d. |
|
(28) |
L-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw ukoll is-sehem interrompibbli tad-domanda għall-gass naturali, jiġifieri l-konsumaturi li kkonkludew kuntratt ta’ interruzzjoni mal-operatur tan-netwerk li miegħu huma konnessi. F’dan ir-rigward, fiż-żmien tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju, il-miżuri ta’ interruzzjoni f’każ ta’ perjodu ta’ kesħa kbira kienu għadhom qed jiġu definiti. L-awtoritajiet Franċiżi żammew potenzjal ta’ interruzzjoni ta’ 138 GWh/d. |
|
(29) |
L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li t-tnaqqis tat-tagħbija huwa miżura ta’ kontinġenza f’każ ta’ kriżi fil-forniment u mhux mekkaniżmu ta’ flessibbiltà. Għal din ir-raġuni, it-tnaqqis tat-tagħbija ma ġiex ikkunsidrat fl-istima tad-domanda għall-gass naturali matul l-akbar perjodi ta’ kesħa. |
|
(30) |
Barra minn hekk, ġie kkunsidrat li l-konsum medju f’perjodu qasir ta’ kesħa kbira huwa ogħla mill-konsum medju f’perjodu ta’ kesħa kbira itwal. |
|
(31) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi ħadu inkunsiderazzjoni t-tnaqqis gradwali fl-użu tal-gass B, fid-dawl ta’ programm ta’ konverżjoni, favur il-gass naturali b’valur kalorifiku għoli (“gass H”), li bħalissa jirrappreżenta 90 % tal-gass naturali kkunsmat fi Franza. L-operazzjoni ta’ konverżjoni bdiet fl-2018 u għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-2028. L-awtoritajiet Franċiżi jistmaw li d-domanda għall-gass B ikkonvertit f’gass H se tkun ta’ 180 GWh/d fl-2025. |
|
(32) |
Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi stmaw id-domanda globali għall-gass naturali f’perjodu ta’ kesħa kbira ta’ erbat ijiem fl-2025 għal madwar 4 000 GWh/d. |
3.4.1.2.
|
(33) |
Fir-rigward tal-kapaċità ta’ forniment tal-gass naturali, l-awtoritajiet Franċiżi wettqu stimi li jqisu l-interkonnetturi, il-forniment tal-LNG permezz tat-terminali tal-metan u l-prestazzjoni tal-ħażniet tal-gass naturali. |
|
(34) |
L-ewwel nett, għall-interkonnetturi, l-istimi tal-kapaċitajiet kostanti, ibbażati fuq l-ipoteżi ta’ użu ta’ 100 % tal-kapaċitajiet ta’ interkonnettur tal-gass H, jammontaw għal 1 780 GWh/d fid-direzzjoni tal-importazzjonijiet u 425 GWh/d fid-direzzjoni tal-esportazzjonijiet (11). L-importazzjonijiet netti ta’ gass H permezz ta’ pipelines tal-gass huma stmati għal 1 355 GWh/d. |
|
(35) |
L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li t-tisħiħ tan-netwerk tal-gass u tal-interkonnetturi jaf jirrappreżenta spiża sinifikanti (12), b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastrutturi tal-ħażna eżistenti. Fi kwalunkwe każ, dan it-tip ta’ infrastruttura ma jkunx disponibbli fuq perjodu ta’ żmien medju minħabba ħinijiet twal ta’ kostruzzjoni. |
|
(36) |
It-tieni nett, fil-każ tal-forniment tal-LNG, l-erba’ terminali tal-metan ta’ Franza għandhom kapaċità totali ta’ rilaxx fin-netwerk ta’ 1 160 GWh/d (13). Madankollu, dawn il-kapaċitajiet jistgħu jiġu mobilizzati biss skont id-disponibbiltà tal-LNG fit-tankijiet tat-terminali tal-metan. L-awtoritajiet Franċiżi qiesu li għal periklu bħal perjodu ta’ kesħa kbira ta’ inqas minn 10 ijiem, l-istokk tat-tank tal-LNG biss seta’ jiġi rilaxxat. Min-naħa l-oħra, għal aktar minn 10 ijiem, merkanziji tal-LNG jistgħu jiġu kkonsenjati u t-terminali tal-metan jistgħu jintużaw sal-massimu tal-kapaċità tagħhom. Intgħażlu żewġ xenarji skont il-livell medju tal-istokk tal-LNG osservat fit-tankijiet: fl-agħar xitwa (xenarju 1) u fl-aħjar kundizzjonijiet fix-xitwa (xenarju 2). |
|
(37) |
Iż-żewġ xenarji jikkorrispondu għal livell ta’ użu tat-terminali tal-metan ogħla mil-livell medju ta’ użu matul ix-xtiewi mill-2011 sal-2018. Fl-aħħar nett, Franza kkunsidrat ix-xenarju 1 u stmat li l-potenzjal ta’ rilaxx tat-terminali tal-metan kien ta’ 330 GWh/d f’punt ta’ kesħa kbira ta’ erbat ijiem. |
|
(38) |
L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li t-terminali ta’ likwefazzjoni eżistenti joperaw f’livell qrib il-kapaċità massima tagħhom sabiex jikkumpensaw l-ispiża sinifikanti tal-investiment. Barra minn hekk, it-total kważi kollu tal-merkanzija tal-LNG huwa suġġett għal kuntratti fit-tul minħabba l-intensità tal-kapital ta’ dawn il-proġetti u għalhekk ikun diġà mibjugħ qabel il-produzzjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-ispiża aktar baxxa tal-ħażna tal-gass naturali f’forma ta’ gass tispjega l-iżvilupp baxx tal-ħażna tal-LNG madwar id-dinja. Għalhekk, il-kwantitajiet ta’ LNG disponibbli għal żmien qasir huma baxxi. |
|
(39) |
It-tielet nett, fir-rigward tal-prestazzjoni tal-ħażniet ta’ gass naturali taħt l-art, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-isfruttament tal-akwiferi, li jirrappreżentaw 90 % tal-infrastruttura tal-ħażna fi Franza, jinvolvi l-mili tagħhom f’livell għoli biżżejjed u t-tbattil tagħhom f’livell baxx biżżejjed kull sena. Barra minn hekk, il-volum li jista’ jitneħħa mill-infrastruttura tal-ħażna jonqos hekk kif l-istokk jonqos. |
|
(40) |
Sa fejn, minn naħa, matul id-disa’ xtiewi li ppreċedew l-analiżi ta’ Franza, ir-rata medja ta’ tal-infrastrutturi tal-ħażna kien ta’ 42 % fl-1 ta’ Frar u, min-naħa l-oħra, 85 % tal-perjodi ta’ kesħa kbira osservati matul l-aħħar 70 sena bdew qabel il-5 ta’ Frar, l-awtoritajiet Franċiżi assumew li rata ta’ estrazzjoni flimkien mal-mili ta’ 45 % tal-volum utli huma disponibbli fuq kull infrastruttura tal-ħażna fil-bidu ta’ perjodu ta’ kesħa kbira. |
|
(41) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu l-istokk ta’ emerġenza li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass naturali għandhom jibnu sabiex jiżguraw il-forniment tal-aħħar rikors lis-servizzi soċjali essenzjali f’każ ta’ falliment tal-fornitur tagħhom, jiġifieri rata ta’ estrazzjoni ta’ 124 GWh/d għall-mili sa volum utli ta’ 45 %. |
|
(42) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-assunzjonijiet kollha, l-awtoritajiet Franċiżi identifikaw, għall-perjodu bejn l-2019 u l-2025, rekwiżit annwali ta’ infrastrutturi tal-ħażna b’volum utli ta’ 138,5 TWh u rata ta’ estrazzjoni ta’ 2 376 GWh/d għall-mili sa 45 % tal-volum utli sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tan-netwerk li jissodisfa d-domanda f’perjodu ta’ kesħa kbira (14). |
3.4.2. L-infrastrutturi meħtieġa biex jiġi żgurat is-servizz ta’ trażmissjoni fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali
|
(43) |
L-awtoritajiet Franċiżi identifikaw ukoll l-infrastrutturi tal-ħażna meħtieġa biex jiġi żgurat il-forniment fit-territorju kollu fid-dawl tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni tan-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali. Għal dan il-għan, huma eżaminaw id-diversi sitwazzjonijiet ta’ konġestjoni fin-netwerk ta’ trażmissjoni. |
|
(44) |
L-operaturi tan-netwerk ta’ trażmissjoni (“TSOs”) identifikaw l-aktar xenarju probabbli ta’ konġestjoni, li jikkorrispondi għas-sitwazzjoni ta’ dak iż-żmien f’kuntest tas-suq fejn il-fornituri jfittxu li jimmassimizzaw l-importazzjonijiet tal-gass naturali min-Norveġja u r-Russja, skont l-awtoritajiet Franċiżi, li bħalissa huma l-aktar sorsi kompetittivi ta’ gass naturali fl-Ewropa, u li jnaqqsu l-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat li għalih jistgħu jinkisbu valutazzjonijiet ogħla fl-Asja. F’din is-sitwazzjoni, x’aktarx li jiġu osservati erba’ limiti operattivi ewlenin (ara l-istampa 1 hawn taħt).
Stampa 1: Limitazzjonijiet operattivi ewlenin li jistgħu jiġu osservati fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni meta l-fornituri jfittxu li jimmassimizzaw l-injezzjonijiet tal-gass naturali mill-Grigal ta’ Franza |
|
(45) |
Il-metodoloġija tqis il-fatt li l-fornituri tal-gass naturali jeħtieġu ħażniet tal-LNG sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw id-domanda tal-konsumaturi, iżda l-fornituri ma għandhom l-ebda restrizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-post tal-ħażniet tal-LNG bejn l-erba’ terminali tal-metan ta’ Franza. |
|
(46) |
Fejn tintlaħaq ir-restrizzjoni, wieħed jassumi li l-operaturi tan-netwerk ta’ trażmissjoni inizjalment jużaw il-kapaċitajiet interrompibbli tal-interkonnetturi biex jindirizzaw il-problema tal-konġestjoni. Meta l-konġestjoni tippersisti, huwa nnotat l-ammont ta’ gass naturali li jeħtieġ li jitneħħa mill-infrastrutturi tal-ħażna taħt l-art li jinsabu ’l isfel mill-front tal-konġestjoni. |
|
(47) |
Dan ix-xogħol jagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti l-ħażniet taħt l-art tal-gass naturali meħtieġa ’l isfel minn kull front tal-konġestjoni sabiex ikun jista’ jiġi garantit is-servizz tat-trasport fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali. |
|
(48) |
L-applikazzjoni ta’ dan il-metodu għax-xitwa 2018/2019, għall-fronti ewlenin tal-konġestjoni li jistgħu jiġu osservati meta l-fornituri jfittxu li jimmassimizzaw l-injezzjonijiet tal-gass naturali mil-Lvant ta’ Franza, twassal għal stima tal-ħtieġa għal ħażna taħt l-art b’volumi utli kumulattivi ta’ mill-inqas:
|
3.4.3. Lista tal-infrastrutturi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament
|
(49) |
L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-ħidma ta’ identifikazzjoni tal-infrastrutturi essenzjali ma setgħetx titlesta kmieni biżżejjed fid-dawl tax-xitwa 2018/2019. Għal din ir-raġuni, inizjalment, il-mekkaniżmu regolatorju ġie applikat għas-sena 2018/2019 bħala miżura tranżitorja għall-infrastrutturi kollha tal-ħażna tal-gass naturali fit-territorju Franċiż. Dawn l-infrastrutturi ġew identifikati mill-PPE fl-2016 bħala infrastrutturi meħtieġa għas-sigurtà tal-forniment (15). |
|
(50) |
Id-Digriet tas-26 ta’ Diċembru 2018 (16) sussegwentement neħħa mil-lista tal-infrastrutturi meħtieġa t-tliet siti li kienu joperaw b’rata mnaqqsa fi Storengy (Soings-en-Sologne, Saint-Clair-sur-Epte u Trois-Fontaines) kif ukoll il-proġetti fil-Fażi 1 ta’ Lussagnet (Teréga) u Manosque 2 (Géométhane). Dawn l-infrastrutturi qatt ma ntużaw mill-introduzzjoni tal-aċċess regolat għall-ħażna tal-gass naturali. |
|
(51) |
Fl-aħħar nett, għall-perjodu bejn l-2019 u l-2023, id-Digriet Nru 2020-456 dwar il-PPE jistabbilixxi l-infrastrutturi għall-ħażna taħt l-art tal-gass naturali li għandha tibqa’ topera sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-forniment fuq perjodu ta’ żmien medju u twil. Dawn jirrappreżentaw volum utli ta’ 138,5 TWh u kapaċità ta’ estrazzjoni ta’ 2 376 GWh/d għall-mili li jikkorrispondi għal volum utli ta’ 45 %:
Tabella 1: Installazzjonijiet tal-ħażna tal-gass naturali li għandhom jibqgħu joperaw sal-2023 |
|
(52) |
Il-PPE jipprevedi li għall-perjodu bejn l-2024 u l-2028, il-ħtiġijiet tal-ħażna huma mistennija li jonqsu. Il-lista tal-infrastruttura tal-ħażna tista’ titnaqqas minn kapaċità ta’ estrazzjoni ta’ mill-inqas 140 GWh/d għal volum utli ta’ 45 % sal-2026. Minħabba l-inċertezzi relatati mal-volumi meħtieġa għas-sigurtà tal-forniment wara l-2026, dawn il-volumi għandhom jiġu kkonfermati fl-2023 u stabbiliti fil-PPE li jmiss. |
3.5. Irkant tal-kapaċitajiet ta’ ħażna
|
(53) |
Skont l-Artikolu L.421-5-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija, il-kapaċitajiet ta’ ħażna rregolati huma rkantati skont it-termini stabbiliti mis-CRE. B’mod partikolari, skont id-deċiżjoni tas-CRE tat-22 ta’ Frar 2018, l-irkantijiet isiru bi prezz ta’ riżerva żero (17). |
|
(54) |
Ir-riżultati tal-ewwel irkantijiet kienu kif ġej:
Tabella 2: Riżultati tal-irkantijiet u dħul minn bejgħ addizzjonali matul is-sena |
3.6. Kopertura tad-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna kif definit mis-CRE
|
(55) |
Skont l-Artikolu L.452-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija, “It-tariffi għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni […] għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju sabiex ikopru l-ispejjeż kollha mġarrba mill-operaturi tan-netwerks ta’ trażmissjoni u mill-operaturi tal-infrastrutturi tal-ħażna imsemmija fl-istess Artikolu L. 421-3-1, sa fejn dawn l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk tal-operaturi effiċjenti”. |
|
(56) |
Barra minn hekk, l-istess artikolu jipprovdi li dawn l-ispejjeż “għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tas-servizz ipprovdut u l-ispejjeż assoċjati ma’ dak is-servizz” u li, fil-każ tal-operaturi tal-ħażna, dawn jinkludu b’mod partikolari, “qligħ normali fuq il-kapital investit”. |
|
(57) |
L-Artikolu L.452-2 tal-Kodiċi tal-Enerġija jagħti s-setgħa lis-CRE li tistabbilixxi l-“metodi użati biex jiġu stabbiliti tariffi għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali” u li titlob lill-operaturi tal-ħażna biex jipprovdulha l-informazzjoni, b’mod partikolari tal-kontabbiltà u dik finanzjarja, meħtieġa biex tistabbilixxi dawk it-tariffi. |
|
(58) |
Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-liġi tagħti s-setgħa lis-CRE li tistabbilixxi d-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna b’mod li jkopri l-ispejjeż ta’ “operatur effiċjenti” u li jiżgura qligħ normali fuq il-kapital investit. |
|
(59) |
Inizjalment, is-CRE stabbiliet id-dħul awtorizzat stmat permezz ta’ deliberazzjoni għal perjodu regolatorju ta’ sentejn. Din l-ewwel tariffa tal-ħażna kienet valida fl-2018 u fl-2019 (“ATS 1”) (18). Is-CRE mbagħad armonizzat il-qafas regolatorju għall-operaturi tal-ħażna ma’ dak tat-tariffi l-oħra tal-infrastruttura. It-tieni tariffa tal-ħażna (“ATS 2”) tapplika mill-2020 għal perjodu ta’ erba’ snin (19). |
|
(60) |
L-approċċ ġenerali għall-istabbiliment tad-dħul awtorizzat stmat jibqa’ l-istess għat-tariffi tal-ħażna differenti. Id-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna ġie stabbilit ex ante mis-CRE fuq il-bażi ta’ previżjonijiet mibgħuta mill-operaturi, li mbagħad ġew aġġustati permezz ta’ regolarizzazzjoni fis-sena ta’ wara u tal-verifiki ex post. L-ispejjeż tal-operaturi tal-ħażna jiġu kkunsidrati mis-CRE sal-punt li jitqiesu effiċjenti. |
|
(61) |
Madankollu, minħabba l-iskadenzi partikolarment qosra għall-implimentazzjoni tar-riforma, ġie applikat qafas simplifikat għas-snin 2018 u 2019. Għall-ewwel sena finanzjarja, is-CRE adotta qafas ta’ tariffi li fih id-differenzi bejn il-previżjoni u r-riżultat għat-tariffi u l-introjtu kollha ġew regolarizzati a posteriori. Dan il-mekkaniżmu jiggarantixxi livell tariffarju li fl-aħħar mill-aħħar ikun strettament ugwali għan-nefqa u d-dħul attwali tal-operatur. Għall-perjodu bejn l-2020 u l-2023, is-CRE xtaqet testendi l-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-inċentivi għall-infrastrutturi tal-ħażna u, fi tmiem l-analiżi tagħha, adottat pjan ikkontrollat tal-ispejjeż tal-operaturi, f’kuntest ikkaratterizzat mix-xejra ’l isfel fil-konsum tal-gass naturali. |
|
(62) |
Skont il-metodu stabbilit mis-CRE, id-dħul awtorizzat stmat huwa ugwali għas-somma tal-ispejjeżoperattivi netti stmati (“CNE”), l-allokazzjonijiet kapitali normattivi stmati (“CCN”) u l-likwidazzjoni tal-bilanċ tal-prepagamenti u introjtu dovut għas-sena preċedenti (“CRCP”). Dħul awtorizzat = CNE + CCN + CRCP |
|
(63) |
Għall-kalkolu ta’ dawn il-komponenti għandhom jitqiesu biss l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. |
3.6.1. Spejjeż operattivi netti
|
(64) |
L-ispejjeż operattivi netti jikkorrispondu għall-ispejjeż operattivi grossi (l-ispejjeż tal-enerġija, il-konsum estern, l-infiq tal-persunal, it-taxxi u l-imposti) ta’ “operatur effiċjenti” wara t-tnaqqis tad-dħul operattiv tal-operatur (b’mod partikolari, il-produzzjoni kapitalizzata, il-prodotti ekstratariffarji, il-qligħ jew it-telf fix-xiri u l-bejgħ tal-gass naturali maħżun). |
|
(65) |
Minħabba l-iskadenzi qosra għall-implimentazzjoni tar-riforma, għall-perjodu bejn l-2018 u l-2019, is-CRE ma setgħetx tiddetermina jekk l-ispejjeż tal-operaturi jikkorrispondux għall-ispejjeż ta’ “operatur effiċjenti”. Konsegwentement, l-ispejjeż ikkunsidrati matul dan il-perjodu jikkorrispondu fl-aħħar mill-aħħar għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-operaturi tal-ħażna, ivvalidati mis-CRE. Għat-tariffa ATS 2, is-CRE implimentat mekkaniżmu biex tirregola l-ispejjeż operattivi netti, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti elementi predefiniti. Għalhekk, bi ftit eċċezzjonijiet, kwalunkwe devjazzjoni fil-pjan tal-kostijiet operattivi stabbiliti għall-perjodu tal-ATS 2 se tiġġarrab mill-operatur jew għall-benefiċċju tiegħu. |
3.6.2. Allokazzjonijiet kapitali normattivi
|
(66) |
Is-CCN jinkludu d-deprezzament u r-redditu fuq il-kapital fiss. Għalhekk, is-CCN jikkorrispondu għas-somma tad-deprezzament tal-bażi tal-assi rregolati (“BAR”), ir-redditu fuq il-kapital fiss ikkalkulat fuq il-bażi tal-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC”) għall-BAR diġà mdaħħal fis-servizz u l-kost tad-dejn għall-assi fissi taħt kostruzzjoni (“IEC”). CCN = Deprezzament BAR + BAR x WACC + IEC x kost tad-dejn |
|
(67) |
Is-CRE kkonfermat li din il-metodoloġija tikkorrispondi għall-prattika regolatorja fir-rigward ta’ installazzjonijiet regolati fis-swieq tal-gass naturali u tal-elettriku fi Franza u fil-Punent tal-Ewropa (20). |
|
(68) |
Sabiex jiġi ddefinit il-livell inizjali tal-BAR fl-1 ta’ Jannar 2018 (“BAR inizjali” jew “BAR tal-ftuħ”), is-CRE tuża l-metodu tal-“ispejjeż ekonomiċi attwali” (21). Dan jikkonsisti fil-kalkolu tal-valur nett ekonomiku tal-assi (i) abbażi tal-ammont riportat gross tal-assi inklużi fil-kontijiet tal-operaturi (kostijiet tal-kostruzzjoni storiċi), (ii) aġġornati skont l-inflazzjoni, imbagħad (iii) deprezzati matul il-ħajja ekonomika tal-assi. |
|
(69) |
Kull sena, il-BAR jevolvi skont:
|
|
(70) |
Is-CRE tqis li l-aktar miżura rappreżentattiva tal-valur inizjali tal-investimenti magħmula mill-operaturi hija l-valur gross tal-assi rreġistrati fil-kontijiet finanzjarji tagħhom. Skont is-CRE, dan il-valur, awditjat mill-awdituri bħala parti mill-awditu annwali tagħhom, huwa dokumentat u oġġettiv. Dan il-metodu huwa identiku għal dak applikat fl-2002 meta l-operaturi tan-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali daħlu f’regolamentazzjoni, u jintuża wkoll għat-terminali tal-metan regolati Franċiżi. |
|
(71) |
Is-CRE ma kkunsidratx il-valur “ġdid” tal-assi, iżda valur deprezzat, konsistenti mad-deprezzament irreġistrat mill-operaturi tal-ħażna qabel l-2018, sabiex il-komunità ma terġax iġġarrab imposta diġà mħallsa fil-passat, jew id-deprezzament tal-assi diġà kkunsidrat. |
|
(72) |
Għall-biċċa l-kbira tal-assi, il-perjodi ta’ deprezzament applikati mill-operaturi fil-kontijiet storiċi tagħhom u l-perjodi ta’ deprezzament mitluba mill-operaturi fil-fajls tat-tariffi tagħhom huma simili. Barra minn hekk, dawn jikkorrispondu għal data settorjali standard li tista’ tiġi osservata f’pajjiżi oħra. |
|
(73) |
Min-naħa l-oħra, għall-cushion gas (22), is-CRE ċaħdet it-talba tal-operaturi biex jiġi kkunsidrat perjodu ta’ deprezzament uniformi ta’ 250 sena. Fil-fatt, is-CRE ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-cushion gas, għall-kuntrarju tal-assi l-oħra tal-operaturi, ġie amortizzat mill-operaturi fuq perjodi li jvarjaw minn operatur għal ieħor u matul iż-żmien (minn 25 sena għal 250 sena). Konsegwentement, sabiex tistabbilixxi l-BAR inizjali tal-operaturi tal-ħażna, is-CRE użat grad ta’ deprezzament tal-cushion gas konsistenti mal-livell ta’ deprezzament tal-kontabbiltà rreġistrat f’kull wieħed mit-tliet operaturi. Għall-futur, hija stabbiliet il-perjodu ta’ deprezzament tal-cushion gas għal 75 sena, li jikkorrispondi għal tliet tiġdidiet ta’ 25 sena għall-konċessjoni biex tiġi operata l-kamra taħt l-art. |
|
(74) |
Il-perjodi tal-ħajja ekonomika użata mis-CRE għall-klassijiet differenti ta’ assi tal-operaturi huma kif ġej:
Tabella 3: Perjodu ta’ deprezzament riżervat skont il-klassi tal-assi |
|
(75) |
Barra minn hekk, fl-2017, is-CRE talbet lill-konsulent estern […] biex iwettaq awditu tal-applikazzjoni għall-BAR inizjali tal-operaturi tal-ħażna. Għal Storengy, ir-riżultat tal-kalkolu huwa ta’ [EUR 3 sa 5 biljun]. |
|
(76) |
Fil-każ ta’ Teréga, studju addizzjonali mwettaq mill-konsulent ta’ PwC fuq il-bażi ta’ approċċ ta’ fluss tal-flus skontat jistima l-BAR bejn [EUR 1 sa 2 biljun]. |
|
(77) |
Għalhekk, għall-implementazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju, is-CRE rrevediet il-BAR inizjali mitluba mill-operaturi tal-ħażna sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni ekonomika indipendenti tal-valur tas-suq tal-assi. Is-CRE għalhekk adottat il-BARs inizjali li ġejjin:
Tabella 4: Il-BARs inizjali tal-operaturi tal-ħażna fid-dħul fis-seħħ tar-regolament |
|
(78) |
Fir-rigward tar-rata ta’ qligħ fuq il-kapital, is-CRE użat il-metodu WACC sabiex tippermetti lill-operatur jiffinanzja l-ispejjeż tal-imgħax u jikseb redditu fuq l-ekwità komparabbli ma’ dak li setgħet tikseb għal investimenti b’livelli komparabbli ta’ riskju. Is-CRE indikat li d-WACC huwa metodu użat b’mod komuni mir-regolaturi Ewropej biex jiddeterminaw ir-rata ta’ rimunerazzjoni tal-assi tal-infrastrutturi regolati. |
|
(79) |
Abbażi tal-istudji ekonomiċi u tax-xogħol tal-konsulenti esterni (23), is-CRE stabbilixxa d-WACC għal 5,75 % għas-snin 2018 u 2019. Għall-perjodu 2020-2023, is-CRE għażel WACC ta’ 4,75 %. Il-metodu użat biex jiġi stabbilit id-WACC għal ATS 2 huwa l-istess bħal dak użat għat-tariffa ATS 1. Dan huwa ġġustifikat mit-tnaqqis fil-kostijiet tal-kapital, it-tnaqqis ippjanat fit-taxxa korporattiva u żieda fil-beta tal-assi. Din iż-żieda fil-beta tal-assi tirrifletti l-kunsiderazzjoni tar-riskju finanzjarju, b’mod partikolari l-kostijiet mhux rekuperabbli tat-tranżizzjoni tal-enerġija għall-azzjonisti tal-kumpaniji tal-infrastrutturi tal-gass naturali. |
|
(80) |
Fin-nuqqas ta’ operatur tal-ħażna komparabbli elenkat, is-CRE ħadet id-WACC tat-TSOs tal-gass naturali bħala r-rata ta’ referenza billi żiditu bi premium ta’ riskju speċifiku għall-ħażna. Dan il-primjum huwa stabbilit għal 50 punt bażi, minħabba l-konċentrazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħażna, ir-riskju ġeoloġiku tas-sottoswol u r-riskju ta’ sostitwibbiltà mat-terminali tal-metan, kif ukoll l-interkonnetturi ma’ barra l-pajjiż. |
|
(81) |
Is-CRE ddikjarat ukoll li din ir-rata ta’ rimunerazzjoni hija aktar baxxa minn dik mogħtija lill-operaturi regolati tat-terminali tal-metan (7,25 %, meta l-miżura daħlet fis-seħħ), li l-attività tagħhom hija aktar riskjuża, b’mod partikolari fil-livell kummerċjali, minħabba l-koeżistenza ta’ terminali tal-metan regolati u mhux regolati u numru iżgħar ta’ klijenti. Barra minn hekk, is-CRE semmiet l-eżempju tar-rata ta’ rimunerazzjoni ta’ 6,5 % użata mir-regolatur Taljan għall-ħażna tal-gass naturali. |
3.6.3. L-investimenti
|
(82) |
Kull sena, skont l-Artikolu L.421-7-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija, l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art għandhom jissottomettu l-programm ta’ investiment annwali tagħhom lis-CRE għall-approvazzjoni. F’dan il-kuntest, is-CRE “għandha tiżgura li jitwettqu l-investimenti meħtieġa għall-iżvilupp xieraq tal-faċilitajiet ta’ ħażna u l-aċċess trasparenti u nondiskriminatorju tagħhom”. |
|
(83) |
Fit-tieni tariffa tal-ħażna, is-CRE introduċiet inċentiv biex tikkontrolla l-ispejjeż għal kategoriji differenti ta’ investimenti. |
3.6.4. Prepagamenti u introjtu dovut
|
(84) |
Id-dħul awtorizzat huwa stabbilit mis-CRE fuq il-bażi tal-previżjonijiet tal-operaturi tal-ispejjeż u d-dħul tagħhom għas-sena ta’ wara. Is-CRCP ġie introdott sabiex titqies id-differenza bejn il-prepagamenti jew l-introjtu dovut u l-prepagamenti jew l-introjtu attwalment rikonoxxuti għal għadd ta’ entrati predefiniti. Is-CRCP għalhekk jipproteġi lill-operaturi mill-varjazzjoni ta’ ċerti entrati ta’ spejjeż jew introjtu. Is-CRCP jintuża wkoll għall-ħlas ta’ inċentivi finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi regolatorji ta’ inċentiv kif ukoll biex jiġi kkunsidrat kwalunkwe qligħ kapitali jew kostijiet mhux rekuperabbli, ladarba jiġu vvalidati mis-CRE. |
|
(85) |
Għat-tariffa ATS 1, fl-ewwel sena finanzjarja tal-ħażna rregolata, is-CRE adottat qafas tariffarju li taħtu d-differenzi bejn l-ispejjeż u l-introjtu totali stmati u l-ispejjeż u l-introjtu kollu li saru ġew regolarizzati b’mod retroattiv. It-tariffa għalhekk kienet “100 % CRCP” u l-ebda spiża jew introjtu ma ġew inċentivati. |
|
(86) |
Għat-tariffa ATS 2, is-CRE japplika perimetru CRCP f’konformità mal-qafas ġenerali tat-tariffi kollha għan-netwerks tal-elettriku u l-infrastrutturi tal-gass naturali. Għalhekk, ċerti partiti predefiniti biss huma koperti b’mod retroattiv permezz tas-CRCP għad-devjazzjonijiet bejn l-istima u r-realizzazzjoni. Dawn il-partiti koperti fis-CRCP huma relatati b’mod partikolari man-nefqa tal-investiment jew mad-dħul tal-kummerċjalizzazzjoni. Min-naħa l-oħra, kważi l-kostijiet operattivi kollha huma suġġetti għal inċentiv, li jista’ jkun totali (100 % tad-devjazzjonijiet bejn l-istima u r-realizzazzjoni huma askapitu jew għall-benefiċċju tal-operazzjoni) jew parzjali (pereżempju, għall-ispejjeż tal-enerġija fejn l-inċentiv huwa 20 %, bi 80 % tad-devjazzjonijiet ikunu fis-CRCP). |
3.7. Benefiċjarji
|
(87) |
Il-benefiċjarji tal-miżura huma l-operaturi tal-infrastrutturi tal-ħażna tal-gass naturali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju. Mid-dħul fis-seħħ tal-miżura, dawn huma Storengy, Teréga u Géométhane. |
3.8. Finanzjament tal-miżura permezz ta’ tariffi għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni
|
(88) |
Il-finanzjament tad-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna ġej, minn naħa waħda, minn introjtu riċevut direttament mill-operaturi tal-ħażna u, min-naħa l-oħra, fejn dan l-introjtu huwa inqas mid-dħul awtorizzat, minn kumpens għall-ħażna ugwali għad-differenza bejn id-dħul awtorizzat u l-introjtu miġbur direttament. Kumpens = dħul awtorizzat – introjtu miġbur direttament |
|
(89) |
Id-dħul riċevut direttament mill-operaturi jiġi prinċipalment minn irkantijiet, iżda wkoll minn kwalunkwe kuntratt storiku fit-tul u servizzi addizzjonali possibbli. |
|
(90) |
Il-kumpens għall-ħażna jinġabar mit-TSOs mingħand it-trasportaturi tal-gass naturali permezz ta’ miżata ddedikata, l-“ispiża tal-ħażna”, fi ħdan it-tariffa tal-użu tan-netwerk tat-trażmissjoni (it-tariffa ATRT) fil-kundizzjonijiet stabbiliti mis-CRE (ara l-premessa (21)). |
|
(91) |
Preliminarjament, għandu jiġi speċifikat li, fi Franza, hemm żewġ OSTs, jiġifieri żewġ detenturi ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġu operati pipelines ta’ trażmissjoni tal-gass naturali skont l-Artikolu L.431-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija: GRTgaz u Teréga (preċedentement TIGF). |
|
(92) |
GRTgaz hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata, 75 % minnha proprjetà ta’ ENGIE u 25 % proprjetà tas-Société d’Infrastructures Gazière. GRTgaz, ikkontrollata direttament minn ENGIE, hija indipendenti minn partijiet oħra tal-impriża integrata vertikalment tagħha (il-Grupp ENGIE) skont il-mudell ta’ TSO indipendenti, filwaqt li tiżgura s-separazzjoni effettiva tal-attivitajiet tat-TSOs mill-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni jew forniment (24). |
|
(93) |
Kif deskritt fil-premessa (9), Teréga hija 40,5 % proprjetà ta’ Snam, 31,5 % ta’ GIC, 18 % ta’ EDF Investissement u 10 % ta’ Predica. Teréga tivverifika wkoll il-kundizzjonijiet ta’ TSO indipendenti (25). |
3.8.1. L-istabbiliment tal-ispiża tal-ħażna fit-tariffi tal-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni mis-CRE
|
(94) |
Skont is-sitt subparagrafu tal-Artikolu L.452-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija, “It-tariffi għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali għandhom jinġabru mill-operaturi ta’ dawn in-netwerks. L-operaturi ta’ netwerks ta’ trażmissjoni għandhom iħallsu lill-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art imsemmija fl-Artikolu L. 421-3-1 parti mill-ammont miġbur skont it-termini stabbiliti mill-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija”. |
|
(95) |
Skont l-Artikolu L.452-2 tal-Kodiċi tal-Enerġija, “Il-metodi użati sabiex jiġu stabbiliti tariffi għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali […] għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija”. |
|
(96) |
Abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, permezz tad-Deċiżjoni Nru 2018-069, tat-22 ta’ Marzu 2018 (26), is-CRE stabbiliet it-termini għall-kalkolu tal-ispiża tal-ħażna, applikabbli mill-1 ta’ April 2018. |
|
(97) |
L-ispiża tal-ħażna mħallsa minn kull trasportatur għandha, skont is-CRE, tirrifletti l-valur tas-“sigurtà tal-forniment”, jiġifieri r-rimunerazzjoni għall-ħażna li tagħti prijorità lill-forniment tal-gass naturali lill-klijenti li l-forniment tagħhom ma jistax jiġi interrott, b’mod partikolari l-klijenti domestiċi. |
3.8.2. Ħlas ta’ spiża ta’ ħażna minn trasportaturi u fatturazzjoni mill-ġdid lill-klijenti finali
|
(98) |
Fir-rigward tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispiża tal-ħażna mit-trasportaturi, permezz tad-Deċiżjoni tagħha tat-22 ta’ Marzu 2018, is-CRE introduċiet l-ispiża tal-ħażna fit-tariffi ATRT billi introduċiet dispożizzjonijiet ġodda fid-Deċiżjoni Nru 2018-022 tas-7 ta’ Frar 2018 dwar l-evoluzzjoni tat-tariffa għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali ta’ GRTgaz u TIGF fl-1 ta’ April 2018. |
|
(99) |
Minn din l-emenda jirriżulta li “kwalunkwe trasportatur li jiġi assenjat il-kapaċità ta’ konsenja kostanti lil mill-inqas Punt ta’ Interfaċċa għad-Distribuzzjoni u t-Trasport (PITD) wieħed għandu jkun suġġett għal spiża tal-ħażna bbażata fuq il-modulazzjoni tax-xitwa tal-klijenti tiegħu, konnessi man-netwerks pubbliċi ta’ trażmissjoni tal-gass, fil-portafoll tiegħu fl-ewwel jum ta’ kull xahar”. |
|
(100) |
It-“trasportatur” jirreferi għal kwalunkwe “persuna fiżika jew ġuridika li tidħol f’kuntratt ma’ TSO għall-forniment fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass. It-trasportatur huwa, skont il-każ, il-klijent eliġibbli, il-fornitur jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom”. PITD huwa definit bħala “punt ta’ interfaċċa fiżiku jew nozzjonali bejn netwerk ta’ trażmissjoni u netwerk pubbliku ta’ distribuzzjoni”. |
|
(101) |
Barra minn hekk, mill-kliem tas-sitt subparagrafu tal-Artikolu L.452-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija jirriżulta li l-OSTs għandhom jiġbru t-tariffi ATRT (ara l-premessa (94) “għandhom jinġabru”). |
|
(102) |
Fir-rigward tat-trasferiment tal-ispiża tal-ħażna lill-utenti finali, is-CRE indikat li t-trasportaturi se jittrasferixxu l-ispiża tal-ħażna lill-klijenti finali tagħhom li jdaħħlu l-bażi tal-kumpens fil-parti “Trasport” tal-fattura tagħhom. Is-CRE ma għandhiex il-lista tal-klijenti kkonċernati. |
|
(103) |
B’mod aktar speċifiku, dan it-trasferiment huwa obbligatorju biss skont it-tariffi rregolati għall-bejgħ tal-gass naturali skont l-Artikoli L.445-3 u R.445-3 tal-Kodiċi tal-Enerġija (27). Għall-offerti tas-suq, dan it-trasferiment huwa għażla diskrezzjonali tal-fornitur. |
3.8.3. Distribuzzjoni ta’ fondi miġbura mit-TSOs fost l-operaturi tal-ħażna skont il-modalitajiet stabbiliti mis-CRE
|
(104) |
Skont id-deċiżjoni tas-CRE dwar l-ispiża tal-ħażna, ladarba jinġabar, l-introjtu mill-ispiża tal-ħażna jiġi rritornat mit-TSOs lid-diversi operaturi tal-ħażna fuq bażi pro rata għall-kumpens li għandu jiġi riċevut (28). Il-proporzjon allokat lil kull operatur jikkorrispondi għall-proporzjon bejn il-kumpens annwali stmat tal-operatur u l-kumpens totali stmat għall-operaturi kollha tal-operaturi regolati tal-ħażna, kif stabbilit mis-CRE. Dawn il-proporzjonijiet huma speċifikati kull sena fid-deċiżjoni tas-CRE li timmodifika l-ispiża tal-ħażna. |
|
(105) |
Għal dan il-għan, skont id-deċiżjoni tas-CRE, it-TSOs għandhom jikkonkludu kuntratt ma’ kull operatur tal-ħażna sabiex jirregolaw il-modalitajiet għall-forniment tal-ġbir u r-rimborż tal-kumpens, li l-ispiża tiegħu hija stabbilita mis-CRE u koperta mid-dħul awtorizzat tal-operaturi. Għas-sena 2018, din l-ispiża għandha tkun ta’ EUR 130 000 għal kull TSO għal kull operatur tal-ħażna (29). |
3.9. Baġit
|
(106) |
Kull sena, l-ammont totali tal-kumpens imħallas lill-operaturi regolati jiddependi fuq l-introjtu mill-irkant u d-dħul awtorizzat stabbilit mis-CRE. Il-kumpens imħallas lit-tliet operaturi tal-ħażna regolati ammonta għal EUR 528 miljun fl-2018, EUR 540 miljun fl-2019 u EUR 251 miljun fl-2020.
Tabella 5: Bilanċ tal-kumpens għall-ħażna għas-snin 2018, 2019 u 2020 |
3.10. It-tul ta’ żmien
|
(107) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Idrokarburi relatati mal-mekkaniżmu regolatorju tal-operaturi tal-ħażna daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018. Is-CRE stabbiliet id-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna mill-1 ta’ Jannar 2018. Barra minn hekk, l-ewwel irkantijiet tal-kapaċitajiet tal-ħażna seħħew mill-5 sad-29 ta’ Marzu 2018 għall-perjodu 2018-2019 u saru bejn l-2019 u l-2020 u bejn l-2020 u l-2021 (ara t-Tabella 2 fil-premessa (54)). |
|
(108) |
Barra minn hekk, l-ispiża tal-ħażna ġiet introdotta fit-tariffa ATRT mill-1 ta’ April 2018. Inizjalment, is-CRE stabbiliet id-dħul awtorizzat stmat għal perjodu regolatorju ta’ sentejn (30). Imbagħad hija armonizzat il-qafas regolatorju għall-operaturi tal-ħażna ma’ dak tat-tariffi oħra tal-infrastruttura. Din it-tieni tariffa tal-ħażna tapplika għall-perjodu 2020-2023 (31). |
|
(109) |
Bħalissa, l-awtoritajiet Franċiżi ma jipprevedux data għat-tmiem tal-mekkaniżmu. Min-naħa l-oħra, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ġie definit mill-aħħar PPE (32) sar-reviżjoni tiegħu. Din ir-reviżjoni tal-PPE hija ppjanata għall-2023 u se ssir mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028. |
3.11. Impenji
|
(110) |
L-awtoritajiet Franċiżi għamlu żewġ impenji. L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw ruħhom li jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni qabel tmiem l-2024. Il-punti li għandhom jiġu koperti f’dan ir-rapport huma li ġejjin:
|
|
(111) |
It-tieni nett, l-awtoritajiet Franċiżi jimpenjaw ruħhom li jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fuq sit web komprensiv iddedikat għall-għajnuna mill-Istat fi Franza (33) u t-Transparency Award Module (Modulu ta’ Trasparenza tal-Għotjiet): link għat-test sħiħ tal-mekkaniżmu u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tiegħu; l-identità tal-benefiċjarji tal-flussi finanzjarji; il-forma tal-flussi finanzjarji; l-ammont mogħti lil kull benefiċjarju; id-data tal-għoti; it-tip ta’ intrapriża (SME/intrapriża kbira), ir-reġjun li fih huwa stabbilit il-benefiċjarju u s-settur ekonomiku ewlieni li fih jopera l-benefiċjarju. |
3.12. Deskrizzjoni tar-raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(112) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma preliminari, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, li l-mekkaniżmu regolatorju jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Madankollu, fl-istadju tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-mekkaniżmu regolatorju u l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(113) |
B’mod iktar speċifiku, minn naħa waħda, il-Kummissjoni kienet iddikjarat li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dħul awtorizzat tal-operaturi ta’ ħażna, is-CRE tippermetti lill-operaturi tal-ħażna jiksbu dħul mill-kapital fiss. Il-kalkolu ta’ din ir-rimunerazzjoni jinvolvi l-valutazzjoni tal-valur tal-assi regolati. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proċess ta’ valutazzjoni ekonomika indipendenti tal-valur tas-suq tal-assi fiż-żmien tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju mis-CRE, li seta’ jqajjem dubji dwar il-proporzjonalità tal-miżura. |
|
(114) |
Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-fatt li l-mekkaniżmu jintroduċi distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Dawn id-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni kienu jeżistu (i) bejn il-fornituri tal-gass naturali Franċiżi u dawk ta’ Stati Membri oħra, (ii) bejn, minn naħa waħda, l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali u, min-naħa l-oħra, l-operaturi tal-LNG u l-operaturi tal-interkonnetturi u (iii) bejn l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali Franċiżi u dawk ta’ Stati Membri oħra. |
4. KUMMENTI MINN FRANZA
|
(115) |
Franza bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni flimkien mal-kummenti tas-CRE mehmuża magħhom. Il-kummenti tas-CRE huma għalhekk ikkunsidrati bħala parti integrali mill-kummenti ta’ Franza. |
|
(116) |
Franza tqis li d-dubji espressi mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-ħażna tal-gass naturali huma infondati. |
4.1. L-eżistenza tal-għajnuna
|
(117) |
L-ewwel nett, Franza tikkontesta li l-miżura inkwistjoni tinvolvi riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, skont Franza, ma jistax jitqies li t-tranżizzjoni minn reġim negozjat għal reġim regolat tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għall-operatur li huwa obbligat jagħmel dan. Hija tikkontesta wkoll il-fatt li l-operaturi tal-interkonnetturi u tat-terminali tal-metan huma kompetituri tal-operaturi tal-ħażna. |
|
(118) |
Imbagħad, fir-rigward tal-finanzjament minn riżorsi tal-Istat, Franza tikkontesta l-fatt li l-kopertura ta’ parti mill-ispejjeż tal-operaturi tal-infrastruttura essenzjali għall-ħażna tal-gass naturali għandha n-natura ta’ kontribuzzjoni obbligatorja. It-tariffa għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali għandha titħallas mill-fornituri tal-gass naturali bi skambju għas-servizz tat-trasport, servizz b’livell għoli ta’ affidabbiltà u kapaċità fit-tul biex tintlaħaq domanda raġonevoli (34). |
|
(119) |
Franza tinnota wkoll li t-trasferiment tat-tariffa għall-użu tan-netwerk ta’ trażmissjoni fuq il-fattura tal-konsumatur tal-gass naturali hija obbligatorja biss għall-konsumaturi li jagħżlu li jibbenefikaw mit-tariffi regolati għall-bejgħ tal-gass naturali. Skont Franza, l-offerti bit-tariffa regolata tal-bejgħ jirrappreżentaw minoranza tal-forniment tal-gass naturali fi Franza (35), aktar u aktar peress li t-tariffi regolati għall-bejgħ tal-gass naturali għandhom jiġu tterminati f’diversi stadji (36). |
|
(120) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-vantaġġ mogħti, Franza tinnota, l-ewwel nett, li d-determinazzjoni tal-ispiża tal-kapital tqis l-aktar riskju baxx għall-attivitajiet regolati minn redditu fuq il-kapital aktar baxxa meta mqabbel ma’ attivitajiet mhux regolati. It-tieni, Franza tikkontesta l-fatt li l-introjtu riċevut minn operatur tal-ħażna taħt is-sistema regolata huwa sistematikament ogħla minn dak riċevut minn dan l-istess operatur fil-kuntest ta’ reġim innegozjat (37). Barra minn hekk, Franza tfakkar li l-qafas regolatorju implimentat mill-2018 huwa simetriku: il-“kumpens” jista’ jitreġġa’ lura u jitħallas mill-operaturi tal-ħażna jekk l-introjtu tal-kummerċjalizzazzjoni jaqbeż id-dħul awtorizzat stabbilit mis-CRE. Għalhekk, il-mudell regolat ma jistax jinfired mill-obbligi u t-telf ta’ opportunità ekonomika imposti fuq l-operaturi tal-ħażna fil-qafas ta’ dan il-mudell regolat. |
|
(121) |
Id-deprezzament kontabbli ta’ EUR 494 miljun, irreġistrat mill-grupp ENGIE fir-rigward tal-attività ta’ ħażna regolata tiegħu ftit jiem wara l-pubblikazzjoni tal-parametri użati mis-CRE għat-tariffa tal-ħażna, juri dan it-telf fl-aspettattivi ta’ qligħ assoċjat ma’ kundizzjonijiet favorevoli tas-suq. Fl-aħħar nett, Franza tinnota li l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju ma wassalx għal żieda fid-dħul tal-operaturi tal-ħażna Franċiżi bejn l-2017 u l-2018, ħlief għall-kumpanija Storengy. Franza tenfasizza wkoll li Storengy, fil-livelli tal-firxiet komparabbli, tirċievi fi ħdan il-qafas regolat, dħul awtorizzat iktar baxx mid-dħul mill-kummerċjalizzazzjoni skont ir-reġim innegozjat. |
|
(122) |
Franza tqis li mhuwiex xieraq li wieħed jippersisti fuq is-sitwazzjoni tal-operaturi tal-ħażna li jinsabu fi Stati Membri oħra meta tiġi analizzata n-natura selettiva tal-vantaġġ mogħti. Fil-fatt, hija tikkwota l-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, li ddikjaraw li “l-kundizzjoni dwar is-selettività […] tista’ tiġi evalwata biss fuq livell ta’ Stat Membru wieħed” (38). Fi kwalunkwe każ, Franza tinnota li l-operaturi tal-ħażna minn Stati Membri oħra mhumiex f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-għan segwit mill-miżura inkwistjoni, jiġifieri li tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fi Franza. |
|
(123) |
Fir-rigward tal-operaturi tal-interkonnetturi, minn naħa, u l-operaturi tat-terminali tal-metan, min-naħa l-oħra, Franza tfakkar li dawn l-operaturi huma kollha rregolati fi Franza (39). Għalhekk huma jibbenefikaw minn mekkaniżmi regolatorji simili ħafna għal dawk użati għall-ħażna, inkluż l-istabbiliment mir-regolatur ta’ dħul awtorizzat biex ikopri l-ispejjeż tagħhom. Għalhekk Franza tqis li ma jistax jiġi kkontestat il-fatt li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ selettiv lil dawn l-operaturi meta mqabbla mal-operaturi tal-interkonnetturi tal-gass u tat-terminali tal-metan. |
|
(124) |
Fir-rigward tal-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, Franza tqis li l-operaturi tal-interkonnetturi u tat-terminali tal-metan mhumiex f’kompetizzjoni mal-operaturi tal-ħażna (ara wkoll il-premessi (133) et seq.). |
4.2. Il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern
4.2.1. Proporzjonalità
|
(125) |
Franza tispjega li r-regolamentazzjoni bbażata fuq l-ispejjeż tal-operaturi hija approċċ mifrux fost ir-regolaturi Ewropej. Dan jiżgura li l-operaturi jkollhom biżżejjed dħul biex iżommu l-attività tagħhom kif ukoll li l-konsumaturi finali ma jħallsux għall-ħażna bi prezz ogħla mill-prezz tas-servizz ipprovdut. Għall-kuntrarju, Franza tispjega li, fil-fehma tagħha, metodu bbażat fuq il-livell ta’ firxiet ikun volatili u jista’, skont l-iżvilupp tal-prezzijiet tas-suq fi żmien qasir, ma jiżgurax li l-ispejjeż tal-operaturi jkunu koperti jew, għall-kuntrarju, jiġġeneraw profitti indebiti. |
|
(126) |
Sabiex jiġi stabbilit il-livell tat-tariffa tal-ħażna, is-CRE adottat regolamentazzjoni bbażata fuq il-kopertura tal-ispejjeż li l-operaturi jqisu li huma effiċjenti. Għalhekk, hija tistabbilixxi dħul awtorizzat għal kull operatur b’mod li jkopri l-ispejjeż irrappreżentati mill-ispejjeż operattivi, kif ukoll mid-deprezzament tal-assi u l-ispiża tal-kapital. Sabiex tiddefinixxi l-livell inizjali tal-BAR fl-1 ta’ Jannar 2018 għall-operaturi tal-ħażna, is-CRE vvalutat mill-ġdid il-valur kontabilistiku gross tal-assi tal-operaturi fil-31 ta’ Diċembru 2016 (ara l-premessi (55) et seq. dwar l-istabbiliment tad-dħul awtorizzat). |
|
(127) |
Alternattivament, Franza tipprovdi evidenza analitika addizzjonali biex turi li metodi oħra jwasslu għal riżultati tal-BAR konsistenti mal-metodu tas-CRE. |
|
(128) |
Il-valur tal-operaturi tal-ħażna fil-kontijiet tal-azzjonisti tagħhom jiġi ddeterminat skont l-istandards tal-kontabbiltà u abbażi tal-prospett tad-dħul mistenni mill-attività fit-tul. Għal Storengy, is-CRE użat valur tal-BAR inizjali ta’ EUR 3,5 biljun għall-valutazzjoni ta’ Storengy fil-kontijiet ta’ ENGIE fil-31 ta’ Diċembru 2016 ta’ [EUR 3 sa 5 biljun]. Għal Teréga, is-CRE użat valur tal-BAR inizjali ta’ EUR 1 156 miljun għal valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħażna fil-kontijiet tal-kumpanija omm fil-31 ta’ Diċembru 2016 ta’ madwar [EUR 1 sa 2 biljun]. |
|
(129) |
It-tranżazzjonijiet riċenti jgħinu wkoll biex jiġi kjarifikat il-valur tal-kumpaniji u l-valutazzjoni tal-attivitajiet ta’ ħażna fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet. Pereżempju, fuq il-bażi tat-tranżazzjonijiet fil-kapital tal-kumpanija Teréga fl-2013 (40) u fl-2015 (41), il-valur tal-assi fil-perimetru tal-ħażna huwa stmat għal [EUR 1 sa 2 biljun]. |
|
(130) |
Barra minn hekk, Franza ssemmi li konsulenti esterni ħadmu wkoll fuq il-valutazzjoni tal-BAR tal-operaturi. Għal Storengy, ir-riżultat tal-kalkolu mwettaq mill-konsulent […] għas-CRE huwa ta’ [EUR 3 sa 5 biljun]. Franza tirreferi wkoll għall-istudju ta’ PwC, ikkummissjonat minn Teréga, li jivvalorizza l-BAR fl-2018 bejn [EUR 1 sa 2 biljun]. |
|
(131) |
Fl-aħħar nett, Franza tqis li metodu alternattiv, li jikkonsisti mir-rikostituzzjoni tar-rekord tal-introjtu tal-operatur, sabiex jiġi ddeterminat jekk ġewx koperti l-investimenti passati permezz tiegħu, ma jkunx sod biżżejjed biex jiddetermina l-valur tal-BAR. Effettivament, tali metodu jkun jinvolvi rikostituzzjoni, mid-data ta’ kummissjonar inizjali, tal-eqdem assi ta’ ħażna (it-tmiem tas-snin 50), tal-flussi tal-kontanti liberi ta’ kull operatur li jipproduċi l-likwidità disponibbli tal-operatur wara l-finanzjament tal-ħtieġa tiegħu għal kapital operattiv, tat-taxxi tiegħu u tal-investimenti tiegħu, sabiex iqabbilhom mal-valur gross tal-assi. |
|
(132) |
Dan ir-rekord jidher partikolarment kumpless biex jerġa’ jinbena, kemm bl-isforz ta’ dokumentazzjoni komprensiva meħtieġ kif ukoll bl-iżviluppi organizzattivi u kapitali tal-kumpaniji tal-ħażna attwali: minn naħa waħda, peress li Storengy hija parti minn mudell integrat fi ħdan Gaz de France/GDF Suez, ir-rikostruzzjoni tar-rekord timplika neċessarjament preżunzjonijiet ta’ tmiem tal-attività. Min-naħa l-oħra, Teréga kienet suġġetta għal ċessjonijiet suċċessivi. |
4.2.2. L-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(133) |
Fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri Franċiżi u l-fornituri minn Stati Membri oħra li jissottoskrivu għall-kapaċità tal-ħażna fi Franza, Franza tispjega li n-“nazzjonalità” tal-fornitur ma għandha l-ebda impatt. L-irkantijiet pubbliċi għandhom ikunu miftuħa għall-atturi kollha b’awtorizzazzjoni għall-forniment tal-gass naturali. Din l-awtorizzazzjoni għall-forniment mhijiex ristretta għall-fornituri Franċiżi biss u tista’ tinkiseb minn kwalunkwe persuna stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni (42). It-tieni nett, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, għall-istess servizz ta’ trasport, l-istess tariffa għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali hija applikata għall-fornituri Franċiżi u għall-fornituri minn Stati Membri oħra. |
|
(134) |
Barra minn hekk, skont Franza, il-ħażniet mhumiex f’kompetizzjoni mal-interkonnetturi u t-terminali tal-metan. Franza tosserva, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni qatt ma evalwat l-eżistenza ta’ suq uniku li jinkludi l-ħażna tal-gass naturali, l-infrastruttura ta’ rigassifikazzjoni u l-interkonnetturi. Barra minn hekk, Franza tinnota li, fl-analiżi tal-kapaċità tas-sistema tal-gass li tissodisfa domanda raġonevoli, l-infrastrutturi essenzjali għall-ħażna tal-gass naturali jikkomplementaw l-użu sħiħ tal-interkonnetturi u l-użu sħiħ tal-kapaċitajiet tat-terminali tal-metan, sal-livell tal-istokkijiet disponibbli ta’ gass naturali likwifikat. |
|
(135) |
Barra minn hekk, Franza tinnota li l-Kummissjoni rrikonoxxiet diversi drabi l-eżistenza ta’ suq separat għall-ħażna taħt l-art tal-gass naturali, kemm fi Franza (43), kif ukoll fi Stati Membri oħra (44). Fid-dawl tar-riżultati ta’ investigazzjoni tas-suq li tikkonċerna tranżazzjoni fit-territorju Franċiż, il-Kummissjoni nnutat in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-ħażna u forom oħra ta’ flessibbiltà (45). Franza tinnota wkoll li f’żewġ deċiżjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-suq għall-ħażna tal-gass naturali kien reġjonali jew saħansitra nazzjonali (46). |
|
(136) |
Franza tqis li kull strument ta’ flessibbiltà għandu l-funzjonalitajiet u l-karatteristiċi tiegħu stess, li jipprevjenu s-sostituzzjoni mal-istrumenti ta’ flessibbiltà l-oħra. L-interkonnetturi jippermettu li t-territorju jiġi fornut bil-gass naturali. Fin-nuqqas ta’ ħażna, ikun meħtieġ li d-daqs tal-interkonnetturi jiġi ddisinjat sabiex ikun jista’ jiġi ggarantit il-forniment ta’ gass naturali fit-territorju Franċiż matul il-konsum massimu. Għalhekk, tali disinn ma jkunx effettiv. Barra minn hekk, l-UE għandha l-għan li tnaqqas il-konsum tal-gass naturali. L-ebda investiment ġdid mhu previst fl-interkonnetturi disponibbli għal Franza fil-preżent. Id-domanda tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni u s-sinjali ta’ investiment fit-tul hija għalhekk purament teoretika. |
|
(137) |
It-terminali tal-metan joffru l-possibbiltà ta’ arbitraġġ biex it-territorju jiġi fornut bl-inqas spiża possibbli. Id-disponibbiltà tal-LNG hija inċerta u tiddependi ħafna fuq il-kundizzjonijiet tad-domanda u l-provvista globali li regolarment jiddevjaw il-merkanzija. Barra minn hekk, it-terminali tal-metan għandhom kapaċità ta’ ħażna limitata (47), li taħt l-aħjar kundizzjonijiet ma setgħetx tiġi mobilizzata għal aktar minn ħamest ijiem. Madankollu, dan il-perjodu huwa iqsar mit-tul ta’ żmien medju ta’ perjodu kiesaħ, li jdum bejn 5 u 15-il jum, u b’hekk ma jipprovdix biżżejjed żmien biex timmobilizza l-wasla tal-merkanzija malajr biżżejjed biex tiġi evitata interruzzjoni fl-emissjonijiet (48). |
|
(138) |
Għalhekk, il-ħażniet tal-gass naturali jipprovdu servizz ta’ flessibbiltà interstaġjonali li ma jista’ jiġi pprovdut la minn interkonnetturi f’kundizzjonijiet ekonomiċi komparabbli u lanqas minn terminali tal-metan. Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ ħażniet fi Franza ma tistax tkun biżżejjed sabiex tiżgura s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fi Franza. L-interkonnetturi u t-terminali tal-metan għadhom essenzjali biex jiġi fornut it-territorju. |
|
(139) |
Għalhekk, dawn it-tipi differenti ta’ infrastrutturi huma komplementari u mhux f’kompetizzjoni biex jiżguraw is-sigurtà tal-forniment ta’ Franza. |
|
(140) |
Anki jekk l-interkonnetturi, it-terminali tal-metan u l-ħażna tal-gass naturali jitqiesu li huma f’kompetizzjoni, Franza tfakkar li l-interkonnetturi Franċiżi u t-terminali tal-metan huma kollha rregolati, bl-eċċezzjoni tat-terminal ta’ Dunkirk. B’riżultat ta’ dan, il-profittabbiltà ta’ dawn l-infrastrutturi tikkorrispondi għar-rata ta’ redditu fuq l-assi stabbilita mis-CRE. B’riżultat ta’ dan, l-implimentazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-ħażna ma jistax ikollha impatt fuq il-profittabbiltà ta’ infrastrutturi regolati oħra. |
|
(141) |
Barra minn hekk, Franza tfakkar li l-avvenimenti reċenti jikkontradixxu ipoteżi possibbli ta’ kompetizzjoni dannuża għall-interkonnetturi jew għat-terminali tal-metan. Sa minn tmiem l-2018, l-użu tat-terminali Franċiżi u Ewropej laħaq livelli partikolarment għoljin meta mqabbel ma’ dawn l-aħħar 10 snin. Barra minn hekk, l-operaturi tat-terminali tal-metan reċentement nedew b’suċċess proċeduri biex jikkummerċjalizzaw il-kapaċitajiet tagħhom għal żmien medju. Ir-regolamentazzjoni tal-ħażna, flimkien mal-fużjoni taż-żoni fi Franza implimentata fi tmiem l-2018, ikkontribwew bil-kbir għat-titjib tal-profondità u l-likwidità tas-suq Franċiż u tal-Punent tal-Ewropa. |
|
(142) |
Franza tikkontesta wkoll li r-regolamentazzjoni tal-ħażna tista’ tnaqqas l-inċentivi biex jintużaw it-terminali tal-metan u l-interkonnetturi eżistenti. L-inċentivi għall-użu jiġu minn sinjali tal-prezz mis-swieq differenti tal-gass naturali (49). F’dan il-kuntest, il-ħażniet huma mezz addizzjonali biex jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-forniment tal-gass naturali u biex wieħed jibbenefika minn prezzijiet tas-suq kompetittivi. |
|
(143) |
Franza tinnota wkoll li d-deċiżjonijiet ta’ investiment fl-interkonnetturi u fit-terminali tal-metan huma bbażati fuq strateġiji ta’ forniment li mhumiex affettwati b’mod negattiv mill-ħażna tal-gass naturali. |
|
(144) |
Fl-aħħar nett, Franza tqis li s-sitwazzjoni tal-operaturi tal-ħażna fi Stati Membri oħra bl-ebda mod ma hija affettwata mill-miżura inkwistjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li d-disinn tas-sistema tal-gass Franċiża, ibbażat b’mod partikolari fuq il-kunsiderazzjoni ta’ 100 % tal-kapaċitajiet disponibbli għall-interkonnetturi, jimplika awtomatikament li jitqiesu l-mezzi ta’ forniment li jinsabu wara l-interkonnetturi, b’mod partikolari l-infrastrutturi tal-ħażna tal-gass naturali li tinsab fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw ukoll li xi wħud minn dawn l-infrastrutturi huma rregolati wkoll. |
|
(145) |
Il-bejgħ tal-kapaċitajiet ta’ ħażna jsir permezz ta’ rkantijiet u bil-prezz tas-suq. Konsegwentement, il-miżura inkwistjoni ma tpoġġix fi żvantaġġ lill-operaturi tal-ħażna fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni jista’ jkollha biss effett minimu fuq il-formazzjoni tal-prezzijiet. Il-ħażniet Franċiżi jippermettu li jinħażen madwar 130 TWh (50), li huwa żgħir meta mqabbel mal-kwantitajiet innegozjati fis-swieq. Fl-2018, ġew skambjati 28 220 TWh fuq it-TTF (51). |
|
(146) |
L-operaturi tal-ħażna fid-diversi Stati Membri huma għalhekk kollha suġġetti għal kundizzjonijiet tas-suq li fihom il-ħażniet Franċiżi ftit li xejn għandhom effett, b’tali mod li ma jistax jitqies li l-profittabbiltà tagħhom tista’ tonqos minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni. |
|
(147) |
Franza tinnota, barra minn hekk, li l-fatturi tat-tagħbija għall-ħażna fil-Ġermanja u fil-Belġju laħqu livelli għoljin, li żdiedu bejn l-2018 u l-2019 (52). Dawn il-livelli għoljin juru li r-regolamentazzjoni tal-ħażniet Franċiżi ma ċċaħħadx lill-operaturi minn Stati Membri oħra milli jbigħu l-kapaċitajiet tal-ħażna kollha tagħhom f’kuntest favorevoli tas-suq. |
5. KUMMENTI MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
|
(148) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand 18-il parti interessata, inklużi t-tliet benefiċjarji tal-miżura. Il-kummenti tagħhom huma miġbura fil-qosor fil-premessi (149) sa (233). |
5.1. Kummenti mill-benefiċjarji tal-miżura
5.1.1. Géométhane
|
(149) |
Géométhane tenfasizza l-effetti pożittivi tal-introduzzjoni tal-miżura fir-rigward tal-għan tas-sigurtà tal-enerġija. B’appoġġ għall-argumenti tagħha, Géométhane ppreżentat rapport dettaljat lill-Kummissjoni (53). |
5.1.1.1.
|
(150) |
Il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, skont Géométhane, għal diversi raġunijiet. |
|
(151) |
L-ewwel nett, Géométhane tinnota li ma hemm l-ebda finanzjament mir-riżorsi tal-Istat minħabba li l-ispiża tal-ħażna ma tistax tiġi kklassifikata bħala kontribuzzjoni obbligatorja: it-trasferiment tar-riżorsi jseħħ biss bejn operaturi privati (il-fornituri tal-gass naturali u l-operaturi tal-ħażna), il-kontroll mill-Istat fuq il-fondi huwa limitat, il-miżura inkwistjoni ma tnaqqasx il-baġit tal-Istat, u tipprevedi obbligu li tinżamm l-infrastruttura essenzjali tal-ħażna koperta mill-iskema mill-operaturi. |
|
(152) |
Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni ma tistax titqies bħala vantaġġ selettiv mogħti lill-operaturi tal-ħażna attivi fit-territorju Franċiż meta mqabbla ma’ dawk li jinsabu barra mill-pajjiż, peress li dawn ma jinsabux f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma’ dik tal-operaturi tal-ħażna stabbiliti fit-territorju Franċiż fid-dawl tal-għan imfittex mill-miżura inkwistjoni. Barra minn hekk, l-operaturi ta’ strumenti oħra ta’ flessibbiltà mhumiex f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. |
|
(153) |
Fl-aħħar nett, Géométhane tispjega li l-miżura inkwistjoni ma għandhiex effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.1.2.
|
(154) |
Jekk il-miżura inkwistjoni kellha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, din ikollha titqies kompatibbli mar-regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, skont Géométhane. Effettivament, il-miżura inkwistjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni tas-sigurtà tal-enerġija. Barra minn hekk, din hija meħtieġa u xierqa biex jintlaħaq dan l-għan, fid-dawl tal-analiżi ta’ miżuri alternattivi. |
|
(155) |
L-introduzzjoni tal-miżura inkwistjoni għandha effett ta’ inċentiv peress li, fin-nuqqas ta’ tali miżura, il-proporzjonijiet żgħar ta’ sottoskrizzjoni għall-kapaċità ta’ ħażna u t-tnaqqis fl-introjtu mill-kampanji ta’ sottoskrizzjoni b’riżultat ta’ tnaqqis fil-firxa kienu jwasslu lill-operaturi tal-ħażna biex jissospendu, jew saħansitra jagħlqu b’mod definittiv, infrastrutturi essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fi Franza. |
|
(156) |
Il-kalkolu tad-dħul awtorizzat ibbażat fuq il-metodu ta’ valutazzjoni tal-BAR ibbażat fuq il-kostijiet ekonomiċi kurrenti huwa ġġustifikat u proporzjonat, minħabba li:
|
|
(157) |
Alternattivament, valutazzjoni tal-BAR fuq il-bażi tal-valur tas-suq irrappreżentat mill-firxiet ma tkunx rilevanti peress li ma tkoprix l-ispejjeż tal-operaturi, li jmur kontra l-prinċipju tal-kopertura tal-ispejjeż tad-Direttiva 2009/73/KE. Għalhekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tas-suq jipperikola l-mekkaniżmu regolatorju mfassal biex jiżgura li l-infrastrutturi tal-ħażna essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ trażmissjoni jinżammu operattivi. Barra minn hekk, hemm riskju ta’ rimunerazzjoni żejda fil-każ ta’ żieda fil-firxa. Il-valur tal-BAR miksub mis-CRE huwa konsistenti mal-valur tas-suq tal-infrastrutturi għal żmien twil u medju. |
|
(158) |
Ma kienx ikun rilevanti li jiġi vvalutat jekk id-dħul iġġenerat qabel id-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu regolatorju kienx ippermetta li jiġu koperti l-ispejjeż tal-investiment inizjali tagħhom peress li l-inklużjoni ta’ dak id-dħul f’dik il-valutazzjoni tmur kontra l-prattiki tar-regolaturi Ewropej, li kienu kumplessi u mhux affidabbli. |
|
(159) |
Fl-aħħar nett, għandhom jittieħdu miżuri biex jillimitaw il-prospetti ta’ profitt tal-operaturi (jiġifieri l-kost medju ponderat tal-kapital, il-limitazzjoni effiċjenti tal-ispejjeż tal-operaturi tal-infrastrutturi tal-ħażna u regolamentazzjoni tal-inċentivi). |
|
(160) |
Alternattivament, Géométhane tinnota wkoll li l-valur tal-BAR użat mis-CRE jikkorrispondi għall-valur ta’ tranżazzjoni reċenti. Fl-2016, 98 % tal-ishma ta’ Géosud, li hija stess għandha 50 % tal-ishma ta’ Géométhane, ġew ittrasferiti minn Total, Ineos u Géostock lill-kumpanija CNP Assurances għal ammont ta’ […]. Għalhekk huwa possibbli li jiġi kkalkulat il-valur totali ta’ Géométhane stmat mill-akkwirent fil-mument ta’ dak it-trasferiment, jiġifieri […] (54) (flimkien ma’ […] flus kontanti disponibbli, jiġifieri total ta’ madwar […]). Skont Géométhane, dan il-valur tas-suq huwa konsistenti […] mal-valur tal-BAR meqjus mis-CRE fl-2018, ta’ EUR 188,9 miljun, miżjud bl-assi fissi taħt kostruzzjoni […]. |
|
(161) |
Il-miżura inkwistjoni tipprevjeni l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Effettivament:
|
5.1.2. Storengy
|
(162) |
Storengy tenfasizza l-effetti pożittivi tal-introduzzjoni tal-miżura fir-rigward tal-għan tas-sigurtà tal-enerġija. B’appoġġ għall-argumenti tagħha, Storengy ppreżentant rapport dettaljat lill-Kummissjoni (55). |
5.1.2.1.
|
(163) |
Il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, skont Storengy, għal diversi raġunijiet. |
|
(164) |
L-ewwel nett, Storengy tinnota n-nuqqas ta’ finanzjament mir-riżorsi tal-Istat minħabba li l-ispiża tal-ħażna ma tistax tiġi kklassifikata bħala kontribuzzjoni obbligatorja, li t-trasferiment tar-riżorsi jseħħ biss bejn operaturi privati (il-fornituri tal-gass naturali u l-operaturi tal-ħażna), li l-kontroll mill-Istat fuq il-fondi huwa limitat, il-miżura inkwistjoni ma tnaqqasx il-baġit tal-Istat, u li din tal-aħħar tipprevedi obbligu li tinżamm l-infrastruttura essenzjali tal-ħażna koperta mill-iskema mill-operaturi. |
|
(165) |
Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni ma tistax titqies bħala vantaġġ selettiv mogħti lill-operaturi tal-ħażna attivi fit-territorju Franċiż meta mqabbla ma’ dawk li jinsabu barra mill-pajjiż, peress li dawn ma jinsabux f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma’ dik tal-operaturi tal-ħażna stabbiliti fit-territorju Franċiż fid-dawl tal-għan imfittex mill-miżura. Barra minn hekk, l-operaturi ta’ strumenti oħra ta’ flessibbiltà mhumiex f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. |
|
(166) |
Fl-aħħar nett, Storengy tispjega li l-miżura inkwistjoni ma għandhiex effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.2.2.
|
(167) |
Jekk il-miżura inkwistjoni kellha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, din ikollha titqies kompatibbli mar-regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, skont Storengy. Effettivament, il-miżura tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni tas-sigurtà tal-enerġija. Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni hija meħtieġa u xierqa biex jintlaħaq dan l-għan, fid-dawl tal-analiżi ta’ miżuri alternattivi. |
|
(168) |
L-introduzzjoni tal-miżura inkwistjoni għandha effett ta’ inċentiv peress li, fin-nuqqas tagħha, il-proporzjonijiet żgħar ta’ sottoskrizzjoni għall-kapaċità ta’ ħażna u t-tnaqqis fl-introjtu mill-kampanji ta’ sottoskrizzjoni b’riżultat ta’ tnaqqis fil-firxa kienu jwasslu lill-operaturi tal-ħażna biex jissospendu, jew saħansitra jagħlqu b’mod definittiv, infrastrutturi essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fi Franza. |
|
(169) |
Il-kalkolu tad-dħul awtorizzat ibbażat fuq il-metodu ta’ valutazzjoni tal-bażi tal-assi regolati bbażat fuq il-kostijiet ekonomiċi kurrenti huwa ġġustifikat u proporzjonat, minħabba li:
|
|
(170) |
Alternattivament, valutazzjoni tal-BAR fuq il-bażi tal-valur tas-suq irrappreżentat mill-firxiet ma tkunx rilevanti peress li ma tkoprix l-ispejjeż tal-operaturi, li jmur kontra l-prinċipju tal-kopertura tal-ispejjeż tad-Direttiva 2009/73/KE. Għalhekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tas-suq jipperikola l-mekkaniżmu regolatorju mfassal biex jiżgura li l-infrastrutturi tal-ħażna essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ trażmissjoni jinżammu operattivi. Barra minn hekk, hemm riskju ta’ rimunerazzjoni żejda fil-każ ta’ żieda fil-firxa. Il-valur tal-BAR miksub mis-CRE huwa konsistenti mal-valur tas-suq tal-infrastrutturi għal żmien twil u medju. |
|
(171) |
Ma kienx ikun rilevanti li jiġi vvalutat jekk id-dħul iġġenerat qabel id-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu regolatorju kienx ippermetta li jiġu koperti l-ispejjeż tal-investiment inizjali tagħhom, peress li l-inklużjoni ta’ dak id-dħul f’dik il-valutazzjoni tmur kontra l-prattiki tar-regolaturi Ewropej, li kienu kumplessi u mhux affidabbli. |
|
(172) |
Fl-aħħar nett, għandhom jittieħdu miżuri biex jillimitaw il-prospetti ta’ profitt tal-operaturi (jiġifieri, il-kost medju ponderat tal-kapital, il-limitazzjoni effiċjenti tal-ispejjeż tal-operaturi tal-infrastrutturi tal-ħażna u regolamentazzjoni tal-inċentivi). |
|
(173) |
Il-miżura inkwistjoni tipprevjeni l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Effettivament:
|
5.1.3. Teréga
|
(174) |
Teréga tenfasizza li l-għan ewlieni tar-riforma tal-ħażna huwa s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali lil Franza, li kienet mhedda qabel ma daħal fis-seħħ il-mekkaniżmu regolatorju. |
5.1.3.1.
|
(175) |
Teréga tqis li l-miżura ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat. Teréga tosserva li sistemi regolatorji bbażati fuq il-prinċipju ta’ kopertura tal-ispejjeż ta’ operatur effiċjenti u ta’ dħul normali fuq il-kapital investit huma komuni fl-Unjoni, iżda mhumiex meqjusa bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(176) |
L-ewwel nett, Teréga tqis li l-miżura inkwistjoni hija sempliċiment strument ta’ regolamentazzjoni tariffarja li ma huwiex iffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Effettivament, din ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Istat u ma tagħti lok għal ebda spiża żejda li trid tiġi ttrasferita lill-klijenti finali. Barra minn hekk, l-Istat Franċiż ma jeżerċita kontroll pubbliku la fuq il-fondi miġbura mit-TSOs u lanqas fuq it-TSOs infushom, li huma intrapriżi rregolati mid-dritt privat ikkontrollati minn azzjonisti prinċipalment privati. |
|
(177) |
Sussegwentement, Teréga tqis li l-miżura inkwistjoni ma tagħti ebda vantaġġ selettiv lill-operaturi kkonċernati. Il-mekkaniżmu regolatorju huwa bbażat fuq irkantijiet, li jinkludi wkoll inċentivi ta’ effiċjenza u għodda ta’ regolarizzazzjoni ex post għall-ispejjeż u l-introjtu kollu. Barra minn hekk, in-natura simetrika tal-mekkaniżmu regolatorju tfisser li l-operaturi tal-ħażna mhux neċessarjament jirċievu kumpens iżda jistgħu, għall-kuntrarju, jiġu mġiegħla jħallsu lura l-ħlas żejjed. |
|
(178) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-kriterju ta’ selettività, Teréga tqis li s-sitwazzjoni tal-operaturi barranin ma tikkostitwixxix element ta’ evalwazzjoni rilevanti fid-dawl ta’ dan il-kriterju. L-operaturi tal-ħażna jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali differenti f’ħafna aspetti minn dik tal-operaturi tat-terminali tal-metan u tal-operaturi tal-interkonnetturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-għan tas-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fi Franza. |
|
(179) |
Fl-aħħar nett, Teréga tispjega li l-miżura inkwistjoni ma għandhiex effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-kapaċitajiet ta’ ħażna għandhom jiġu rkantati skont mekkaniżmu tas-suq li ma jiddiskriminax kontra l-operaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet u tal-prattiki antikompetittivi dejjem iddefinixxiet suq rilevanti għall-ħażna tal-gass naturali ta’ livell li ma jmurx lil hinn minn dak nazzjonali, mingħajr qatt ma kkonkludiet li jeżisti suq iktar wiesa’, kemm mill-perspettiva tas-servizzi inkwistjoni kif ukoll mill-perspettiva ġeografika. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-infrastrutturi tal-gass huma rregolati ħafna huwa inkompatibbli mal-identifikazzjoni ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass naturali. |
5.1.3.2.
|
(180) |
Jekk wieħed jassumi li l-mekkaniżmu regolatorju jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li mhuwiex il-każ, Teréga ssostni li l-mekkaniżmu regolatorju jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għall-kompatibbiltà mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(181) |
Teréga tqis li l-miżura inkwistjoni ssegwi l-għan ta’ interess komuni għas-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali lil Franza. Billi jżid il-volumi ta’ gass naturali disponibbli fis-siti tal-ħażna, il-mekkaniżmu regolatorju jfittex li jikseb livell preċiż u kwantifikabbli ta’ sigurtà tal-forniment. Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni tikkorrispondi għal intervent neċessarju mill-Istat, ibbażat fuq analiżi raġonevoli, li twieġeb għal nuqqasijiet tas-suq identifikati sew, bħan-nuqqas ta’ kapaċità tal-klijenti finali li jindikaw il-valur li jassenjaw lis-sigurtà tal-forniment (bħall-valur tal-assigurazzjoni jew il-valur tas-sistema). Barra minn hekk, Teréga tenfasizza li l-miżura inkwistjoni hija strument xieraq għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-forniment fit-territorju Franċiż, mhux biss fir-rigward tal-miżuri l-oħra ta’ flessibbiltà disponibbli, iżda wkoll fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-ħażna. |
|
(182) |
Teréga tikkontesta r-raġunament tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ dwar il-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni. Il-mekkaniżmu regolatorju jillimita l-ammont ta’ għajnuna allegata għall-minimu meħtieġ. Il-mekkaniżmu regolatorju huwa effettivament ibbażat fuq il-prinċipju ta’ kopertura tal-ispejjeż ta’ “operatur effiċjenti”, fuq il-limitu massimu tad-dħul tal-operaturi tal-ħażna u fuq inċentivi integrati għall-operaturi biex jiżguraw l-effiċjenza fin-nefqa operattiva tagħhom. Barra minn hekk, is-CRE wettqet valutazzjoni indipendenti tal-ispejjeż. Meta għamlet dan, is-CRE żgurat li kienu koperti biss l-ispejjeż aċċettabbli. Is-CRE straħet ukoll fuq serje ta’ studji ekonomiċi oġġettivi, kontemporanji u kredibbli mwettqa minn esperti indipendenti sabiex jivvalutaw l-assi regolati. Il-metodu tal-evalwazzjoni tal-assi użat mis-CRE huwa konsistenti f’dan ir-rigward u huwa konformi mal-prattika ta’ regolaturi Ewropej oħra. Għall-kuntrarju ta’ dak li tissuġġerixxi l-Kummissjoni, Teréga tqis li l-inklużjoni tad-dħul li sar qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolamentazzjoni fil-valur tal-bażi tal-assi regolati ma tkunx neċessarjament kompluta fin-nuqqas ta’ data disponibbli u, fi kwalunkwe każ, tista’ tmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi. Barra minn hekk, ix-xogħol tas-CRE jikkonċerna kemm l-ispejjeż operattivi kif ukoll il-valutazzjoni tal-assi tal-operaturi tal-ħażna li saru pubbliċi b’mod sistematiku fid-deliberazzjonijiet tagħha dwar it-tariffi, biex b’hekk jiġi żgurat li l-miżura tkun trasparenti. |
|
(183) |
Fl-aħħar nett, Teréga tqis li l-miżura inkwistjoni ma tikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-gass naturali li jinsabu fi Franza u dawk barra mill-pajjiż. Il-miżura inkwistjoni mhijiex diskriminatorja. Il-fornituri kollha tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jixtru l-kapaċitajiet fis-siti tal-ħażna Franċiżi permezz ta’ rkantijiet. Barra minn hekk, il-fornituri kollha tal-bejgħ bl-imnut li jfornu lill-klijenti Franċiżi jħallsu tariffi ATRT, u b’hekk jappoġġaw il-mekkaniżmu ta’ kumpens. Il-miżura għandha wkoll effetti pożittivi fuq is-swieq bl-imnut tal-gass naturali billi tillimita l-perjodi ta’ stress u r-riskji ta’ konġestjoni tan-netwerk. It-tieni nett, il-miżura lanqas ma tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi tal-LNG u l-operaturi tal-interkonnetturi. Dawn l-atturi, li huma wkoll fil-biċċa l-kbira suġġetti għal mekkaniżmi regolatorji fuq id-dħul tagħhom, ma jitqiegħdux f’relazzjoni kompetittiva mal-operaturi tal-ħażna, iżda pjuttost f’waħda komplementarja mal-għan tas-sigurtà tal-forniment. Il-miżura inkwistjoni ma tiffavorixxix sors wieħed ta’ forniment ta’ gass naturali minflok ieħor u ma tipprojbixxix jew tiskoraġġixxi l-użu ta’ dawn l-istrumenti komplementari bħall-interkonnetturi u t-terminali tal-metan. Pereżempju, ir-rati ta’ sottoskrizzjoni tal-kapaċità fit-terminali tal-metan Ewropej f’dawn l-aħħar snin juru din ix-xejra. Fl-aħħar nett, il-miżura inkwistjoni ma tikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi tal-ħażna barranin. Dawn tal-aħħar ma jistgħux jiġu ppenalizzati bl-irkantijiet, li jiddependu fuq mekkaniżmu bbażat fuq is-suq, u, fil-prattika, l-introduzzjoni tal-miżura inkwistjoni ma xekklitx iż-żieda ġenerali fir-rati ta’ sottoskrizzjoni fl-istokk fl-Ewropa. |
5.2. Kummenti minn partijiet ikkonċernati oħrajn
5.2.1. Association française indépendante de l’électricité et du gaz (“AFIEG”) (56)
|
(184) |
L-AFIEG ikkummentat dwar il-metodu ta’ valutazzjoni tal-assi ta’ ħażna u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assi ta’ ħażna meħtieġa f’termini ta’ volum u fluss biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment. |
|
(185) |
L-AFIEG tindika li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li pprevalew qabel ir-riforma minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza tas-sistema preċedenti ġew eliminati. |
|
(186) |
Fir-rigward tal-metodu ta’ valutazzjoni tal-bażi tal-assi regolati, l-AFIEG ma għandhiex ċifri preċiżi biex tivvalida l-valutazzjoni użata mis-CRE, iżda tqis li l-valur ekonomiku tas-suq għandu jkun preferut fuq il-valur kontabilistiku tas-suq. Din l-għażla tippermetti li tiġi rrappreżentata l-ħażna f’mument speċifiku aktar milli perspettiva aktar storika. Barra minn hekk, l-AFIEG tqis li l-valutazzjoni tal-cushion gas jidher li huwa komponent fundamentali tal-valutazzjoni tal-assi tal-ħażna u titlob, konsegwentement, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-impatt finanzjarju tal-għażla tar-regoli ta’ deprezzament tal-cushion gas fuq il-valur globali tal-BAR. Fl-aħħar nett, l-AFEIG tenfasizza li l-attività tal-operaturi tal-ħażna ma tesponihomx għal riskji iktar sinifikanti minn dawk tal-operaturi tan-netwerks ta’ trażmissjoni. Għalhekk, ir-rata ta’ rimunerazzjoni tal-BAR meqjusa għall-operaturi tal-ħażna ma għandhiex tkun ogħla minn dik tat-TSOs. |
|
(187) |
L-AFIEG tqis li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assi tal-ħażna meħtieġa f’termini ta’ volum u fluss, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment, għandu jitnaqqas mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jiġi massimizzat il-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-ħażna għall-konsumaturi. Effettivament, l-amministrazzjoni Franċiża stabbiliet l-istokkijiet minimi ta’ gass naturali meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment għal 1 990 GWh/d bir-rata ta’ estrazzjoni u 64 TWh fil-volum (57) filwaqt li l-lista stabbilita mid-Digriet dwar il-PPE matul il-perjodu 2023-2028 tqis 2 376 GWh/d f’rata ta’ estrazzjoni u 138,5 TWh f’volum. L-AFIEG tqis li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Digriet dwar il-PPE huwa kbir iżżejjed fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ħażna sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-forniment fi Franza. Il-perimetru għandu għalhekk jiġi vvalutat mill-ġdid ’l isfel sabiex ma jinħolqux spejjeż addizzjonali għall-konsumaturi finali u żvantaġġ għall-kapaċitajiet l-oħra ta’ flessibbiltà tal-gass naturali. Barra minn hekk, l-AFIEG jinnota li l-livell tal-kopertura tar-riskju ta’ inadempjenza magħżul mill-awtoritajiet pubbliċi Franċiżi huwa eċċessiv, stabbilit għal 2 %, meta mqabbel mal-livell ta’ 5 % stabbilit fil-pajjiżi ġirien. |
5.2.2. Association française du gaz (“AFG”) (58)
|
(188) |
L-AFG tqis li l-qafas regolatorju għall-ħażna tal-gass naturali introdott mill-awtoritajiet Franċiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018 huwa virtuż. |
|
(189) |
L-AFG tqis ukoll li l-miżura inkwistjoni hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ regolazzjoni skont l-ispejjeż u wasslet għal valutazzjoni effiċjenti u proporzjonata tal-assi. L-AFG issostni li dan il-prinċipju ta’ regolazzjoni tal-ispejjeż huwa applikat mill-parti l-kbira tal-awtoritajiet regolatorji u japplika għall-attivitajiet ta’ trażmissjoni, distribuzzjoni ta’ gass naturali u terminali tal-metan fi Franza. |
|
(190) |
Skont l-AFG, metodu li juża l-prezzijiet tas-suq aktar milli l-ispejjeż ta’ “operaturi effiċjenti” seta’ wassal għal qafas regolatorju li jvarja u potenzjalment imbiegħed mill-aħjar kundizzjonijiet ekonomiċi: effettivament, fil-każ ta’ firxiet mhux favorevoli, il-metodu ma jiżgurax li l-ispejjeż tal-operaturi li potenzjalment iqegħduhom f’sitwazzjoni kritika jkunu koperti. Min-naħa l-oħra, kieku l-firxiet tas-suq kienu jkunu favorevoli ħafna, id-dħul tal-operaturi kien ikun għoli wisq u mbiegħed mill-aħjar valur għall-klijenti tal-ħażna. |
|
(191) |
Skont l-AFG, ir-regolamentazzjoni tal-ħażniet Franċiżi ma kinitx toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-infrastrutturi l-oħra tal-gass naturali fi Franza, it-terminali tal-metan fi Franza u fl-Unjoni Ewropea jew l-operaturi tal-ħażna fl-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tat-terminali tal-metan, l-AFG tinnota li l-volumi ta’ LNG importati fi Franza rduppjaw fi żmien sentejn minn 9,6 Gm3 fl-2017 għal 21,5 Gm3 fl-2019. L-AFG issemmi wkoll li proġetti għall-iżvilupp ta’ terminali tal-metan bħalissa qed jiġu studjati fil-Ġermanja. Fir-rigward tal-operaturi tal-ħażna fl-Ewropa, l-AFG tenfasizza li r-rati tat-tagħbija fil-ħażna fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fil-Belġju żdiedu bejn l-2018 u l-2019 u laħqu livell ta’ mill-inqas 95 % fl-Ewropa tal-Punent sal-1 ta’ Novembru 2019. |
5.2.3. Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (“ANODE”) (59)
|
(192) |
Skont l-ANODE, ir-regolamentazzjoni tal-ħażna Franċiża tippermetti li tiġi rrikonċiljata x-xewqa tal-fornituri li jkollhom regoli tas-suq għall-kummerċjalizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ ħażna ma’ mekkaniżmu regolat li jiggarantixxi s-sigurtà tal-forniment. |
|
(193) |
Barra minn hekk, l-ANODE tqis li huwa essenzjali li l-għan ta’ sottoskrizzjoni u tagħbija tal-ħażna kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-assi kkunsidrati għall-finijiet tas-sigurtà tal-forniment fil-mekkaniżmu ta’ kumpens jiġu riveduti regolarment biex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet attwali. Dan il-punt huwa aktar u aktar importanti, skont l-ANODE, peress li Franza assumiet tnaqqis ta’ 2 % fil-konsum tal-gass naturali, minbarra l-produzzjoni tal-elettriku, […]. |
|
(194) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità, l-ANODE tqis li s-CRE għandha tikkunsidra l-ksib tal-esperjenza dwar l-ispejjeż u l-operazzjoni tal-ħażniet u t-tnaqqis tar-riskju fuq l-operaturi tal-ħażna. Hija tqis li r-rimunerazzjoni tal-BAR tal-operaturi tal-ħażna jenħtieġ li tkun allinjata ma’ dik tat-TSOs. |
5.2.4. Commission de Régulation de l’Électricité et du Gaz (“CREG”) (60)
|
(195) |
Is-CREG tqis li ma hemmx prova li l-kapaċità kollha tal-ħażna fi Franza hija meħtieġa f’kull ħin biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali. Parti minn dan il-gass naturali, li jista’ jkun sinifikanti, jintuża minn noleġġaturi biex jagħmlu qligħ mill-ispekulazzjoni dwar id-differenzi fil-prezzijiet tal-gass naturali bejn is-sajf u x-xitwa. Il-mekkaniżmu ta’ kumpens jista’ għalhekk ikun ukoll mezz bla ħlas għall-kerrejja biex jagħmlu qligħ kapitali fuq il-gass naturali. Dan jagħti vantaġġ kompetittiv lin-noleġġaturi attivi fi Franza li ma jgawdux minnhom noleġġaturi minn pajjiżi ġirien. |
|
(196) |
Il-Belġju għandu faċilità waħda biss għall-ħażna tal-gass naturali, is-sit ta’ Loenhout, li huwa operat minn Fluxys Belgium (61). Is-CREG tqis li dan is-sit huwa f’kompetizzjoni ma’ siti oħra ta’ ħażna fil-Majjistral tal-Unjoni. |
|
(197) |
Għalkemm il-firxa bejn il-prezzijiet tal-gass tax-xitwa u tas-sajf għall-gass naturali baqgħet baxxa fl-2017 u l-2018, in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-akbar faċilità ta’ ħażna fir-Renju Unit wassal għal żieda fil-prenotazzjoni tal-kapaċità tal-ħażna fis-suq tal-Majjistral tal-UE. Dan jispjega r-rata tat-tagħbija ta’ 87 % u 84 % ta’ Loenhout fl-istaġuni 2016/2017 u 2017/2018. |
|
(198) |
Madankollu, il-fattur tat-tagħbija għall-istaġun 2018/2019 kien baxx, sa mhux aktar minn 54 %, filwaqt li l-fattur tat-tagħbija għall-EU-28 baqa’ pjuttost stabbli. F’dan ir-rigward, is-CREG tinnota li l-fattur tat-tagħbija għall-ħażna fi Franza żdied minn 75 % għall-istaġun 2017/2018 għal 94 % għall-istaġun 2018/2019. Ir-rwol ta’ Loenhout bħala sors ta’ flessibbiltà ttieħed mill-faċilitajiet ta’ ħażna Franċiżi, li setgħu jibbenefikaw minn tariffi baxxi ħafna bis-saħħa ta’ qafas regolatorju ta’ appoġġ ġdid. Is-CREG iqis li l-impatt tal-introduzzjoni tal-mekkaniżmu Franċiż ta’ kumpens fuq Loenhout kien għalhekk sinifikanti ħafna: il-parteċipanti fis-suq b’kuntratti eżistenti fit-tul biss baqgħu attivi f’Loenhout. Is-CREG tqis li l-mekkaniżmu ta’ kumpens Franċiż jobbliga lill-operaturi ta’ ħażna ġirien ibigħu l-kapaċitajiet ta’ ħażna tagħhom bi jew inqas mill-ispiża marġinali tagħhom. |
|
(199) |
Barra minn hekk, is-CREG tindika li r-rata tat-tagħbija għall-istaġun 2019/2020 hija eċċezzjonali, kemm għall-Belġju (97 %) kif ukoll għall-EU-28 (97 %). Din ir-rata kienet minħabba prezzijiet tal-gass naturali baxxi ħafna fis-sajf tal-2019 u firxa sinifikanti. |
|
(200) |
Is-CREG tikkonkludi li għalhekk ma jistax jiġi eskluż li l-mekkaniżmu ta’ kumpens li japplika fi Franza jwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħażna fit-territorju Franċiż u dawk tal-Istati Membri ġirien, bejn il-parteċipanti tas-suq attivi fis-suq Franċiż u dawk attivi fl-Istati Membri ġirien u bejn l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali u l-operaturi tal-LNG u l-operaturi tal-interkonnetturi. |
5.2.5. […] (62)
|
(201) |
[…] iqis li huwa imperattiv li jinbena stokk ta’ gass naturali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment fi żmien qasir u l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni implimentati fl-2018 jidhru li huma rilevanti. Peress li l-volum ta’ ħażna meħtieġ għas-sigurtà tal-forniment huwa akbar mill-volum “ekonomiku” li s-suq jenfasizza b’mod spontanju, huwa meħtieġ li jiġi kkomplementat id-dħul tal-operaturi tal-ħażna. |
|
(202) |
Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni regolat għandu jkun limitat għall-kapaċitajiet ta’ ħażna strettament meħtieġa għas-sigurtà tal-forniment. Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li l-konsumaturi finali ma jġarrbux spejjeż eċċessivi. Kamp ta’ applikazzjoni kbir iżżejjed jista’ wkoll ikun ta’ żvantaġġ għall-ħażniet fi Stat Membru ieħor u jkollu impatt fuq it-terminali tal-metan u l-interkonnetturi. |
|
(203) |
[…] jaċċetta li huwa kumpless li jiġi ddeterminat b’mod preċiż il-volum tal-ħażna meħtieġ għas-sigurtà tal-forniment. Madankollu, […] iqis li l-integrazzjoni tal-ħażniet kollha taħt l-art fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħażniet meħtieġa tista’ tkun meħtieġa għas-sigurtà tal-forniment. Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti, […] iqis li x-xenarji magħżula minn Franza jistgħu jwasslu għal użu akbar tar-riżorsi tal-LNG b’mod partikolari, li jwassal għal tnaqqis fil-volum meħtieġ għas-sigurtà tal-forniment. |
|
(204) |
[…] jiddubita wkoll l-għażla magħmula biex il-kamp ta’ applikazzjoni regolat jiġi limitat biss għall-kapaċitajiet ta’ ħażna taħt l-art, b’mod partikolari peress li l-leġiżlazzjoni Franċiża tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ ħażniet fit-terminali tal-metan u tqis li dawk l-istokkijiet jistgħu jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali. |
|
(205) |
Għal żmien medju u fit-tul, […] jistenna li Franza tiġġestixxi d-dekummissjonar ta’ xi wħud mill-infrastrutturi tal-gass tagħha. Għalhekk, anki jekk iż-żieda fil-kapaċitajiet ta’ importazzjoni twassal għal tnaqqis fil-volum li għandu jinħażen sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment, din l-alternattiva fl-aħħar mill-aħħar tista’ tkun għalja ħafna. Konsegwentement, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment, l-użu tal-ħażniet eżistenti jidher aktar rilevanti mill-bini ta’ kapaċità ġdida ta’ importazzjoni. |
5.2.6. Federazzjoni Ewropea tan-Negozjanti tal-Enerġija (“EFET”) (63)
|
(206) |
L-EFET tappoġġja r-riforma implimentata mill-awtoritajiet Franċiżi fl-2018, li ppermettiet li jinħoloq suq tal-ħażna tal-gass naturali attraenti u kompetittiv fi Franza. |
|
(207) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, l-EFET ma tiddubitax mill-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur bażi jew ir-rata ta’ dħul mill-kapital, kif definit mis-CRE. Il-valur tal-assi regolati għandu jikkorrispondi għall-bażi tal-assi regolati u għal rata ta’ rimunerazzjoni regolata. |
|
(208) |
L-EFET ma tqisx li l-introduzzjoni tar-riforma setgħet ħolqot distorsjonijiet tal-kompetizzjoni: la bejn l-operaturi Franċiżi tal-ħażna tal-gass naturali u l-operaturi minn Stati Membri oħra, kif muri miż-żieda kostanti fil-parteċipazzjoni tal-operaturi fi Franza u barra l-pajjiż mill-2018, u lanqas bejn l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali u l-operaturi tat-terminal tal-LNG, peress li l-valur tas-suq tat-terminali tal-LNG ilu jiżdied mill-2018. |
5.2.7. Elengy (64)
|
(209) |
L-introduzzjoni tar-riforma ma naqqsitx b’mod artifiċjali l-inċentivi għall-użu tat-terminali tal-LNG. L-ewwel nett, l-operazzjonijiet tat-terminali ta’ Elengy żdiedu minn meta ġiet implimentata l-miżura, u laħqu livelli rekord fl-2019 u l-2020. |
|
(210) |
It-tieni nett, l-attrazzjoni tat-terminali tal-LNG hija affettwata minn ħafna fatturi: id-distakk bejn is-swieq tal-Unjoni u dawk Asjatiċi, it-tariffi, l-eżistenza ta’ kuntratti fit-tul, il-profondità u l-likwidità tas-suq downstream, il-flessibbiltà tat-terminal, kif ukoll ir-regoli kummerċjali. Il-miżura dwar il-ħażna ma għandhiex impatt dirett fuq dawn il-fatturi ta’ attrazzjoni, iżda kellha konsegwenzi indiretti u pożittivi. Ir-riforma tabilħaqq ikkontribwiet għall-massimizzazzjoni tal-kapaċità ta’ ħażna tal-Unjoni billi żiedet il-profondità tas-suq tal-gass naturali tal-Unjoni għall-ħażna tal-gass naturali u t-tnaqqis tal-ispejjeż għall-konsumaturi meta d-domanda għall-gass naturali tkun għolja, u billi żiedet il-likwidità disponibbli fis-suq Franċiż. |
5.2.8. Enovos (65)
|
(211) |
Enovos tqis li, fejn ikun hemm għadd suffiċjenti ta’ atturi fis-sistema, is-suq ikun fl-aħjar pożizzjoni biex jiddefinixxi l-valur ta’ assi. Il-mekkaniżmu attwali tal-irkant iwassal għal valutazzjoni ġusta tas-suq. Jekk is-sistema tal-irkant twassal għal rimunerazzjoni aktar baxxa jew għolja għal ċerti atturi, isiru aġġustamenti fl-irkantijiet tas-snin sussegwenti. |
5.2.9. Fluxys (66)
|
(212) |
Fluxys innotat li l-ħażna tal-gass naturali fl-Unjoni qed tiffaċċja sfidi sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, peress li huwa dejjem aktar diffiċli li jiġu koperti l-ispejjeż operattivi tal-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali. Għalhekk, sabiex ikun hemm reazzjoni għall-iżviluppi rapidi tas-suq, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell ekonomiku xieraq li jirrifletti l-valur tal-ħażna tal-gass naturali għas-sistema u l-kontribut tagħha għas-sigurtà tal-forniment. L-istabbiliment unilaterali ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ jista’ joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma’ Stati Membri oħra tal-UE. Għalhekk, għandu jiġi applikat mekkaniżmu ta’ kumpens ibbażat fuq kriterji stretti għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni. |
5.2.10. Fédération nationale des mines et de l’énergie CGT (“FNME-CGT”) (67)
|
(213) |
Skont l-FNME-CGT, ir-riforma tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza laħqet iż-żewġ objettivi li ġejjin: l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija bi spiża tajba għall-konsumatur u l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tan-netwerk ta’ trażmissjoni biex jiġi żgurat it-trasport. |
|
(214) |
L-FNME-CGT tqis li l-miżura inkwistjoni ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat. Skont l-FNME-CGT, il-kumpens mhuwiex iffinanzjat minn riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix taxxa imposta b’mod vinkolanti mingħajr ħlas, bħal taxxa. Barra minn hekk, l-FNME-CGT targumenta li t-trasferiment tat-tariffa għall-użu tan-netwerk ta’ trażmissjoni fuq il-kont tal-konsumatur għall-gass naturali huwa obbligu biss għall-konsumaturi li jagħżlu li jibbenefikaw mit-tariffi rregolati u li la r-riżorsi li jirriżultaw mill-ispiża tal-ħażna u lanqas l-operaturi li jiġbru l-kumpens ma huma taħt il-kontroll tal-Istat. |
|
(215) |
L-FNME-CGT ma tqisx li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ selettiv minħabba l-eżistenza ta’ obbligi fuq l-operaturi tal-ħażna għaż-żamma operattiva ta’ tali infrastrutturi. Barra minn hekk, ir-regolament jipprevedi li d-dħul żejjed jitħallas lura mill-operatur lill-operaturi tan-netwerks u għalhekk jikkonsisti f’telf ta’ opportunità ekonomika. |
|
(216) |
Jekk il-miżura inkwistjoni kellha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, din tkun kompatibbli mas-suq intern. |
|
(217) |
L-FNME-CGT tqis li l-metodu ta’ valutazzjoni tal-assi rregolati huwa proporzjonat mal-għan tas-sigurtà tal-forniment. L-istabbiliment ta’ regolamentazzjoni tad-dħul tal-operaturi abbażi tal-ispejjeż ikkontrollati u approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali żgurat li l-konsumatur finali jħallas prezz definit minn qabel b’mod trasparenti. |
|
(218) |
Barra minn hekk, il-metodu ta’ valutazzjoni tal-BAR huwa applikat għat-tariffi tal-infrastrutturi kollha rregolati fi Franza, bl-eċċezzjoni tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Valutazzjoni bbażata fuq il-firxiet tas-sajf/xitwa ma setgħetx tikkoreġi l-fallimenti ta’ suq li ma kienx kapaċi jirrifletti l-valur tal-assigurazzjoni tal-assi fil-prezzijiet. Barra minn hekk, il-proposti tal-BAR tal-operaturi kienu suġġetti għal awditu indipendenti b’mandat mis-CRE, li wassal għal tnaqqis fil-BAR inizjali miżmuma. Imbagħad, il-BAR inizjali jqis il-valur deprezzat tal-assi. Xi assi, deprezzati għalkollox, saħansitra ġew inkorporati fil-BAR b’valur żero u għalhekk ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni. |
|
(219) |
Skont l-FNME-CGT, hemm elementi oħra li jippermettu li jiġi konkluż li l-miżura hija proporzjonata: ir-reviżjoni regolari tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament mill-PPE, il-kopertura tal-ispejjeż imġarrba mill-operaturi tal-infrastrutturi tal-gass sal-punt biss li dawn l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk ta’ “operaturi effiċjenti”, is-simetrija tal-kumpens li tevita kwalunkwe riskju ta’ kumpens żejjed u l-fatt li r-regolament għandu l-għan li jimmassimizza s-sottoskrizzjoni tal-kapaċità ta’ ħażna u d-dħul mill-irkant. |
|
(220) |
L-FNME-CGT tqis li l-miżura ma introduċietx effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. L-ewwel nett, il-kumpens imħallas minn kull fornitur huwa ddeterminat mill-karatteristiċi tal-konsum tiegħu irrispettivament minn jekk il-faċilitajiet tiegħu humiex ibbażati fit-territorju Franċiż jew f’pajjiż ġar, u b’hekk ma joħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri. It-tieni, il-ħażna mhijiex f’kompetizzjoni mal-LNG u l-interkonnetturi, li huma pjuttost komplementari. It-terminali tal-metan għandhom karatteristiċi tekniċi u restrizzjonijiet operattivi speċifiċi fil-katina tal-provvista tal-LNG. Filwaqt li l-ħażniet huma maħsuba biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ konsum massimu, it-terminali tal-LNG u l-interkonnetturi tal-gass huma mod kif jiġu importati u diversifikati s-sorsi tal-forniment tal-gass naturali. Il-komplementarjetà tal-ħażniet u tat-terminali tal-metan ippermettew li jinħażen l-LNG importat bi prezz baxx fl-Unjoni għall-benefiċċju tal-utenti tal-gass naturali. It-tielet nett, il-miżura inkwistjoni ma tikkawżax distorsjoni fil-kompetizzjoni vis-à-vis l-operaturi tal-ħażna fi Stati Membri oħra, li jintwera mill-fatt li r-rati ta’ sottoskrizzjoni u l-użu tal-ħażniet fl-Unjoni kollha żdiedu u laħqu livelli għoljin. |
|
(221) |
Għall-kuntrarju tal-PPE, l-FNME-CGT ma tistmax li l-konsum tal-gass naturali se jonqos bi 2 % fis-sena, minħabba l-iżvilupp ta’ użi ġodda tal-gass naturali. L-FNME-CGT tindika li ta’ spiss jintesew il-kriterji tas-sigurtà tal-forniment fid-disinn tad-daqs tal-infrastrutturi, bħall-għajbien għal sitt xhur tas-sors ewlieni tal-forniment f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi medji. |
5.2.11. GRTgaz (68)
|
(222) |
Skont GRTgaz, in-netwerk u l-ħażniet ġew iddisinjati flimkien u t-tnejn huma indispensabbli biex ikopru d-domanda tax-xitwa. GRTgaz wettaq simulazzjonijiet fil-bidu tal-2018 li indikaw ħtieġa ta’ ħażna minn 115 sa 125 TWh b’kunsiderazzjoni għax-xenarji klimatiċi tax-xitwiet reċenti. GRTgaz jindika wkoll li l-kapaċità massima tal-ħażna ta’ 135 TWh mhijiex biżżejjed għal xitwa kiesħa b’quċċata kiesħa u mingħajr l-użu tal-LNG. |
|
(223) |
Bejn l-2012 u l-2018, GRTgaz avża regolarment dwar il-problemi li jirriżultaw minn livelli ta’ sottoskrizzjoni u ta’ mili insuffiċjenti tal-ħażniet taħt l-art, u b’mod partikolari r-riskju għas-sigurtà tal-forniment u l-kontinwità tal-forniment. Barra minn hekk, GRTgaz iqis li l-ħolqien taż-żona unika (“TRF”) fl-1 ta’ Novembru 2018 saħħaħ ir-rwol tal-ħażniet fis-sistema tal-gass Franċiża. |
5.2.12. Hungarian Gas Storage (69)
|
(224) |
Il-ħażna tal-gass naturali hija garanzija u valur għas-sistema nnifisha, kif muri mill-istudji mwettqa mill-assoċjazzjoni Gas Infrastructure Europe. Dawn il-valuri mhumiex riflessi mill-prezz tas-suq (70). Għalhekk, hemm bżonn ta’ intervent regolatorju (71) bħal dak introdott fi Franza. Is-sistema Franċiża bbażata fuq is-suq tiżgura kundizzjonijiet ekwi ma’ sorsi oħra ta’ flessibbiltà. Il-kumpens żejjed jiġi evitat peress li kull differenza bejn id-dħul regolat u d-dħul mis-suq tiġi rritornata. It-trasparenza tal-kumpens hija żgurata mill-modalitajiet definiti mis-CRE. Permezz tal-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni, ma hemm l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-ħażna jew fil-katina tal-valur tal-enerġija. Il-miżura inkwistjoni hija eżempju għall-pajjiżi l-oħra tal-UE. |
5.2.13. Total Direct Énergie (72)
|
(225) |
Kif previst fid-Digriet dwar il-PPE, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-assi meħtieġa għas-sigurtà tal-forniment ġie stabbilit għal 138,5 TWh filwaqt li 90 TWh biss kienu jikkorrispondu għall-volum meħtieġ fil-mekkaniżmu ta’ ħażna preċedenti. |
|
(226) |
Total Direct Énergie tistaqsi dwar l-użu preżunt tal-interkonnetturi għal 1 585 GWh/d, filwaqt li l-kapaċitajiet tekniċi huma ta’ 1 810 Gwh/d. Din id-differenza ma tidhirx ġustifikata. Il-ħin tal-kunsinna tal-merkanzija, li huwa 10 ijiem, għandu jiġi aġġornat u l-kuntratti ta’ kunsinna tal-LNG għandhom jiġu kkunsidrati (u b’hekk jitnaqqas iż-żmien medju tal-kunsinna). Fl-aħħar nett, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perjodi kesħin ta’ bejn 6 u 9 ijiem biss għandu l-effett li jnaqqas il-benefiċċju tal-LNG. |
|
(227) |
Kamp ta’ applikazzjoni tal-infrastrutturi ta’ daqs żejjed awtomatikament tħallas iżżejjed lill-operaturi tal-ħażna. Il-BAR inizjali kellu jqis id-deprezzament li diġà sar. Barra minn hekk, Total Direct Énergie tqis li l-attività ta’ operatur tal-ħażna hija mħallsa żżejjed fir-rigward tar-riskji mġarrba. Din l-attività mhijiex esposta għal riskji akbar mill-attività tal-operaturi tan-netwerks ta’ trażmissjoni. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni għal rata ogħla ta’ rimunerazzjoni. Għal din ir-raġuni, ir-rata ta’ rimunerazzjoni tal-BAR ikkunsidrata ma għandhiex tkun ogħla minn dik tat-TSOs, li bħalissa hija stabbilita mis-CRE għal 5,25 %. |
|
(228) |
Total Direct Énergie tqis ukoll li d-daqs tal-miżura x’aktarx li jwassal għal distorsjoni tas-sinjali ta’ prezzijiet fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u mhux li jħeġġeġ lill-atturi tas-suq biex jissottoskrivu għal strumenti oħra ta’ flessibbiltà (b’mod partikolari interkonnetturi u LNG), minkejja li jkunu ugwalment indispensabbli. Total Direct Énergie tinnota li s-sottoskrizzjonijiet fit-tul għall-kapaċitajiet tal-interkonnetturi se jiskadu fis-snin li ġejjin, mingħajr ma s-sinjali tas-suq attwali jinċentivawhom għat-tiġdid. |
5.2.14. Uniper Energy Storage (73)
|
(229) |
Id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet ta’ ħażna hija essenzjali biex jiġi żgurat l-operat sikur u ekonomiku tal-infrastrutturi kollha ta’ importazzjoni tal-gass naturali. Madankollu, il-fatt li s-suq għandu jinkoraġġixxi l-użu sħiħ tal-kapaċitajiet tal-ħażna mhuwiex rifless fil-kundizzjonijiet tas-suq għall-ħażna taħt l-art tal-gass naturali (74). Għal ħafna snin, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna ġew ikkonfrontati bi tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq. Is-sitwazzjoni hija aggravata minn sitwazzjonijiet kompetittivi differenti fl-Ewropa, skont id-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali differenti applikabbli għall-aċċess għall-ħażna u l-flessibbiltà bbażata fuq is-suq jew irregolati. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu standardizzati s-sistemi nazzjonali għar-regolamentazzjoni tal-ħażna tal-gass naturali (75). |
5.2.15. Union Professionnelle des Industries Privées du Gaz (“UPRIGAZ”) (76)
|
(230) |
L-UPRIGAZ tfakkar li Franza diġà biddlet il-mekkaniżmu regolatorju tagħha għall-ħażna wara l-appell tagħha ta’ abbuż ta’ poter quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) kontra l-mekkaniżmu l-antik. Hija tqis li l-mekkaniżmu aġġornat huwa rilevanti u jippermetti l-ħolqien ta’ valur tas-suq reali tal-prodotti tal-ħażna fi Franza. |
|
(231) |
L-UPRIGAZ hija tal-fehma li l-użu tat-terminali tal-metan Franċiżi u dawk li jinsabu fil-pajjiżi ġirien ma jistax jitqies bħala mfixkel mis-sistema regolatorja għall-ħażna tal-gass naturali. It-terminali tal-metan Franċiżi emettew 9,6 Gm3 fl-2017. L-emissjonijiet osservati fl-2018 (11,1 Gm3) u fl-2019 (21,5 Gm3) mingħajr dubju wrew ix-xewqa fis-suq għat-terminali tal-metan Franċiżi matul dan il-perjodu. Dan japplika wkoll għat-terminali tal-metan li jinsabu fil-pajjiżi ġirien, b’żieda enormi fl-emissjonijiet fil-Belġju (minn 1,1 Gm3 fl-2017 għal 6,7 Gm3 fl-2019) u fin-Netherlands (minn 0,8 Gm3 fl-2017 għal 7,9 Gm3 fl-2019). |
|
(232) |
L-UPRIGAZ tqis ukoll li l-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Franċiżi u b’mod partikolari s-suppożizzjoni li 100 % tal-kapaċità ta’ dħul kostanti hija disponibbli fil-punti ta’ interkonnessjoni ma tagħtix lok għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(233) |
Fl-aħħar nett, l-UPRIGAZ tqis li l-miżura inkwistjoni ma tagħtix vantaġġ indebitu lill-operaturi ta’ ħażna Franċiżi fuq il-pari barranin tagħhom. |
6. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA INKWISTJONI
6.1. Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(234) |
L-għajnuna tal-Istat hija definita fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE bħala “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. |
|
(235) |
Il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat tippresupponi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv: (a) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (b) il-miżura tagħti vantaġġ selettiv li x’aktarx jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; u (c) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u tkun tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.1.1. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà
|
(236) |
Biex il-miżuri jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dawn iridu, minn naħa waħda, jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, ikunu imputabbli lill-Istat (77). |
|
(237) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-kundizzjoni dwar l-imputabbiltà tal-miżura, għandu jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu li pparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din il-miżura (78). |
|
(238) |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett għandu jiġi nnotat li l-mekkaniżmu regolatorju ġie stabbilit minn liġi adottata fl-2017 (79), li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa stabbilit b’digriet (80) u li d-dettalji tagħha huma ddeterminati mid-deliberazzjonijiet tas-CRE, awtorità amministrattiva indipendenti, fil-qafas tal-kompetenza mogħtija lilha bil-liġi (ara l-premessi (15) sa (17)). B’mod partikolari, is-CRE għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-irkantar tal-kapaċitajiet tal-infrastrutturi essenzjali, tiddetermina d-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna u tiddefinixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispiża tal-ħażna fi ħdan it-tariffi tal-ATRT. Il-mekkaniżmu regolatorju għandu għalhekk jitqies bħala imputabbli lill-Istat. |
|
(239) |
It-tieni nett, fir-rigward tal-kundizzjoni dwar il-finanzjament dirett jew indirett permezz tar-riżorsi tal-Istat, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ma huwiex neċessarju li jiġi stabbilit, fil-każijiet kollha, finanzjament dirett mill-Istat sabiex il-vantaġġ mogħti lil impriża waħda jew iktar jitqies bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE (81). |
|
(240) |
B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fondi ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mil-liġi tal-Istat, ġestiti u mqassma skont dik il-leġiżlazzjoni, jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, anki jekk huma ġestiti minn entitajiet distinti mill-awtorità pubblika (82). Jekk dawn l-entitajiet humiex entitajiet irregolati mid-dritt pubbliku jew mid-dritt privat ma huwiex fih innifsu deċiżiv (83). Il-fattur deċiżiv f’dan ir-rigward huwa l-fatt li tali entitajiet huma awtorizzati mill-Istat sabiex jamministraw riżorsa tal-Istat, u mhux sempliċement marbuta b’obbligu li jixtru permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess (84). Fis-sentenza ENEA S.A., il-Qorti sostniet li miżura ma ngħatatx permezz ta’ riżorsi tal-Istat fejn l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn dik il-miżura ma setgħux jiġu mgħoddija kompletament lill-utenti finali (85). Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-modalitajiet ta’ kalkolu ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu ddeterminati preċiżament permezz ta’ regolament jew ta’ deċiżjoni ta’ korp pubbliku, bħall-awtorità regolatorja nazzjonali, mingħajr, madankollu, ma tiġi eskluża l-klassifikazzjoni ta’ “kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat” (86). |
|
(241) |
Fis-sentenza Essent Netwerk Noord (87), il-miżura inkwistjoni ġiet ikklassifikata bħala taxxa u għalhekk miżura li tinvolvi riżorsa tal-Istat peress li l-ħlas addizzjonali kien impost mill-Istat fuq ix-xerrejja tal-enerġija elettrika skont il-kriterju oġġettiv tan-numru ta’ sigħat-kilowatt ittrasportati (88). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-kwalità ta’ debitur tat-taxxa mhijiex rilevanti, sa fejn it-taxxa tirrigwarda l-prodott jew attività neċessarja fir-rigward tal-prodott (89). |
|
(242) |
Barra minn hekk, fis-sentenza EEG 2012 (90), il-Qorti ċċarat li ma kienx biżżejjed li l-impożizzjoni ta’ oneru finanzjarju fuq il-fornituri tkun fakultattiva u tgħaddi lill-konsumatur finali biss “fil-prattika” sabiex jiġi konkluż li jeżistu riżorsi tal-Istat. |
|
(243) |
F’dan il-każ, minn naħa waħda, il-kopertura tal-ispejjeż tal-operaturi tal-ħażna taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju permezz tat-tariffi għall-użu tan-netwerk ta’ trażmissjoni kif previst mil-Liġi dwar l-Idrokarburi (ara l-premessi (17) u (104)). Fid-dawl tal-kompetenza tagħha prevista mil-Liġi (ara l-premessa (17)), is-CRE introduċiet tariffa fit-tariffi tal-ATRT, li hija ddedikata għall-finanzjament tal-mekkaniżmu regolatorju inkwistjoni (l-ispiża tal-ħażna) (ara l-premessa (90)). Il-finanzjament ikopri wkoll il-kost tal-forniment tal-ġbir u l-ħlas tal-kumpens tat-TSOs (ara l-premessa (105)). |
|
(244) |
Skont id-deċiżjoni tas-CRE tas-7 ta’ Frar 2018 (91), it-trasportaturi kollha li ġew allokati l-kapaċità ta’ konsenja kostanti lil mill-inqas PITD wieħed huma meħtieġa jħallsu din l-ispiża tal-ħażna lit-TSO li miegħu jkunu kkonkludew kuntratt ta’ trażmissjoni (ara l-premessa (99)). L-ammont tal-ispiża tal-ħażna għal kull trasportatur, skont il-metodoloġija stabbilita mis-CRE, huwa ddeterminat abbażi tal-modulazzjoni tax-xitwa tal-klijenti tiegħu li ma jistgħux jiġu mgħobbija u li ma jistgħux jiġu interrotti konnessi man-netwerks pubbliċi ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali (ara l-premessa (21)). Għall-kuntrarju tal-fehma tal-partijiet ikkonċernati, minn dak li ntqal qabel jirriżulta li l-ħażna hija fin-natura ta’ kontribuzzjoni obbligatorja imposta mil-liġi fuq it-trasportaturi, u mhux ta’ għażla, li l-ammont tagħha huwa kkalkolat skont il-kriterju oġġettiv tal-modulazzjoni tax-xitwa tal-klijenti tagħhom fuq il-bażi tal-metodoloġija stabbilita mis-CRE. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati biex ikopru l-ispejjeż kollha tat-TSOs relatati ma’ dan is-servizz. |
|
(245) |
Din l-analiżi hija kkonfermata mill-fatt li l-ispiża tal-ħażna, imħallsa mit-trasportaturi, għandha tiġi ttrasferita bilfors lill-konsumaturi skont it-tariffi rregolati għall-bejgħ tal-gass naturali (ara l-premessi (98) sa (101)). |
|
(246) |
Min-naħa l-oħra, skont il-Liġi dwar l-Idrokarburi, it-TSOs iħallsu lill-operaturi tal-ħażna li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju proporzjon tas-somom miġbura skont it-tariffi tal-ATRT skont il-proċeduri stabbiliti mis-CRE, li hija korp pubbliku. F’dan ir-rigward, is-CRE tistabbilixxi l-ammont ta’ dan is-sehem u l-ispiża tas-servizz ta’ ġbir u ta’ ħlas (ara l-premessa (90)). Pereżempju, it-TSOs jinħatru u jingħataw mandat bil-liġi biex jiġbru u jirritornaw fondi mill-ispiża tal-ħażna lill-operaturi tal-ħażna regolati. Il-fondi mhumiex liberament disponibbli għat-TSOs peress li ma għandhom l-ebda setgħa diskrezzjonali fir-rigward tad-determinazzjoni u d-destinazzjoni ta’ dawn il-fondi, li huma suġġetti għal ridistribuzzjoni obbligatorja u li l-ammonti tagħhom huma deċiżi mis-CRE. |
|
(247) |
Konsegwentement, l-ispiża tal-ħażna tat-tariffi ATRT, li jipprovdi finanzjament għall-mekkaniżmu regolatorju, għandu n-natura ta’ kontribuzzjoni obbligatorja imposta bil-liġi kemm fuq it-trasportaturi kif ukoll fuq il-konsumaturi, bħala tariffi regolati, taħt il-kontroll tas-CRE. Barra minn hekk, il-fondi mill-ispiża tal-ħażna għandhom jiġu ġestiti u distribwiti mit-TSOs. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
6.1.2. Vantaġġ selettiv
|
(248) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, skont ġurisprudenza stabbilita, il-miżuri fi kwalunkwe forma li x’aktarx jiffavorixxu impriżi direttament jew indirettament jew jagħtu vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat (92). |
|
(249) |
F’dan il-każ, il-mekkaniżmu regolatorju jippermetti lill-operaturi tal-ħażna regolati li jibbenefikaw minn dħul garantit, id-“dħul awtorizzat”, stabbilit mis-CRE b’tali mod li jiżgura li l-ispejjeż tagħhom ikunu koperti, sa fejn jikkorrispondu għall-ispejjeż ta’ “operatur effiċjenti” u redditu normali fuq il-kapital investit (ara l-premessa (21) hawn fuq). Dan id-dħul awtorizzat għandu jiġi żgurat mid-dħul riċevut direttament mill-operaturi u, fejn tali dħul ikun inqas mid-dħul awtorizzat, permezz ta’ kumpens għall-ħażna mħallas mit-TSOs. Għalhekk, l-operaturi tal-ħażna regolati, li t-telf potenzjali tagħhom jiġi kkumpensat, ma għadhomx suġġetti għall-periklu inerenti għall-kundizzjonijiet normali tas-suq. Konsegwentement, għall-kuntrarju tal-argumenti mressqa mill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-operaturi tal-infrastruttura essenzjali tal-ħażna jgawdu minn vantaġġ ekonomiku. |
|
(250) |
Fir-rigward tas-selettività tal-vantaġġ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tiġi evalwata din il-kundizzjoni, għandu jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, il-miżura nazzjonali inkwistjoni hijiex ta’ natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn li, fid-dawl tal-għan segwit minn din l-iskema, jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u li għalhekk huma ttrattati b’mod differenti (93). |
|
(251) |
F’dan il-każ, il-mekkaniżmu regolatorju japplika biss għall-infrastruttura tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art meqjusa meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment fit-territorju Franċiż għal żmien medju u twil. Il-lista restrittiva ta’ dawn l-infrastrutturi essenzjali hija definita b’digriet (ara l-premessa (19)). |
|
(252) |
Għax-xitwa 2018/2019, dik il-lista kienet tinkludi, b’mod temporanju, l-infrastrutturi tal-ħażna kollha fit-territorju Franċiż (ara l-premessa (16)). Kif inhi l-leġiżlazzjoni bħalissa, l-infrastrutturi tal-ħażna essenzjali għall-perjodu 2019-2023 jikkorrispondu għall-infrastrutturi tal-ħażna kollha li qed jitħaddmu fit-territorju Franċiż, u b’hekk teskludi t-tliet infrastrutturi mwarrba u ż-żewġ proġetti għall-ħażna tal-gass naturali (ara l-premessi (49) u (50)). Il-PPE attwali jipprevedi wkoll li l-lista ta’ infrastrutturi essenzjali se titnaqqas matul ir-reviżjoni li jmiss tal-PPE (ara l-premessa (52)). |
|
(253) |
Għalhekk, is-siti tal-ħażna għall-gass naturali mqiegħda fir-riżerva huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju. Barra minn hekk, Franza tipprevedi li s-siti li qed joperaw fil-preżent se jiġu esklużi fil-futur minħabba tnaqqis ippjanat fil-konsum tal-gass naturali fil-PPE. Barra minn hekk, l-operaturi tal-ħażna mill-Istati Membri l-oħra, b’mod partikolari Stati Membri ġirien, huma esklużi wkoll. Barra minn hekk, l-operaturi ta’ strumenti oħra ta’ flessibbiltà li jikkontribwixxu wkoll għall-iżgurar tas-sigurtà tal-forniment, bħall-operaturi ta’ terminali tal-metan jew operaturi tal-interkonnetturi, huma esklużi. |
|
(254) |
Għalhekk, anke jekk l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv ġiet analizzata fil-livell nazzjonali u kienet tikkonċerna biss l-infrastruttura tal-ħażna tal-gass naturali, u għall-kuntrarju tal-fehmiet ta’ partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ selettiv peress li dan il-vantaġġ huwa riżervat għall-operaturi tal-infrastrutturi essenzjali tal-ħażna inklużi fil-lista attwali tal-PPE. |
|
(255) |
Konsegwentement, il-miżura inkwistjoni tista’ tiffavorixxi ċerti impriżi fuq oħrajn, li, fid-dawl tal-għan segwit minn din l-iskema, jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. |
6.1.3. L-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(256) |
Fir-rigward tal-effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li settur ekonomiku, bħal dak tal-gass naturali, ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni jista’ jikkaratterizza effett reali jew potenzjali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (94). |
|
(257) |
F’dan il-każ, bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju, l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ħażna essenzjali fi Franza se jiksbu vantaġġ fuq il-kompetituri tagħhom. Dan jikkonċerna l-ewwel nett lill-operaturi kollha tal-ħażna minn Stati Membri oħra, anke meta wieħed iqis li s-suq huwa reġjonali fl-ambitu kif allegat minn xi wħud. Is-sottomissjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ma jippermettux lill-Kummissjoni teskludi l-impatt tal-miżura fuq il-ħażna tal-gass naturali fil-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari fil-Belġju fejn ma hemm l-ebda rimunerazzjoni garantita għall-ħażna tal-gass naturali. |
|
(258) |
Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ teskludi impatt fuq l-operaturi ta’ strumenti oħra ta’ flessibbiltà bħall-operaturi tat-terminali tal-metan u l-operaturi tal-interkonnetturi. Anki jekk huma joperaw ukoll fuq il-bażi ta’ dħul awtorizzat, kif indikat mill-partijiet ikkonċernati, l-introjtu tagħhom ma jiġix issupplimentat mill-Istat bl-istess mod. |
|
(259) |
Peress li s-suq tal-gass naturali ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni, kwalunkwe vantaġġ mogħti lil impriża f’dan is-settur għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(260) |
F’dan il-każ, il-miżura inkwistjoni għandha l-għan li tiggarantixxi ċertu introjtu għall-operaturi ta’ ħażna tal-infrastrutturi ta’ ħażna essenzjali. Il-Kummissjoni tqis li l-miżura x’aktarx tfixkel il-kompetizzjoni. |
6.1.4. Konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat
|
(261) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (234) sa (260), il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. |
6.2. Illegalità tal-għajnuna mill-Istat
|
(262) |
Bl-istabbiliment tad-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna mill-1 ta’ Jannar 2018, l-organizzazzjoni tal-irkantijiet u l-introduzzjoni ta’ spiża tal-ħażna fit-tariffi tal-ATRT mill-1 ta’ April 2018, l-awtoritajiet Franċiżi implimentaw mekkaniżmu regolatorju li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(263) |
L-awtoritajiet Franċiżi ma nnotifikawx il-miżura lill-Kummissjoni qabel id-data li fiha bdew jimplimentawha. Minħabba dan, Franza aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni ġiet implimentata b’mod illegali. |
6.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern
6.3.1. Bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni
|
(264) |
Il-mekkaniżmu regolatorju tal-infrastrutturi tal-ħażna tal-gass naturali implimentat minn Franza għandu l-għan li jiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali għal żmien medju u fit-tul. |
|
(265) |
Il-Kummissjoni tinnota li din hija l-ewwel darba li ġiet ivvalutata l-kompatibbiltà ta’ mekkaniżmu regolatorju tal-ħażna tal-gass naturali mas-suq intern. |
|
(266) |
Tali miżuri mhumiex previsti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija (95) jew fi kwalunkwe linja gwida oħra tal-Kummissjoni. |
|
(267) |
Il-kompatibbiltà tal-mekkaniżmu regolatorju mas-suq intern għandha tiġi vvalutata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u b’mod partikolari l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, li jipprevedi li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern fejn din ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(268) |
Għalhekk, sabiex l-għajnuna tiġi ddikjarata kompatibbli, minn naħa, din għandha tkun intiża sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi u, min-naħa l-oħra, hija ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni (96). |
|
(269) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-iskema ta’ għajnuna hijiex intiża sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi. Skont it-tieni kundizzjoni, il-Kummissjoni għandha tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-għajnuna prevista għall-iżvilupp tal-attivitajiet li l-għajnuna hija maħsuba li ssostni u l-effetti negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq is-suq intern, f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u effetti negattivi fuq il-kummerċ ikkawżati mill-għajnuna. |
6.3.2. L-iffaċilitar tal-iżvilupp ta’ attività ekonomika
6.3.2.1.
|
(270) |
Skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, sabiex titqies kompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi (97). Hija jrid ikollha effett ta’ inċentiv fuq l-impriża jew l-impriżi kkonċernati billi tbiddel l-imġiba tagħha b’tali mod li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, li, mingħajr l-għajnuna, ma sseħħx jew li kieku sseħħ b’mod limitat jew differenti. L-għajnuna ma tridx tintuża biex tissussidja l-kostijiet ta’ attività ekonomika li l-impriża kienet iġġarrab fi kwalunkwe każ jew biex tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali inerenti f’attività ekonomika. |
|
(271) |
F’dan il-każ, l-attività ekonomika żviluppata bl-għajnuna hija l-ħażna tal-gass naturali fi Franza. |
|
(272) |
Il-mekkaniżmu regolatorju għandu l-għan li jbiddel l-imġiba ekonomika tal-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li, kieku Franza ma stabbilietx il-mekkaniżmu regolatorju u kienet neħħiet is-sistema preċedenti tal-obbligi tal-ħażna, il-prezz stabbilit mill-operaturi tal-ħażna kien se jkun qrib ħafna tal-firxa tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-gass naturali. Madankollu, il-firxiet ilhom jonqsu mill-2009. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet stabbiliti ma baqgħux jippermettu lill-operaturi tal-ħażna jkopru l-ispejjeż tagħhom qabel ma ġiet implimentata r-riforma. Wara d-deterjorament fil-profittabbiltà tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza, tliet siti tal-ħażna tal-gass naturali tqiegħdu taħt riżerva fl-2014 u fl-2015 (ara l-premessa (10)). Franza għalhekk identifikat riskju reali li l-operaturi jkomplu jnaqqsu l-kapaċità tal-ħażna offruta fis-suq, u jqiegħdu f’riżerva siti tal-ħażna addizzjonali. |
|
(273) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rata tat-tagħbija fis-siti tal-ħażna naqset. Tabilħaqq, ir-rata ta’ sottoskrizzjoni għall-kapaċitajiet ta’ ħażna osservata kienet biss ta’ 63 % fl-2017-2018. It-tnaqqis fir-rata ta’ sottoskrizzjoni għalhekk wassal għal tnaqqis ulterjuri fid-dħul għall-operaturi. |
|
(274) |
Bħala riżultat tar-riforma, ir-rati ta’ sottoskrizzjoni żdiedu għal rata ta’ sottoskrizzjoni osservata tal-kapaċità ta’ ħażna ta’ 93 % għall-perjodi 2018-2019 u 2019-2020. |
|
(275) |
F’xenarju kontrofattwali, mingħajr l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju, kien ikun hemm riskju ta’ tnaqqis sinifikanti fl-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza. Minn mindu ġiet implimentata r-riforma, id-dħul awtorizzat u l-obbligu tal-operaturi tal-ħażna li jagħmlu l-kapaċitajiet ta’ ħażna tagħhom disponibbli permezz tal-irkanti b’hekk rawmu l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-operaturi tal-ħażna. |
|
(276) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu regolatorju jiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza. |
6.3.2.2.
|
(277) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura inkwistjoni u l-attività ekonomika żviluppata jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(278) |
Fil-qasam tal-enerġija, kwalunkwe taxxa li l-għan tagħha huwa li tiffinanzja miżura ta’ għajnuna mill-Istat trid tikkonforma b’mod partikolari mal-Artikoli 30 u 110 tat-TFUE. F’dan il-każ, l-ispiża tal-ħażna għandha rabta vinkolanti mal-appoġġ mogħti lill-operaturi tal-ħażna (ara l-premessa (246)). Taxxa imposta fuq prodotti nazzjonali importati abbażi ta’ kriterji identiċi tista’ madankollu tkun ipprojbita mit-Trattat FUE meta d-dħul minn tali tassazzjoni jkun intiż li jikkontribwixxi għal attivitajiet li jibbenefikaw speċifikament prodotti nazzjonali intaxxati. |
|
(279) |
F’dan il-każ, minn naħa waħda, l-ispiża tal-ħażna titħallas mit-trasportaturi li jużaw in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, li huwa kważi kollu importat, irrispettivament minn jekk it-trasportaturi humiex Franċiżi jew le (ara l-premessi (98) sa (100)). Min-naħa l-oħra, il-benefiċjarji huma l-operaturi tal-infrastrutturi tal-ħażna tal-gass naturali. It-trasportaturi Franċiżi u barranin għandhom aċċess mhux diskriminatorju għall-irkantijiet organizzati mill-operaturi tal-infrastrutturi tal-ħażna tal-gass naturali (ara l-premessa (20)). Għaldaqstant, din ma hijiex sitwazzjoni fejn it-tassazzjoni tibbenefika speċifikament lill-prodotti nazzjonali intaxxati. L-Artikoli 30 u 110 tat-TFUE huma għalhekk osservati. |
|
(280) |
Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (12), l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/73/KE jipprevedi espliċitament il-possibbiltà li Stat Membru jimplimenta regolament tal-infrastrutturi tal-ħażna. Il-ħażna tal-gass naturali hija wkoll parti mill-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2017/1938, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament, b’mod partikolari l-obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment lill-klijenti nazzjonali filwaqt li jitqies il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali. |
6.3.2.3.
|
(281) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza, skont id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-liġi Ewropea. |
6.4. L-effetti negattivi tal-għajnuna ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni
|
(282) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-effetti negattivi tal-għajnuna jaffettwawx b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni tispjega l-effetti pożittivi tal-għajnuna filwaqt li tqis ukoll l-interess komuni u, fit-tieni stadju, tivvaluta l-elementi li jillimitaw l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kummerċ, jiġifieri n-neċessità, l-adegwatezza, il-proporzjonalità u t-trasparenza tal-għajnuna. Fid-dawl ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tidentifika l-impatt li jifdal fuq il-kummerċ, qabel ma tibbilanċja l-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna fuq is-suq intern. |
6.4.1. L-effetti pożittivi tal-għajnuna
|
(283) |
Kif indikat fil-premessi (270) sa (276), l-iskema ta’ għajnuna għandha effetti pożittivi fuq il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza. |
|
(284) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali għandu effetti pożittivi f’termini ta’ sigurtà tal-forniment tal-gass naturali fi Franza għal żmien medju u twil. Il-ħażna hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-kapaċità tan-netwerk biex tiġi ssodisfata d-domanda matul il-perjodi ta’ kesħa kbira u biex jiġi żgurat is-servizz ta’ trażmissjoni fuq in-netwerk ta’ trażmissjoni matul il-konġestjonijiet. |
|
(285) |
Fir-rigward tal-perjodi ta’ kesħa kbira, Franza wettqet simulazzjonijiet tal-livell tad-domanda għall-gass naturali u l-kapaċità tal-forniment tal-gass naturali għal żmien medju u fit-tul. Id-domanda għall-gass naturali kienet għalhekk stmata għal perjodi ta’ kesħa kbira minn jum sa 30 jum, bħal kif jirriżulta darba kull 50 snin fi Franza (ara l-premessa (25)). L-awtoritajiet Franċiżi qiesu għadd ta’ suppożizzjonijiet dwar l-evoluzzjoni tal-konsum tal-gass naturali matul l-10 snin li ġejjin. Fl-aħħar nett, huma assumew li l-konsum jonqos bi 2 % għall-perjodu 2018-2028 (ara l-premessa (26)). Huma stmaw ukoll l-effetti tal-miżuri ta’ interruzzjoni li, madankollu, għadhom ma ġewx implimentati (ara l-premessa (28)). |
|
(286) |
Fir-rigward tal-provvista, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu l-parametri ta’ disponibbiltà tas-sorsi differenti ta’ gass naturali. B’mod partikolari, huma assumew użu ta’ 100 % tal-kapaċitajiet kostanti tal-interkonnetturi eżistenti, kif ukoll il-forniment ta’ LNG mit-terminali tal-metan bi żmien ta’ kunsinna tat-tagħbijiet ġodda ta’ 10 ijiem (ara l-premessi (33) sa (38)). |
|
(287) |
Din il-metodoloġija tidher li hija konsistenti mad-data storika u mal-previżjonijiet tad-disponibbiltà fiż-żmien tal-analiżi mwettqa. |
|
(288) |
L-istimi tal-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw il-ħtieġa ta’ ħażna ta’ gass naturali li tammonta, minn naħa, għal 2 376 GWh/d f’rata ta’ estrazzjoni għall-mili ta’ 45 % tal-volum utli biex ilaħħaq mal-perjodu ta’ kesħa kbira bejn l-2019 u l-2025. |
|
(289) |
Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (10), it-tnaqqis fil-firxiet osservat mill-2009 wassal għal tnaqqis fir-rata ta’ sottoskrizzjoni tal-kapaċitajiet ta’ ħażna taħt il-livell meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment, kif ukoll it-tqegħid f’riżerva ta’ tliet siti, anke fil-preżenza ta’ obbligu għall-fornituri li jżommu l-ħażniet tal-gass naturali. |
|
(290) |
Konsegwentement, jidher li l-funzjonament normali tas-suq tal-ħażna tal-gass ma jippermettix li tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-infrastrutturi tal-ħażna meqjusa neċessarji sabiex jiġi żgurat il-livell ta’ sigurtà tal-forniment meħtieġa minn Franza. Għalhekk, l-għan tal-iskema ta’ għajnuna huwa li tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza, li ma tkunx tista’ titwettaq biss bil-funzjonament normali tas-suq. |
6.4.2. Il-limitazzjoni tal-impatt negattiv tal-iskema ta’ għajnuna fuq is-suq intern
|
(291) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-iskema ta’ għajnuna stabbilita mill-awtoritajiet Franċiżi jista’ jkollha impatt fuq is-swieq li ġejjin: (i) il-fornituri tal-gass naturali Franċiżi u dawk ta’ Stati Membri oħra, (ii) minn naħa waħda, l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali u, min-naħa l-oħra, l-operaturi tal-LNG u l-operaturi tal-interkonnetturi u (iii) l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali Franċiżi u dawk ta’ Stati Membri oħra. |
|
(292) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fatturi li jistgħu jikkontribwixxu biex jillimitaw l-impatt negattiv tal-miżura inkwistjoni, jiġifieri n-neċessità, l-adegwatezza u l-proporzjonalità ta’ dak il-mekkaniżmu, kif ukoll it-trasparenza tiegħu. |
(a) In-neċessità tal-iskema ta’ għajnuna
Il-Kummissjoni tqis li intervent mill-Istat huwa meħtieġ fejn, f’sitwazzjoni partikolari, tali intervent jista’ jwassal għal titjib sinifikanti li l-funzjonament normali tas-suq waħdu ma jwassalx, pereżempju, billi jikkoreġi falliment tas-suq definit sew.
|
(293) |
Kif imsemmi fil-premessa (10), il-firxiet naqsu mill-2009 u l-operaturi tal-ħażna ma setgħux jibqgħu jkopru l-ispejjeż tagħhom. L-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza x’aktarx li tonqos b’mod sinifikanti. Min-naħa l-oħra, sa mill-implimentazzjoni tar-riforma, ir-rata tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza żdiedet. |
|
(294) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riforma kienet meħtieġa biex tiffaċilita l-iżvilupp tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza. |
(b) L-adegwatezza tal-iskema ta’ għajnuna
|
(295) |
L-għajnuna hija strument ta’ intervent xieraq biex tiġi ffaċilitata attività ekonomika fejn ma jkunx possibbli li jinkiseb l-istess riżultat permezz ta’ strumenti ta’ intervent oħrajn li joħolqu inqas distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(296) |
Diversi strumenti alternattivi ġew previsti minn Franza, iżda dawn ma jiffaċilitawx l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ħażna tal-gass naturali fi Franza bl-istess mod u lanqas ma jiggarantixxu l-istess livell ta’ sigurtà tal-forniment għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(297) |
L-ewwel nett, iż-żamma tas-sistema preċedenti tal-obbligi ta’ ħażna imposti fuq il-fornituri ma kinitx tiżgura s-sigurtà tal-forniment. Hekk kif il-firxa saret ferm aktar baxxa mill-ispiża tal-kapaċitajiet ta’ ħażna, l-inċentivi tal-fornituri biex jirriżervaw il-kapaċità naqsu b’mod sinifikanti, bir-riżultat li tqiegħdu tliet siti f’riżerva. Riżervi oħra kienu jkunu problematiċi peress li l-valutazzjoni tal-ħtieġa għall-ħażna wriet li l-installazzjonijiet kollha kienu meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-forniment f’każ ta’ perjodu kiesħa twil. Barra minn hekk, l-ispiża globali tal-ħażna skont is-sistema tal-obbligi tal-ħażna kienet ogħla ([EUR 5 sa 8/MWh fl-2016 u fl-2017]) milli taħt il-mekkaniżmu regolatorju (EUR 5,6/MWh wara r-riforma). |
|
(298) |
It-tieni nett, it-tisħiħ tan-netwerk tal-gass u tal-interkonnetturi ma jkunx alternattiva kredibbli lanqas minħabba l-ispiża għolja ta’ dawn il-miżuri meta mqabbla mal-użu tal-infrastrutturi tal-ħażna eżistenti. Fi kwalunkwe każ, dan it-tip ta’ investiment ma jindirizzax in-nuqqasijiet potenzjali ta’ gass naturali fil-każ ta’ perjodu ta’ kesħa kbira u ma jkunx disponibbli għal żmien medju. |
|
(299) |
Bl-istess mod, mill-informazzjoni mibgħuta minn Franza jidher li ż-żieda fl-użu tal-LNG ma tidhirx li hija alternattiva kredibbli għall-iżgurar tas-sigurtà tal-forniment. Effettivament, it-terminali ta’ likwefazzjoni eżistenti joperaw f’livell qrib il-kapaċità massima tagħhom sabiex jikkumpensaw l-ispiża sinifikanti tal-investiment. Barra minn hekk, it-total kważi kollu tal-merkanzija tal-LNG huwa suġġett għal kuntratti fit-tul minħabba l-intensità tal-kapital ta’ dawn il-proġetti u għalhekk ikun diġà mibjugħ qabel il-produzzjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-ispiża aktar baxxa tal-ħażna tal-gass naturali f’forma ta’ gass tispjega l-iżvilupp baxx tal-ħażna tal-LNG madwar id-dinja. Għalhekk, il-kwantitajiet ta’ LNG disponibbli għal żmien qasir huma baxxi. |
|
(300) |
It-tielet nett, Franza spjegat li sistema purament amministrattiva ta’ sanzjonijiet imposti fuq il-fornituri għal nuqqas ta’ forniment ta’ gass naturali lill-klijenti finali lanqas ma tista’ titqies bħala alternattiva sodisfaċenti. Effettivament, sistema bħal din tippreżenta problema ta’ fattibbiltà peress li l-ibbilanċjar tas-swieq tal-gass Ewropej iseħħ ta’ kuljum. Il-miżuri għat-tnaqqis tat-tagħbija implimentati mill-operatur tan-netwerk fil-każ ta’ tnaqqis kritiku fil-pressjoni fin-netwerk iwasslu għal kummerċ sussegwenti tal-gass naturali li jagħmilha estremament diffiċli biex jiġi identifikat il-fornitur inizjalment inadempjenti. Bl-istess mod, il-konsumaturi b’tagħbija mnaqqsa mhumiex neċessarjament il-klijenti tal-fornitur inadempjenti. F’dan il-kuntest, Franza tikkonferma li l-miżuri ex ante huma preferibbli minn sanzjonijiet ex post. |
|
(301) |
Ir-raba’ nett, l-istess japplika għall-miżuri li jwaqqgħu t-tagħbija jew li jinterrompu. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-tnaqqis tat-tagħbija huwa miżura ta’ kontinġenza f’każ ta’ kriżi fil-forniment u mhux mekkaniżmu ta’ flessibbiltà, li l-effettività tiegħu tiddependi fuq il-konformità tal-konsumatur mal-ordni tat-tneħħija tat-tagħbija mogħtija mill-operatur tan-netwerk, peress li mhuwiex possibbli li ssir tneħħija awtomatika tat-tagħbija mill-bogħod. Il-mekkaniżmu regolatorju tal-infrastrutturi essenzjali tal-ħażna huwa mfassal biex jevita kriżijiet fil-forniment li jeħtieġu l-użu ta’ tnaqqis tat-tagħbija. Il-miżuri ta’ interruzzjoni, li jindirizzaw riskji ta’ periklu għoli u probabbiltà baxxa ta’ kesħa kbira, kienu għadhom qed jiġu definiti fiż-żmien tar-riforma u tqiesu għall-valutazzjoni tad-domanda għall-gass naturali. Min-naħa l-oħra, il-miżuri ta’ interruzzjoni ma jkunux xierqa biex jindirizzaw ir-riskji ta’ konġestjoni kkaratterizzati minn periklu aktar baxx iżda probabbiltà ogħla. |
|
(302) |
Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu regolatorju huwa strument xieraq biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-attività tal-ħażna tal-gass naturali u biex jiżgura s-sigurtà tal-forniment. |
(c) Il-proporzjonalità tal-iskema ta’ għajnuna
|
(303) |
L-għajnuna għandha titqies proporzjonali meta l-ammont tagħha jkun limitat għall-minimu neċessarju biex jiġu limitati l-effetti fuq is-suq intern. |
|
(304) |
F’dan il-każ, skont il-mekkaniżmu regolatorju, l-operaturi tal-ħażna jibbenefikaw minn dħul garantit. Sabiex tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-mekkaniżmu regolatorju, jeħtieġ li tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-metodu għall-kalkolu tad-dħul awtorizzat tal-operaturi tal-ħażna deskritt fil-premessi (59) sa (81). |
|
(305) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proċess ta’ valutazzjoni ekonomika indipendenti, mwettqa mis-CRE, tal-valur tas-suq tal-BAR fiż-żmien li fih ġie implimentat il-mekkaniżmu regolatorju. Dan seta’, skont il-Kummissjoni, ipoġġi f’dubju l-proporzjonalità tal-iskema ta’ għajnuna. |
|
(306) |
Għalkemm din il-valutazzjoni hija prinċipalment ibbażata fuq il-valur kontabilistiku gross u d-deprezzament tal-assi, Franza u l-benefiċjarji kienu kapaċi juru li s-CRE wettqet rivalutazzjoni bir-reqqa tal-BAR inizjali fil-31 ta’ Diċembru 2016. Is-CRE vverifikat li l-perjodi ta’ deprezzament mitluba mill-operaturi kienu jikkorrispondu għall-perjodi indikati fil-kontijiet storiċi tagħhom u mad-data standard tal-industrija, li setgħet tiġi osservata f’pajjiżi oħra. B’mod partikolari, is-CRE xeħtet dubju fuq il-perjodu ta’ deprezzament tal-cushion gas. Kif imsemmi fil-premessa (73), is-CRE ċaħdet it-talba għal perjodu ta’ deprezzament ta’ 250 sena u użat perjodu ta’ deprezzament għall-cushion gas ta’ 75 sena. Fl-analiżi tagħha, is-CRE kienet assistita wkoll minn konsulenti ekonomiċi esterni biex jiddeterminaw il-BAR inizjali. Il-Kummissjoni tinnota li, wara dawn l-analiżijiet, is-CRE għażlet BAR inizjali għat-tliet operaturi ta’ EUR 4,8 biljun, tnaqqis ta’ 13 % meta mqabbel mal-BAR mitlub mill-operaturi (ara t-Tabella 4 fil-premessa (77)). |
|
(307) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-applikazzjoni ta’ metodi alternattivi, bħall-valur tal-operaturi tal-ħażna fil-kontijiet tal-azzjonisti tagħhom, il-valuri li tqiesu fi tranżazzjonijiet riċenti jew l-użu tal-approċċ tal-fluss tal-flus skontat użat fl-istudju dwar Teréga mwettaq minn PwC, iwasslu għal valuri tal-assi simili (ara l-premessi (76), (129) u (160)). |
|
(308) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ valur ibbażat fuq il-firxiet ma tinkludix il-valur li tirrappreżenta l-ħażna tal-gass naturali għas-sistema f’termini ta’ sigurtà tal-forniment. Għalhekk, dan l-indikatur ma jirrappreżentax b’mod suffiċjenti l-iżviluppi għal żmien medju u twil sabiex ikun utli bħala indikatur għal mekkaniżmu regolatorju bħal dak f’dan il-każ, intiż sabiex jiżgura s-sigurtà tal-forniment għal żmien medju u twil. |
|
(309) |
Fil-kummenti li rċeviet il-Kummissjoni matul il-proċedura, kien dettaljat li rikostruzzjoni storika tal-introjtu tal-operaturi ma tkunx neċessarjament kompluta fin-nuqqas ta’ data disponibbli u tmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi. |
|
(310) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tariffa tal-ħażna hija maħsuba biex tikkumpensa lill-operaturi għall-ispejjeż tagħhom, sa fejn dawk l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk ta’ “operaturi effiċjenti”. Għal dan il-għan, is-CRE tirrevedi l-kumpens mitlub mill-operaturi fil-bidu ta’ kull perjodu tariffarju u tivverifika l-investimenti previsti mill-operaturi fuq bażi annwali (ara l-premessa (82)). Il-kumpens fih ukoll element li jirregola l-imposti u d-dħul annwali. Il-Kummissjoni tinnota li, għas-snin 2018-2019, is-CRE qieset biss l-ispejjeż meqjusa bħala effiċjenti u li mill-ATS 2, ħafna entrati kienu suġġetti għal inċentiv biex l-ispejjeż jinżammu taħt kontroll: regolamentazzjoni tal-inċentivi biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż operattivi u l-infiq kapitali kif ukoll regolamentazzjoni tal-inċentivi tal-kwalità tas-servizz (ara l-premessi (60), (61), (65), (83), (84) u (85)). |
|
(311) |
Fl-aħħar nett, il-metodoloġija li tiddetermina d-WACC tas-siti tal-ħażna tal-gass naturali u l-aġġustament fir-rigward tar-rata ta’ referenza GRTgaz huma adegwati. |
|
(312) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-metodu ta’ rimunerazzjoni stabbilit mis-CRE, u l-valutazzjoni tal-assi regolati b’mod partikolari, iwasslu għal kumpens proporzjonat biex jiġi limitat l-impatt tal-iskema ta’ għajnuna fuq is-suq intern. |
(d) It-trasparenza tal-iskema ta’ għajnuna
|
(313) |
Il-Kummissjoni tqis li l-impenji ta’ Franza elenkati fil-premessa (111) jiżguraw it-trasparenza tal-iskema ta’ għajnuna. |
6.4.3. Il-prevenzjoni tal-effetti negattivi tal-iskema ta’ għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(314) |
Il-Kummissjoni tqis li miżura ta’ għajnuna timminimizza l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri meta dawk l-effetti jkunu limitati biżżejjed biex il-bilanċ globali tal-miżura jkun pożittiv. |
|
(315) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-fatt li l-mekkaniżmu jista’ jintroduċi distorsjonijiet tal-kompetizzjoni lil hinn mill-effetti negattivi minimi ġġustifikati mill-introduzzjoni tal-iskema ta’ għajnuna bejn (i) il-fornituri tal-gass naturali Franċiżi u dawk ta’ Stati Membri oħra, (ii) minn naħa waħda, l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali u, min-naħa l-oħra, l-operaturi tal-LNG u l-operaturi tal-interkonnetturi u (iii) l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali Franċiżi u dawk ta’ Stati Membri oħra. |
|
(316) |
F’dan il-każ, l-ewwel nett, fir-rigward tas-swieq tal-forniment tal-gass naturali, il-Kummissjoni ma tqisx li l-iskema ta’ għajnuna toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri Franċiżi u l-fornituri tal-gass naturali minn Stati Membri oħra peress li l-irkanti huma miftuħa għall-fornituri kollha tal-gass naturali, taħt kundizzjonijiet simili, kemm jekk jinsabu fi Franza kif ukoll jekk jinsabu fi Stat Membru ieħor. Il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati kkonfermaw ukoll li għall-istess servizz ta’ trasport, l-istess tariffa għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni hija applikata għall-fornituri Franċiżi u għall-fornituri minn Stati Membri oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħet issib l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-gass naturali Franċiżi u dawk minn Stati Membri oħra. |
|
(317) |
It-tieni nett, fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-ħażna u l-fornituri ta’ strumenti ta’ flessibbiltà alternattivi fi Franza, l-awtoritajiet Franċiżi u l-partijiet ikkonċernati jqisu li l-istrumenti l-oħra huma sostituti imperfetti għall-ħażna tal-gass naturali sa fejn dawn joperaw f’perjodi ta’ żmien differenti u jistgħu jkunu meħtieġa f’sitwazzjonijiet differenti. Pereżempju, fil-każ ta’ perjodu kiesaħ, il-kapaċitajiet tat-terminali tal-metan jistgħu jiġu mobilizzati biss skont id-disponibbiltà tal-LNG fit-tankijiet. Din il-kapaċità limitata ma setgħetx tiġi mobilizzata għal aktar minn ħamest ijiem taħt l-aħjar kundizzjonijiet possibbli. Madankollu, dan il-perjodu huwa iqsar mit-tul ta’ żmien medju ta’ perjodu kiesaħ, u b’hekk ma jipprovdix biżżejjed żmien biex timmobilizza l-wasla tal-merkanzija malajr biżżejjed biex tiġi evitata interruzzjoni fl-emissjonijiet. Barra minn hekk, f’każ ta’ konġestjoni fin-netwerk, l-effiċjenza tat-terminali tal-LNG tiddependi fuq il-prossimità ġeografika tagħhom għall-punti tal-konsum. |
|
(318) |
Diversi partijiet terzi indikaw ukoll li l-abbonamenti tat-terminali tal-metan u l-ħażniet tal-gass naturali ma jkunux f’kompetizzjoni. Huma jispjegaw li l-importazzjonijiet tal-LNG fl-Ewropa u fi Franza żdiedu b’mod sinifikanti mill-introduzzjoni tal-iskema ta’ għajnuna fl-2018. Il-livell ta’ importazzjoni ta’ ~21,5 Bcm ta’ LNG fi Franza fl-2019 kien rekord. |
|
(319) |
Sa fejn huma kkonċernati l-interkonnetturi, fil-kummenti li waslu huwa sostnut li dawn huma primarjament strumenti ta’ importazzjoni. Il-partijiet ikkonċernati jinnutaw li fin-nuqqas ta’ ħażna, ikun meħtieġ li d-daqs tal-interkonnetturi jiġi ddisinjat sabiex ikun jista’ jiġi ggarantit il-forniment ta’ gass naturali matul il-konsum massimu. Din is-sitwazzjoni ma tkunx effettiva. Fid-dawl tat-tnaqqis previst fil-konsum tal-gass naturali fi Franza, mhuwiex ippjanat li jinbnew interkonnetturi ġodda. L-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ interkonnetturi addizzjonali u tat-tisħiħ tan-netwerk ikunu tabilħaqq ogħla minn dawk tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni. |
|
(320) |
Barra minn hekk, il-ħażna tal-gass naturali ma taffettwax il-volum totali ta’ gass naturali li jgħaddi mill-interkonnetturi, li jiddependi fuq il-volum ta’ gass naturali kkunsmat fi Franza. Madankollu, il-partijiet ikkonċernati jikkwotaw rapport (98) mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) li jenfasizza l-fatt li l-abbundanza tal-gass naturali maħżun timminimizza l-importazzjonijiet bil-livelli massimi tal-konsum li normalment iseħħu meta l-prezz tal-gass naturali jkun l-iktar għoli. |
|
(321) |
Kif indikat mill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni ripetutament ikkunsidrat, mingħajr ma ddeċidiet, l-eżistenza ta’ suq rilevanti għall-infrastrutturi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jinkludi b’mod partikolari l-interkonnetturi, il-ħażna tal-gass naturali, it-terminali tal-LNG u l-infrastrutturi tar-rigassifikazzjoni. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-istrumenti ta’ flessibbiltà differenti jistgħu jipprovdu servizzi komplementari mingħajr ma jeskludu kompletament l-impatt tal-ħażna tal-gass naturali fuq it-terminali tal-LNG u l-interkonnetturi. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx issib distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni. |
|
(322) |
It-tielet nett, l-iskema ta’ għajnuna tista’ twassal ukoll għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi tal-ħażna fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari Stati Membri ġirien ta’ Franza. Minħabba l-interkonnetturi, dan ir-riskju huwa, fil-prinċipju, partikolarment importanti għall-Belġju u l-Ġermanja. |
|
(323) |
Is-CREG fil-Belġju informat lill-Kummissjoni li, wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu regolatorju, ir-rata tat-tagħbija tal-uniku sit tal-ħażna Belġjan Loenhout naqas minn 84 % (xitwa 2017-2018) għal 54 % (xitwa 2018-2019). Ir-rata tat-tagħbija mbagħad żdiedet għal livell ta’ 97 % għax-xitwa 2019-2020. Ir-rata tat-tagħbija fl-2018-2019 kienet tikkorrispondi għall-kuntratti fit-tul. Is-CREG jindika l-eżistenza ta’ impatt minħabba l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rimunerazzjoni fi Franza (ara l-premessi (195) sa (200)). Għalkemm ir-rati tat-tagħbija reġgħu żdiedu fix-xitwa ta’ wara, din l-evoluzzjoni ma tippermettix lill-Kummissjoni teskludi impatt fuq il-ħażna tal-gass naturali fil-pajjiżi ġirien. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li Fluxys, l-operatur ta’ Loenhout, ma jsemmix il-fatt li l-mekkaniżmu regolatorju għandu impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tiegħu (ara l-premessa (212)). |
|
(324) |
Fi żmien qasir, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi fl-Istati Membri ġirien huma limitati mil-livell sinifikanti tar-rata ta’ sottoskrizzjoni (pereżempju, aktar minn 90 % fil-Ġermanja, 60 % fil-Belġju), abbażi ta’ kuntratti fit-tul. Madankollu, dawn il-kuntratti jiskadu fl-2022-2023. Għalhekk, il-mekkaniżmu regolatorju jista’ jkollu effett fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali futuri meta dawn il-kuntratti fit-tul jiġu nnegozjati mill-ġdid kemm f’termini ta’ prezzijiet u rati ta’ sottoskrizzjoni kif ukoll, fl-aħħar nett, fuq il-profittabbiltà tal-operaturi tal-ħażna fi Stati Membri ġirien. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiżgura li l-valutazzjoni tagħha dwar dan il-punt tibqa’ valida wara l-iskadenza tal-kuntratti fit-tul, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw ruħhom sabiex jipprovdu rapport lill-Kummissjoni qabel tmiem l-2024 li jkun fih data dwar l-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni (ara l-premessa (111)). |
|
(325) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Fluxys tindika li jkun mixtieq li jiġi implimentat mudell xieraq fil-livell tal-Unjoni biex iwieġeb għall-iżviluppi tas-suq (ara l-premessa (212)). Operaturi oħra tal-ħażna esprimew il-fehmiet pożittivi tagħhom dwar ir-riforma introdotta fi Franza, filwaqt li fl-istess ħin jippromwovu approċċ armonizzat fl-Unjoni (ara l-premessi (224) u (229)). |
6.5. L-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna fuq is-suq intern
|
(326) |
Skema ta’ għajnuna mill-Istat trid tiżgura li l-bilanċ globali tal-effetti tagħha jkun pożittiv billi tevita li taffettwa ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
|
(327) |
Il-Kummissjoni tfakkar li f’dan il-każ l-iskema ta’ għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, jiġifieri l-ħażna tal-gass naturali fi Franza. Hija tinnota wkoll li l-mekkaniżmu regolatorju jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali. Barra minn hekk, l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna jillimitaw l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Il-Kummissjoni tikkonkludi li anke jekk impatt fuq il-kompetizzjoni bejn l-operaturi Franċiżi tal-ħażna tal-gass naturali u dawk minn Stati Membri oħra ma jistax jiġi eskluż, jidher li l-effetti negattivi tal-għajnuna huma limitati biżżejjed biex il-bilanċ globali tal-iskema ta’ għajnuna jkun pożittiv sa tmiem il-PPE attwali fl-2028, sakemm ma jkunx hemm bidliet sinifikanti fil-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass naturali elenkati fil-premessa (110) (99). |
|
(328) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impatt pożittiv tal-għajnuna fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni jegħleb l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, mill-inqas sal-2028. Il-kompetizzjoni u l-kummerċ għalhekk ma jiġux affettwati b’mod li jmur kontra l-interess komuni sa dak il-ħin. |
7. KONKLUŻJONIJIET
|
(329) |
Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li Franza implimentat b’mod illegali l-miżura inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE sal-31 ta’ Diċembru 2028, meta jintemm il-perjodu attwali tal-PPE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lill-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 112, 3.4.2020, p. 39.
(2) Hemm tnax-il sit operattivi jekk is-siti ta’ Lussagnet u Izaute jiġu kkunsidrati separatament. Dawn is-siti jappartjenu għal Teréga u jikkondividu ċerti faċilitajiet tekniċi. Għal din ir-raġuni, xi kultant jitqiesu bħala infrastruttura waħda (eż. fil-PPE 2019-2028) u xi drabi bħala żewġ infrastrutturi separati (eż. fil-PPE 2016-2023).
(3) Id-Digriet Nru 2014-328 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jemenda d-Digriet Nru 2006-1034 tal-21 ta’ Awwissu 2006 dwar l-aċċess għall-ħażniet taħt l-art tal-gass naturali.
(4) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).
(6) Il-Liġi Nru 2017-1839 tat-30 ta’ Diċembru 2017 li temmet ir-riċerka u l-isfruttament ta’ idrokarburi u introduċiet diversi miżuri dwar l-enerġija u l-ambjent.
(7) L-Artikolu L.421-3-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija.
(8) L-Artikolu L.421-3-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija.
(9) L-Artikolu L.421-5-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija.
(10) L-Artikolu L.452-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija.
(11) Id-data dwar il-kapaċitajiet kostanti ta’ interkonnettur tal-gass H tittieħed mir-rapport Transmission Capacity Map 2017 tal-ENTSOG.
(12) Pereżempju, Franza stmat li l-ispiża tal-kostruzzjoni tal-pipelines tal-gass Arc Lyonnais, Eridan u Perche bl-għan li jiffaċilitaw it-trasport tal-gass mit-Tramuntana san-Nofsinhar ta’ Franza huwa ta’ EUR 1,6 biljun.
(13) Il-kapaċità ta’ rilaxx hija għalhekk maqsuma bejn l-erba’ terminali: it-terminal ta’ Montoir għandu kapaċità ta’ rilaxx ta’ 400 Gwh/d, it-terminal tal-metan ta’ Fos-Cavaou għandu kapaċità ta’ 205 GWh/d, it-terminal tal-metan ta’ Fos-Tonkin għandu kapaċità ta’ rilaxx ta’ 205 GWh/d, u t-terminal tal-metan ta’ Dunkerque għandu kapaċità ta’ rilaxx ta’ 520 GWh/d. Meta l-interkonnettur ta’ Dunkerque jintuża b’kapaċità sħiħa, il-kapaċità ta’ injezzjoni tat-terminal tal-metan ta’ Dunkerque fin-netwerk tal-gass naturali ta’ Franza hija għaldaqstant limitata għal 350 GWh/d minħabba punt ta’ konġestjoni fin-netwerk ta’ trażmissjoni.
(14) Id-Digriet Nru 2020-456 dwar il-PPE.
(15) Id-Digriet Nru 2016-1442 tas-27 ta’ Ottubru 2016 dwar il-PPE.
(16) Id-Digriet Nru 2018-1248 tas-26 ta’ Diċembru 2018 dwar l-infrastrutturi għall-ħażna tal-gass meħtieġa għas-sigurtà tal-forniment.
(17) Id-Deċiżjoni Nru 2018-039 tat-22 ta’ Frar 2018 dwar l-arranġamenti għall-kapaċitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-aċċess regolat minn partijiet terzi għall-ħażniet taħt l-art tal-gass naturali fi Franza.
(18) Id-Deċiżjoni tas-CRE Nru 2018-068 tat-22 ta’ Marzu 2018 dwar it-tariffa għall-użu tal-infrastrutturi tal-ħażna taħt l-art tal-gass naturali ta’ Storengy, TIGF u Géométhane mill-2018.
(19) Id-Deċiżjoni tas-CRE Nru 2020-011 tat-23 ta’ Jannar 2020 dwar it-tariffa għall-użu tal-infrastrutturi tal-ħażna taħt l-art tal-gass naturali ta’ Storengy, Teréga u Géométhane.
(20) Is-CRE tibbaża dan it-tqabbil fuq l-istudju “Methodologies and parameters used to determine the allowed or target revenue of gas transmission system operators (TSOs)”, imwettaq mill-Economic Consulting Associates (ECA) għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).
(21) Dan il-metodu jirriżulta mil-Liġi Finanzjarja ta’ Emenda tat-28 ta’ Diċembru 2001, li waqqfet kumitat speċjali (il-Kummitat Houri) biex jiddetermina l-prezz tat-trasferiment tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali mill-Istat. Intuża wkoll metodu komparabbli għall-valutazzjoni tal-assi tat-terminali tal-metan u tal-operaturi tad-distribuzzjoni tal-gass naturali.
(22) “Cushion gas” tfisser il-gass injettat b’mod permanenti fit-tankijiet taħt l-art, li huwa essenzjali għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ħażna minħabba li huwa meħtieġ li tinżamm pressjoni minima tal-ħażna li tippermetti l-forniment tal-volum utli bil-profil tal-estrazzjoni meħtieġ (deċiżjoni tas-CRE Nru 2018-068 imsemmija hawn fuq).
(23) B’mod partikolari, ir-rapport tal-kumpanija ta’ konsultazzjoni Compass Lexecon tal-20 ta’ Marzu 2017 irrakkomanda li d-WACC tiġi stabbilita bejn 4,2 u 5,8 %.
(24) Id-Deċiżjoni tas-CRE tas-26 ta’ Jannar 2012 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpanija GRTgaz; id-Deċiżjoni Nru 2019-135 tas-CRE tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar iż-żamma taċ-ċertifikazzjoni tal-kumpanija Teréga wara tliet akkwisti tal-ishma tal-grupp Crédit Agricole fil-kumpaniji tal-produzzjoni tal-enerġija.
(25) Id-Deċiżjoni tas-CRE tas-26 ta’ Jannar 2012 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpanija TIGF; id-Deċiżjoni tas-CRE tal-4 ta’ Frar 2016 dwar iż-żamma taċ-ċertifikazzjoni tal-kumpanija TIFG wara d-dħul tal-kumpanija Predica fil-kapital ta’ TIGF Holding.
(26) Id-Deċiżjoni tas-CRE Nru 2018-69 tat-22 ta’ Marzu 2018 dwar l-introduzzjoni ta’ tariffa tal-ħażna fit-tariffa għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni ta’ GRTgaz u TIGF.
(27) L-Artikolu L.445-3 tal-Kodiċi tal-Enerġija: “ It-tariffi regolati għall-bejgħ tal-gass naturali għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-provvisti u tal-ispejjeż marbuta ma’ dawn il-provvisti. Huma għandhom ikopru dawk l-ispejjeż kollha […]. ”
L-Artikolu R.445-3 tal-Kodiċi tal-Enerġija: “ Għandha tiġi ddefinita formula tariffarja għal kull fornitur li tirrifletti l-ispejjeż kollha tal-forniment tal-gass naturali. Il-formula tariffarja u l-ispejjeż minbarra dawk tal-forniment jippermettu li tiġi ddeterminata l-ispiża medja ta’ forniment tal-gass naturali, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti t-tariffi regolati għall-bejgħ tiegħu, skont il-modalitajiet ta’ forniment tas-servizz lill-klijenti kkonċernati.
L-ispejjeż, minbarra dawk tal-forniment, jinkludu b’mod partikolari: […] 2. L-ispejjeż għall-użu tal-ħażniet tal-gass naturali, fejn applikabbli ”.
(28) Id-Deċiżjoni Nru 2018-069 imsemmija hawn fuq, pp. 7-8.
(29) Id-Deċiżjoni Nru 2018-069 imsemmija hawn fuq.
(30) Id-Deċiżjoni Nru 2018-069 tas-CRE tat-22 ta’ Marzu 2018 imsemmija hawn fuq.
(31) Id-Deċiżjoni Nru 2020-011 tas-CRE tat-23 ta’ Jannar 2020 imsemmija hawn fuq.
(32) Id-Digriet Nru 2020-456 tal-21 ta’ April 2020 imsemmi hawn fuq.
(33) http://www.europe-en-france.gouv.fr/Centre-de-ressources/Aides-d-etat/Regimes-d-aides.
(34) Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE.
(35) Skont ir-rapport “ Observatoire des marchés de détail du 4e trimestre 2019 ” ippubblikat mis-CRE, fil-31 ta’ Diċembru 2019, 66 % tas-siti residenzjali u mhux residenzjali huma f’offerti tas-suq meta mqabbla ma’ 34 % f’offerti bit-tariffa regolata tal-bejgħ, u 91 % tal-konsum tal-gass naturali huwa pprovdut mill-offerti tas-suq meta mqabbel ma’ 9 % minn offerti bit-tariffa regolata tal-bejgħ.
(36) Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63 tal-Liġi Nru 2019-1147 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-enerġija u l-klima.
(37) Anki jekk, bejn l-2013 u l-2017, l-introjtu tal-kummerċjalizzazzjoni kien baxx, id-dħul awtorizzat totali huwa ferm iktar baxx mill-fatturat miksub minn dawn l-operaturi għas-snin 2008-2012, f’kuntest ta’ firxa għolja.
(38) Is-Sentenzi tas-7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander, T-399/11, EU:T:2014:938, punt 75; tal-11 ta’ Novembru 2004, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-73/03, EU:C:2004:711, punt 28.
(39) Bl-eċċezzjoni ta’ Dunkerque LNG, li hija eżentata.
(40) Akkwist tal-kumpanija TIGF minn konsorzju magħmul minn GIC, Snam u EDF.
(41) Akkwist tal-ishma tal-kumpanija Prédica fil-kapital ta’ TIGF.
(42) Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 443-4 tal-Kodiċi tal-Enerġija.
(43) Ara pereżempju, il-Kummissjoni, l-14 ta’ Novembru 2006, M. 4180 Gaz de France vs Suez, punt 341.
(44) Il-Kummissjoni, id-29 ta’ Settembru 1999, M. 1383 – Exxon/Mobil, punti 69 u 261; Il-Kummissjoni, il-25 ta’ April 2003, M. 3086 – Gaz de France/Preussag Energie, punt 14; Il-Kummissjoni, il-21 ta’ Diċembru 2005, M. 3696 EON/MOL, punt 99; Il-Kummissjoni, id-19 ta’ Novembru 2013, M.6984 - EPH/Stredoslovenska Energetika, punt 24.
(45) Il-Kummissjoni, it-8 ta’ Ottubru 2004, M. 3410 Total/Gaz de France, punt 19.
(46) Il-Kummissjoni, il-21 ta’ Diċembru 2005, M. 3696 – E.ON/MOL, punt 130; Il-Kummissjoni, id-19 ta’ Novembru 2013, M.6984 - EPH/Stredoslovenska Energetika, punt 24.
(47) 4,2 TWh ta’ stokk medju fit-terminali Franċiżi matul ix-xitwa.
(48) 10 sa 15-il jum skont l-oriġini tal-gass.
(49) Il-prezzijiet tal-postijiet differenti tas-suq Ewropew, tal-LNG globali.
(50) Ikkummerċjalizzati fuq perjodu ta’ erba’ xhur.
(51) Title Transfer Facility (Faċilità ta’ Trasferiment ta’ Titoli), li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-iskambji futuri.
(52) Minn 88 % għal 99 % u minn 54 % għal 97 % rispettivament.
(53) Rapport technico-économique établi consécutivement à l’ouverture par la Commission européenne d’une enquête concernant les conditions de régulation des stockages de gaz naturel en France, […] it-12 ta’ Ġunju 2020.
(54) Jiġifieri prezz tax-xiri (130,6)/(98 % × 50 %).
(55) Rapport technico-économique établi consécutivement à l’ouverture par la Commission européenne d’une enquête concernant les conditions de régulation des stockages de gaz naturel en France, […] it-12 ta’ Ġunju 2020.
(56) L-AFIEG tiġbor flimkien kumpaniji Franċiżi u sussidjarji tal-operaturi Ewropej tal-elettriku u tal-gass: Alpiq Energie France, BKW France, Endesa, Fortum France, Gazprom Energy, Total Direct Energie, Gazel Energie, Vattenfall. Enovos u Primeo Energie huma membri assoċjati.
(57) L-Ordni tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar il-ħażniet minimi ta’ gass naturali biex tiġi garantita s-sigurtà tal-forniment tal-gass naturali mill-1 ta’ Novembru 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019.
(58) L-AFG hija t-trejdjunjin professjonali tal-industrija tal-gass Franċiża. Il-membri sħaħ huma EDF, ENGIE, France Gas Liquides, Gazprom, GRDF, GRTgaz, Teréga, Total. Il-membri assoċjati, il-membri msieħba u l-membri korporattivi għandhom jiżdiedu mal-membri sħaħ.
(59) L-ANODE tirrappreżenta fornituri tal-enerġija alternattiva fi Franza. Il-membri tal-assoċjazzjoni huma EkWateur, Enercoop, Energie d’ici, Eni Gas & Power France, Greenyellow, Gaz Européen, Planète OUI, Plüm Energie, SAVE, Total Direct Energie, Vattenfall u Wekiwi.
(60) Is-CREG hija r-regolatur tal-elettriku u l-gass fil-Belġju.
(61) Is-sit għandu kapaċità ta’ ħażna ta’ 780 miljun metru kubu (li jikkorrispondu għal 9 TWh).
(62) […].
(63) L-EFET tiġbor flimkien aktar minn 100 kumpanija ta’ negozjar tal-enerġija, li joperaw f’aktar minn 28 pajjiż Ewropew.
(64) Operatur tat-terminali tal-metan.
(65) Operatur tas-suq fis-settur tal-enerġija.
(66) Operatur tal-ħażna tal-gass fil-Belġju.
(67) Federazzjoni ta’ trejdjunjins Franċiżi affiljati ma’ Confédération générale du travail (CGT).
(68) Operatur tan-netwerk ta’ trażmissjoni tal-gass.
(69) Operatur tal-ħażna tal-gass.
(70) Studju mwettaq għal Gas Infrastructure Europe (GIE): Gas Storage Market Failures, Pöyry, Settembru 2017.
(71) Studju mwettaq għal Gas Infrastructure Europe (GIE): Measures for a sustainable gas storage market, FTI-CL Energy, Ottubru 2018.
(72) Kumpanija li topera fis-settur tal-enerġija.
(73) Operatur tal-ħażna tal-gass.
(74) Studji mwettqa għal Gas Infrastructure Europe (GIE): Gas Storage Market Failures, Pöyry, Settembru 2017 u Value of the gas storage infrastructure for the electricity system, Artelys, Ottubru 2019.
(75) Studju mwettaq għal Gas Infrastructure Europe (GIE): Measures for a sustainable gas storage market, FTI-CL Energy, Ottubru 2018.
(76) L-UPRIGAZ tiġbor flimkien kumpaniji attivi fil-katina kollha tal-gass jew f’parti minnha: Dalkia France, Eni, ENGIE, Equinor, ENGIE Cofely, Naturgy, Total Energie Gaz, Teréga, Total Gaz Électricité Holdings France.
(77) Is-Sentenzi tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, EU:C:2002:294, punt 24; tat-30 ta’ Mejju 2013, Doux Élevage u Coopérative agricole UKL-ARREE, C-677/11, EU:C:2013:348, punt 27, u tad-19 ta’ Diċembru 2013, Association Vent De Colère! et al, C-262/12, EU:C:2013:851, punt 16.
(78) Is-Sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2013, Association Vent De Colère! et al, C-262/12, EU:C:2013:851, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(79) Il-Liġi Nru 2017-1839 tat-30 ta’ Diċembru 2017 li temmet ir-riċerka u l-isfruttament ta’ idrokarburi u introduċiet diversi miżuri dwar l-enerġija u l-ambjent.
(80) Id-Digriet Nru 2020-456 dwar il-PPE.
(81) Is-Sentenzi tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, EU:C:2002:294, punt 36; tat-30 ta’ Mejju 2013, Doux Élevage u Coopérative agricole UKL-ARREE, C-677/11, EU:C:2013:348, punt 34; tat-28 ta’ Marzu 2019, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-405/16 P, EU:C:2019:268, punt 55; u tal-20 ta’ Settembru 2019, FVE Holýšov I et al vs Il-Kummissjoni, T-217/17, EU:T:2019:633, punt 105.
(82) Is-Sentenzi tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, EU:C:1974:71, punt 35; tad-19 ta’ Diċembru 2013, Association Vent De Colère! et al, C-262/12, EU:C:2013:851, punt 25, tat-28 ta’ Marzu 2019, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-405/16 P, EU:C:2019:268, punt 58, u tal-20 ta’ Settembru 2019, FVE Holýšov I et al vs Il-Kummissjoni, T-217/17, EU:T:2019:633, punt 107.
(83) Is-Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2019, FVE Holýšov I et al vs Il-Kummissjoni, T-217/17, EU:T:2019:633, punt 126.
(84) Is-Sentenza tat-28 ta’ Marzu 2019, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-405/16 P, EU:C:2019:268, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-20 ta’ Settembru 2019, FVE Holýšov I et al vs Il-Kummissjoni, T-217/17, EU:T:2019:633, punt 108.
(85) Is-Sentenza tat-13 ta’ Settembru 2017, ENEA, C-329/15, EU:C:2017:671, punt 30.
(86) Is-Sentenza tal-15 ta’ Mejju 2019, Achema et al, C-706/17, EU:C:2019:407, punt 66.
(87) Is-Sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord BV, C-206/06, EU:C:2008:413.
(88) Is-Sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord BV, C-206/06, EU:C:2008:413, punti 47 u 66.
(89) Is-Sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord BV, C-206/06, EU:C:2008:413, punt 49.
(90) Is-Sentenza tat-28 ta’ Marzu 2019, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-405/16 P, EU:C:2019:268.
(91) Id-Deċiżjoni Nru 2018-022 tas-7 ta’ Frar 2018 dwar it-tariffa għall-użu tan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali ta’ GRTgaz u TIGF mill-1 ta’ April 2018.
(92) Is-Sentenzi tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et al, C-206/06, EU:C:2008:413, punt 79, tas-27 ta’ Ġunju 2017, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, C-74/16, EU:C:2017:496, punt 65, u tal-15 ta’ Mejju 2019, Achema et al, C-706/17, EU:C:2019:407, punt 74.
(93) Is-Sentenzi tal-14 ta’ Jannar 2015, Eventech, C-518/13, EU:C:2015:9, punti 53 sa 55, u tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et al, C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981, punt 54.
(94) Is-Sentenzi tal-5 ta’ Marzu 2015, Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português, C-667/13, EU:C:2015:151, punt 51, tat-18 ta’ Mejju 2017, Fondul Proprietatea, C-150/16, EU:C:2017:388, punt 34, u tal-15 ta’ Mejju 2019, Achema et al, C-706/17, EU:C:2019:407, punt 94.
(95) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).
(96) Is-Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża C-594/18 P, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, (Hinkley Point C), EU:C:2020:742, punt 19.
(97) Kif ikkonfermat mis-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, EU:C:2020:742.
(98) Ir-rapport tal-ACER tas-6 ta’ April 2020, The internal gas market in Europe: The role of transmission tariffs, punt 174.
(99) Jekk il-Kummissjoni tqis li għajnuna eżistenti mhijiex jew m’għadhiex kompatibbli mas-suq intern, hija tista’ tibda l-proċedura stabbilita fil-Kapitolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).