<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑209/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0209</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:283">EU:C:2014:283</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140430">30.4.2014</DATE> — KAWŻA C-209/13</P><P>IR-RENJU UNIT vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni ta’ kooperazzjoni rinforzata skont l-Artikolu 329(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2013/52/UE</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament għal ksur tal-Artikoli 327 TFUE u 332 TFUE kif ukoll tad-dritt internazzjonali konswetudinarju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑209/13,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,</HT> irrappreżentat minn E. Jenkinson u S. Behzadi Spencer, bħala aġenti, assistiti minn M. Hoskins u P. Baker, QC, kif ukoll minn V. Wakefield, barrister,</P><P>rikorrent,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn A.-M. Colaert kif ukoll minn F. Florindo Gijón u A. de Gregorio Merino, bħala aġenti,</P><P>konvenut,</P></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju,</HT> irrappreżentat minn J.-C. Halleux u M. Jacobs, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT> irrappreżentata minn T. Henze u J. Möller kif ukoll minn K. Petersen, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża,</HT> irrappreżentata minn D. Colas u J.-S. Pilczer, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija,</HT> irrappreżentata minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża</HT>, irrappreżentata minn L. Inez Fernandes u J. Menezes Leitão, kif ukoll minn A. Cunha, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn A. Neergaard u R. van de Westelaken, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Lyal, B. Smulders u W. Mölls, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis u J.-C. Bonichot, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE, tat-<DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2013">ĠU L 22, p. 11</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110928">28 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill COM(2011) 594 finali dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>proposta tal-2011<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din il-proposta tal-2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, kien jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha, bil-kondizzjoni li mill-inqas parti waħda għat-tranżazzjoni tkun stabbilita fi Stat Membru u li istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tkun parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din il-proposta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kien jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni finanzjarja għandha titqies li hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>hija parti, li qiegħda taġixxi akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja ma’ istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita f’dak l-Istat Membru skont il-punti (a), (b), (c) jew (d), jew ma’ parti stabbilita fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u li mhijiex istituzzjoni finanzjarja.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara tliet laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li seħħew fit-22 u fid-29 ta’ Ġunju kif ukoll fl-<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, kien jidher ċar li l-prinċipju ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>TTF<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) ma jistax jibbenefika minn sostenn unanimu fi ħdan il-Kunsill fil-futur prevedibbli u, għaldaqstant, li l-għan li kien jikkonsisti li tiġi adottata tali sistema komuni ma jistax jintlaħaq f’terminu raġonevoli mill-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ħdax-il Stat Membru, bejn it-28 ta’ Settembru u t-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, infurmaw lill-Kummissjoni li huma xtaqu jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni rinforzata fil-qasam tat-TTF.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, adotta d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 6 ta’ din id-deċiżjoni hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[...] 11-il Stat Membru, jiġifieri il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja, indirizzaw talbiet lill-Kummissjoni [...] fejn indikaw li xtaqu li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tat-TTF. Dawn l-Istati Membri talbu li l-ambitu u l-għanijiet tal-kooperazzjoni msaħħa tkun ibbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tat-<DATE ISO="20110928">28 ta’ Settembru 2011</DATE>. Saret ukoll referenza b’mod partikolari għall-bżonn li jiġu evitati azzjonijiet evażivi, distorsjonijiet u trasferimenti lejn ġurisdizzjonijiet oħra.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata tinkludi żewġ artikoli. L-Artikolu 1 tagħha jawtorizza l-ħdax-il Stat Membru msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Istati Membri parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni rinforzata fil-qasam tal-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ TTF, billi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati. L-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni jipprovdi li din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130214">14 ta’ Frar 2013</DATE>, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-TTF (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>proposta tal-2013<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din il-proposta tal-2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kamp ta’ Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha, bil-kundizzjoni li mill-inqas parti waħda tat-tranżazzjoni tkun stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti u li istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru parteċipanti tkun parti mit-tranżazzjoni, li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din il-proposta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprovdi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni finanzjarja għandha titqies li hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hija sodisfatta:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>hija parti, li taġixċxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja fi prodott strutturat jew wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fil-punti minn (4) sa (10) ta’ dik it-Taqsima li ma jiġux innegozjati f’pjattaforma organizzata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna li mhijiex istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>hija parti għal tranżazzjoni finanzjarja fi prodott strutturat jew wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bl-eċċezzjoni ta’ strumenti msemmija fil-punti minn (4) sa (10) ta’ dik it-Taqsima li ma jiġux innegozjati f’pjattaforma organizzata.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni kkontestata u li tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors u li tikkundanna lir-Renju Unit għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni ġew ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Filwaqt li jirrikonoxxi li r-rikors tiegħu, ippreżentat bħala miżura kawtelatorja, jista’ jitqies bħala prematur, ir-Renju Unit jinvoka żewġ motivi insostenn tiegħu. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 327 TFUE u tad-dritt internazzjonali konswetudinarju sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tawtorizza l-adozzjoni ta’ TTF li tipproduċi effetti extraterritorjali. It-tieni motiv, imqajjem sussidjarjament, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 332 TFUE minħabba li din id-deċiżjoni tawtorizza l-adozzjoni ta’ TTF li timponi spejjeż fuq l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni rinforzata (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Istati Membri mhux parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa artikolat f’żewġ partijiet, ibbażati fuq ksur, rispettivament, tal-Artikolu 327 TFUE u tad-dritt internazzjonali konswetudinarju.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-Renju Unit isostni li, billi tawtorizza l-adozzjoni ta’ TTF li għandha effetti extraterritorjali, minħabba l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>prinċipju tal-kontroparti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> stabbilit fl-Artikolu 3(1)(e) tal-proposta tal-2011, u tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>prinċipju tal-ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> mogħti fl-Artikolu 4(1)(g) u (2)(c) tal-proposta tal-2013, id-deċiżjoni kkontestata kisret l-Artikolu 327 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-deċiżjoni tippermetti li tiġi stabbilita TTF applikabbli, minħabba ż-żewġ prinċipji ta’ tassazzjoni msemmija iktar ’il fuq, għal stabbilimenti, għal persuni u għal operazzjonijiet lokalizzati fit-territorju ta’ Stati Membri mhux parteċipanti, li jwassal li jinħoloq preġudizzju għall-kompetenzi u għad-drittijiet tal-Istati Membri mhux parteċipanti.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel motiv tiegħu, ir-Renju Unit isostni li d-dritt internazzjonali konswetudinarju ma jammettix li leġiżlazzjoni tipproduċi effetti extraterritorjali ħlief sa fejn jeżisti bejn il-fatti jew is-suġġetti inkwistjoni u l-Istat li jeżerċita l-kompetenza tiegħu fir-rigward tagħhom element ta’ konnessjoni biżżejjed strett sabiex jiġġustifika indħil fuq il-kompetenza sovrana ta’ Stat ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-effetti extraterritorjali tat-TTF futura li jirriżultaw mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prinċipju tal-kontroparti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>prinċipju tal-ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma huma ġġustifikati fir-rigward ta’ ebda regola ta’ kompetenza fiskali ammessa mid-dritt internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-Renju Unit isostni li, filwaqt li l-ispejjeż marbuta mal-implementazzjoni tal-kooperazzjoni rinforzata fil-qasam ta’ TTF ma jistgħux bħala prinċipju, skont l-Artikolu 332 TFUE, jiġu imposti ħlief fuq l-Istati Membri parteċipanti biss, din l-implementazzjoni hija r-raġuni ta’ spejjeż ukoll għall-Istati Membru mhux parteċipanti, minħabba l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2012/24/UE, tas-<DATE ISO="20100316">16 ta’ Marzu 2010</DATE>, dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 84, p. 1</REF.DOC.OJ>) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16, tal-<DATE ISO="20110215">15 ta’ Frar 2011</DATE>, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 64, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn iż-żewġ direttivi ma jawtorizzawx lill-Istati Membri mhux parteċipanti milli jitolbu r-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza reċiproka u ta’ kooperazzjoni amministrattiva marbuta mal-applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi għal TTF futura.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit iżid, f’dan ir-rigward, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[n]efqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ koperazzjoni msaħħa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 332 TFUE, ikopri l-infiq marbut ma’ talbiet għal assistenza jew għal kooperazzjoni bbażati fuq il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jingħata effett għall-kooperazzjoni rinforzata fil-qasam ta’ TTF.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kunsill, l-Istati Membri kollha li intervjenew insostenn tiegħu, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jammettu, espliċitament jew impliċitament, l-ammissibbiltà tar-rikors u tal-motivi li huma l-bażi tiegħu. Madankollu huma jsostnu li dawn il-motivi ma humiex fondati.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ewwel motiv, l-imsemmija partijiet isostnu, essenzjalment, li l-prinċipji ta’ tassazzjoni kkontestati mir-Renju Unit fil-kuntest ta’ dan il-motiv jikkostitwixxu, f’dan l-istadju, elementi purament ipotetiċi ta’ leġiżlazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti. Konsegwentement, l-argumenti invokati minn dan l-Istat Membru, fondati fuq allegati effetti extraterritorjali tat-TTF futura, huma prematuri u spekulattivi. Għaldaqstant, huma ineffettivi fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tieni motiv tar-rikors, l-istess partijiet isostnu, essenzjalment, li dan iqajjem dibattitu prematur fuq il-mod li bih il-leġiżlatur ser jirregola l-kwistjoni tat-teħid ta’ responsabbiltà tan-nefqa li tirriżulta mill-implementazzjoni tal-kooperazzjoni rinforzata awtorizzata mid-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, hija ma tirregola bl-ebda mod il-kwistjonijiet ta’ assistenza reċiproka għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-TTF futura.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kunsill, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni jżidu li t-tieni motiv tar-rikors huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 332 TFUE. Fil-fatt, dan l-artikolu jirreferi biss għall-infiq operattiv li għandu jitħallas mill-baġit tal-Unjoni f’relazzjoni mal-atti li jistabbilixxu l-kooperazzjoni rinforzata u mhux l-infiq, ikkontestat mir-Renju Unit, li jista’ jiġi sostnut mill-Istati Membri skont id-Direttivi 2010/24 u 2011/16.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Filwaqt li tibbaża ruħha fuq argument analogu għal dak imsemmi fil-punti 26 u 27 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkunsidra li r-rikors huwa inammissibbli, jekk mhux manifestament inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżit stabbilit<?PAGE NO="6"?> fl-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-motivi invokati mir-Renju Unit insostenn tar-rikors tiegħu ma għandhom ebda relazzjoni mas-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata. Sussidjarjament, hija ssostni li r-rikors għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fl-ewwel lok, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura u tal-ġurisprudenza relatata magħhom kull rikors promotur għandu jindika s-suġġett tat-tilwima u espożizzjoni sommarja tal-motivi. Din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed li tippermetti lill-konvenut li jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom huwa bbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors stess, u li t-talbiet tar-rikors għandhom ikunu fformulati b’mod mhux ekwivoku sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew tonqos milli tiddeċiedi dwar l-ilment (sentenzi Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑360/11. <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:17">EU:C:2013:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, u Il‑Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, C‑545/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:509">EU:C:2013:509</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 108).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, f’dan il-każ, li l-kontenut tar-rikors kien jissodisfa tali rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni. Dan ippermetta lill-Kunsill u lill-Istati Membri intervenjenti insostenn tiegħu sabiex jippreparaw l-argumenti tagħhom relatati mal-motivi mqajma mir-Renju Unit u lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tkun fil-pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha fuq id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Isegwi li din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kunsill li, bħad-deċiżjoni kkontestata, għandha bħala suġġett l-awtorizzazzjoni ta’ kooperazzjoni rinforzata abbażi tal-Artikolu 329 TFUE, l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja jirrigwarda l-kwistjoni jekk din id-deċiżjoni hijiex valida inkwantu tali fir-rigward, b’mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet, li jinsabu fl-Artikolu 20 TUE kif ukoll fl-Artikoli 326 TFUE sa 334 TFUE, li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ mertu u ta’ proċedura dwar l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Dan l-istħarriġ ma jistax jiġi konfuż ma’ dak li jista’ jiġi eżerċitat, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament sussegwenti, fir-rigward ta’ att adottat fir-rigward tal-implementazzjoni tal-kooperazzjoni rinforzata awtorizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rikors, l-ewwel motiv tiegħu huwa intiż sabiex jiġu kkontestati l-effetti li jista’ jkollu fir-rigward ta’ stabbilimenti, ta’ persuni u ta’ operazzjonijiet lokalizzati fit-territorju ta’ Stati Membri mhux parteċipanti l-użu ta’ ċerti prinċipji ta’ tassazzjoni skont it-TTF futura.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata hija intiża sabiex tawtorizza ħdax-il Stat Membru li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni rinforzata għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ TTF fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati. Il-prinċipji ta’ tassazzjoni kkontestati mir-Renju Unit, min-naħa l-oħra, ma huma bl-ebda mod elementi li jikkostitwixxu din id-deċiżjoni. Fil-fatt, minn naħa, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>prinċipju tal-kontroparti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jikkorrispondi ma’ element tal-proposta tal-2011 msemmija fil-premessa 6 ta’ din id-deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>prinċipju tal-ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kien tniżżel għall-ewwel darba fil-proposta tal-2013.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni motiv tar-rikors, li permezz tiegħu r-Renju Unit essenzjalment isostni li t-TTF futura ser tkun ir-raġuni ta’ spejjeż għall-Istati Membri mhux parteċipanti minħabba obbligi ta’ assistenza reċiproka u ta’ kooperazzjoni amministrattiva marbuta mal-applikazzjoni tad-Direttivi 2010/24 u 2011/166 għal din it-taxxa, li, skont dan l-Istat Membru, jmur kontra<?PAGE NO="7"?> l-Artikolu 332 TFUE, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi ebda dispożizzjoni relatata mal-kwistjoni tal-infiq marbut mal-implementazzjoni tal-kooperazzjoni rinforzata li hija tawtorizza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u indipendentement mill-kwistjoni jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[n]efqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 332 TFUE, ikoprix jew le l-ispejjeż ta’ assistenza reċiproka u ta’ kooperazzjoni amministrattiva msemmija mir-Renju Unit fil-kuntest tat-tieni motiv tiegħu, huwa evidenti li l-kwistjoni tal-effett eventwali tat-TTF futura fuq l-ispejjeż amministrattivi tal-Istati Membri mhux parteċipanti ma tistax tiġi eżaminata sakemm il-prinċipji ta’ tassazzjoni fir-rigward ta’ dik it-taxxa ma jkunux ġew definittivament stabbiliti fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-kooperazzjoni rinforzata awtorizzata mid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan l-effett huwa dipendenti fuq l-adozzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>prinċipju tal-kontroparti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prinċipju tal-ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li madankollu ma humiex elementi kostituttivi tad-deċiżjoni kkontestata, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 36 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet li jippreċedu jirriżulta li ż-żewġ motivi invokati mir-Renju Unit insostenn tar-rikors tiegħu għandhom jiġu miċħuda u li, għaldaqstant, dan għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Renju Unit tilef, hemm lok jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kunsill. Skont l-Artikolu 140(1) tal-istess regoli, li skont dan l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fit-tilwima għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>