|
19.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/105 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/435
tat-12 ta' Marzu 2019
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Housing for All”
(notifikata bid-dokument C(2019) 2004)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Housing for All” jirreferi għal li ġej: “L-għan ta' din l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej huwa li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-qafas legali u finanzjarju biex tiffaċilita l-aċċess għall-abitazzjoni għal kulħadd fl-Ewropa.” |
|
(2) |
L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Aħna nħeġġu lill-UE tieħu azzjoni biex tiffaċilita l-aċċess għall-abitazzjoni għal kulħadd fl-Ewropa. Dan jinkludi aċċess aktar faċli għal kulħadd għal akkomodazzjoni soċjali u bi prezz li jintlaħaq, mingħajr l-applikazzjoni tal-kriterji ta' Maastricht għall-investiment pubbliku f'akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, aċċess aħjar għall-finanzjament tal-UE għal żviluppaturi tal-akkomodazzjoni sostenibbli u mingħajr skop ta' qligħ, regoli soċjali bbażati fuq il-kompetizzjoni għal kiri għal żmien qasir u l-ġbir ta' statistika dwar il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa.” |
|
(3) |
L-anness tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jsemmi speċifikament għadd ta' objettivi li għandhom jiġu segwiti minn atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, jiġifieri:
|
|
(4) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi l-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(5) |
Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
(7) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn għandha l-għan li tressaq proposti mill-Kummissjoni għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati li għandhom l-għan li jilħqu l-għanijiet imsemmija fl-inċiżi 2 sa 5 tal-premessa 3 ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li jiġu implimentati t-Trattati skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011. |
|
(8) |
Min-naħa l-oħra, atti legali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta' impriżi pubbliċi u impriżi li l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklussivi, kif ukoll impriżi fdati bit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew li jkollhom il-karattru ta' monopolju għall-qligħ, abbażi tal-Artikolu 106(3) TFUE huma adottati mhux fuq proposta mill-Kummissjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, iżda mill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Madankollu, jekk l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta tiġi ppreżentata lilha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, il-Kummissjoni tintrabat li tivvaluta wkoll il-ħtieġa għall-adozzjoni jew l-emendar ta' atti legali abbażi tal-Artikolu 106(3) tat-TFUE fid-dawl tar-rilevanza tagħhom għas-suġġett ta' din l-inizjattiva. |
|
(10) |
Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt ġew maħtura skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la hi manifestament abbużiva, la frivola jew vessatorja u lanqas manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE. |
|
(11) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Housing for All” għandha għalhekk tiġi reġistrata. Għandhom jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, abbażi tal-fehim stipulat fil-premessi 6 sa 9. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Housing for All” hija hawnhekk reġistrata.
2. Jistgħu jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, abbażi tal-fehim stipulat fil-premessi 6–9 ta' din id-deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem ta' “Housing for All”, irrappreżentata mis-Sinjura Ms Karin ZAUNER u s-Sur Santiago MAS DE XAXAS FAUS, li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President