<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-308/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0308</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:869">EU:C:2017:869</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20171116">16.11.2017</DATE> – Kawża C‑308/16</P><P>Kozuba Premium Selection</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 135(1)(j)</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-provvisti ta’ binjiet</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑308/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti suprema amministrattiva, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160530">30 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Kozuba Premium Selection sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader (Relatur), A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u M. Owsiany‑Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20170704">4 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) u (2) u tal-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Kozuba Premium Selection sp. z o.o. (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kozuba<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (direttur tal-awla fiskali f’Varsavja, il-Polonja, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), rigward l-issuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ta’ tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ binja li diġà kienet intużat mill-proprjetarju tiegħu għall-bżonnijiet tiegħu u li kienet is-suġġett ta’ xogħlijiet ta’ mmodernizzar qabel dan il-bejgħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 35 tad-Direttiva dwar il-VAT jgħidu li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(7)</NO.P><TXT>Is-sistema komuni ta’ VAT għandha twassal, anki jekk ir-rati u l-eżenzjonijiet ma jkunux armonizzati b’mod sħiħ, għal newtralità fil-kompetizzjoni, b’mod li fit-territorju ta’ kull pajjiż merkanzija u servizzi simili jġorru l-istess piż ta’ taxxa, hu x’inhu t-tul tal-produzzjoni u l-katina tad-distribuzzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(35)</NO.P><TXT>Għandha titfassal lista komuni ta’ eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom ikunu jistgħu jinġabru b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-VAT tipprevedi fl-Artikolu 2(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) u (2) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajiet imsemmija fit–tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il–provvista, qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta’ bini jew parti minn bini u ta’ l-art li fuqha jinstab il-bini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art għall-bini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> għandha tfisser kull struttura fissa ma’ jew fl-art.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) għal bdil ta’ bini u jistgħu jistabbilixxu t-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-art li fuqha jinstab il-bini<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta’ l-ewwel okkupazzjoni, bħalma huwa l-perijodu ta’ żmien bejn id-data tat-tlestija tal-bini u d-data ta’ l-ewwel provvista, jew il-perijodu bejn id-data ta’ l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, sakemm dawk il-perijodi ma jaqbżux il–ħames snin u s-sentejn rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, jitqies <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> it-trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi minn proprjetà tanġibbli bħala proprjetarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1) ta’ din id-direttiva, li jinsab fil-Kapitolu 3 ta’ din, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ bini jew partijiet minnu, u ta’ l-art li fuqha hija tinsab, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Pollakk</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(14) tal-ustawa o podatku od towarów i usług (liġi dwar it-taxxa fuq oġġetti u servizzi), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. Nru 54, pożizzjoni 535), kif emendata (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet iktar ’il quddiem, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:</P><P>[…]</P><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>l-ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>: provvista għall-użu, fit-twettiq ta’ atti intaxxati, ta’ binjiet, strutturi jew partijiet minnhom, lill-ewwel xerrej jew utent, wara li dawk il-binjiet, strutturi jew partijiet minnhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikunu ġew mibnija jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikunu ġew imtejba, sakemm l-ispejjeż magħmula għat-titjib fis-sens tar-regoli tat-taxxa fuq id-dħul tkun żdiedet mill-inqas 30 % tal-valur inizjali;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1), punti 10 u 10a, u paragrafu 7a, ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma eżenti mit-taxxa:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ binjiet, strutturi jew partijiet minnhom, ħlief meta:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ssir fl-okkażjoni tal-ewwel okkupazzjoni jew qabel l-ewwel okkupazzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bejn l-ewwel okkupazzjoni u l-provvista tal-binja, struttura jew parti minn dawn ikunu għaddew inqas minn sentejn;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10a.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ binjiet, strutturi jew partijiet minnhom huma esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fil-punt 10 sakemm:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-fornitur ma kellux, f’dak li jirrigwarda l-provvisa tal-beni kkonċernati, id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-fornitur ma nkorriex spejjeż sabiex itejjeb il-beni pprovduti li jagħtu dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa jew, jew huwa sostna tali l-ispejjeż, l-ammont ta’ dawn kien inqas minn 30 % tal-valur inizjali tal-imsemmija beni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="043.007A"><NO.PARAG>7a.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, punt 10a(b), ma hijiex applikabbli jekk il-binjiet, l-istrutturi jew partijiet minnhom, ladarba mtejba, intużaw mill-persuna taxxabbli sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli għal perijodu ta’ minn inqas ħames snin.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050917">17 ta’ Settembru 2005</DATE>, Poltrex Sp. z o. o., stabbilita fil-Polonja, li l-isem tagħha nbidel sussegwentement sabiex saret Kozuba, iddeċidiet li żżid il-kapital azzjonarju tagħha. Fl-istess jum, wieħed mis-soċji pprovda lill-kumpannija binja residenzjali li tinsab fil-lokalità ta’ Jabłonka (il-Polonja) (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>binja inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), mibnija matul is-sena 1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul is-sena 2006, il-binja inkwistjoni ġiet adattata għall-finijiet tal-attività ekonomika ta’ Kozuba, u din tal-aħħar qablet għal dan il-għan fuq investimenti li jammontaw għal madwar 55 % tal-valur inizjali ta’ dan il-beni. Wara li tlestew ix-xogħlijiet, il-binja inkwistjoni ġiet inkluża, fil-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE>, bħala ass fiss tanġibbli distint fir-reġistru tal-assi fissi, taħt it-taqsima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>dar tal-wiri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, u baqgħet taħt din it-taqsima sad-data tal-bejgħ tagħha lil terz, fil-<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li kienet binja antika, Kozuba qieset li dan il-bejgħ kien eżenti mill-VAT u hija ma niżżlitx fid-dikjarazzjoni tal-VAT tagħha l-profitt iġġenerat permezz ta’ dan il-bejgħ għall-ewwel trimestru tas-sena 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE>, id-Dyrektor Urzędu Kontroli Skarbowej (direttur tal-awtorità tal-kontroll fiskali, il-Polonja), peress li qies li Kozuba ma kellhiex raġuni sabiex ma tinkludix, fid-dikjarazzjoni tagħha tal-VAT għall-ewwel trimestru tas-sena 2009, il-profitt iġġenerat permezz tal-bejgħ tal-binja inkwistjoni, iffissa l-ammont ta’ tassazzjoni ta’ Kozuba għall-finijiet tal-VAT għal dan il-perijodu billi żied l-ammont tal-bejgħ ta’ din il-binja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, Kozuba kkontestat din id-deċiżjoni quddiem id-Direttur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130730">30 ta’ Lulju 2013</DATE>, dan ikkonferma d-deċiżjoni tad-direttur tal-awtorità tal-kontroll fiskali. Bħal dan tal-aħħar, id-Direttur fil-fatt qies li, minkejja li, wara titjib magħmul fiha, il-binja inkwistjoni kienet effettivament ġiet allokata, mil-lat kontabbli, għall-bżonnijiet proprji tal-kumpannija mill-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE>, l-imsemmija allokazzjoni ma kinitx madankollu ġġenerat, minn din id-data, tranżazzjonijiet taxxabbli. Għaldaqstant, minn naħa, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-binja inkwistjoni, wara t-titjib magħmul fiha, kellha tiġi ffissata mhux għad-data tal-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE>, iżda għall-<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, peress li din id-data msemmija l-aħħar tikkorrispondi għal dik tal-ewwel tranżazzjoni taxxabbli li kienet tat lok għaliha l-binja inkwistjoni wara dan it-titjib, jiġifieri l-bejgħ tagħha u, min-naħa l-oħra, Kozuba ma setgħetx titlob l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 43(1), punt 10, tal-liġi dwar il-VAT, ladarba dan il-bejgħ kien sar fil-kuntest tal-ewwel okkupazzjoni tal-binja inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Kozuba ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni tad-Direttur quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja), li, b’sentenza tat-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, annullat din id-deċiżjoni għal raġunijiet ta’ natura proċedurali. Madankollu, din il-qorti kkonfermat l-fondatezza tal-perspettiva tal-amministrazzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Kozuba appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, din tispeċifika li t-traspożizzjoni tal-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT fid-dritt Pollakk tqajjem dubji rigward il-konformità mad-Direttiva dwar il-VAT tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>l-ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, iddefinit fl-Artikolu 2(14) tal-liġi dwar il-VAT, u użat fl-Artikolu 43(1), punt 10, ta’ din l-istess liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tenfasizza li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk il-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ binja, fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, għandux jinftiehem fis-sens li l-ewwel okkupazzjoni għandha sseħħ fil-kuntest ta’ tranżazzjoni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha wkoll dubji rigward il-kundizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(14) tal-liġi dwar il-VAT, li tgħid li, fil-każ ta’ titjib ta’ binja, l-eżenzjoni mill-VAT hija possibbli biss jekk l-ispejjeż ikkawżati permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet ta’ titjib ikunu ta’ ammont inqas minn 30 % tal-valur inizjali tal-binja inkwistjoni. Għalhekk, il-liġi Pollakka tassimila kwalunkwe titjib ta’ binja li jiġġenera valur miżjud li huwa ugwali jew ogħla minn dan il-limitu minimu għal bdil fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT li għandu mnejn jagħti lok għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-ewwel okkupazzjoni mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li tkun tiġġustifika ssuġġettar ġdid għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti suprema amministrattiva, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>L-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva [2006/112] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali (punt 10 tal-Artikolu 43(1) tal-[Liġi dwar il-VAT]) […] li taħtha l-provvista ta’ binjiet, kostruzzjonijiet jew partijiet minnhom huma eżentati mill-VAT, ħlief fil-każ fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ssir fil-kuntest tal-ewwel okkupazzjoni jew qabel l-ewwel okkupazzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-perijodu bejn l-ewwel okkupazzjoni u l-provvista tal-binja, kostruzzjoni jew partijiet minnhom kien ta’ inqas minn sentejn,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>sa fejn l-Artikolu 2(14) tal-Liġi dwar il-VAT jiddefinixxi l-ewwel okkupazzjoni bħala rilaxx għal użu tal-binjiet, kostruzzjonijiet jew partijiet minnhom, b’eżekuzzjoni ta’ attivitajiet taxxabbli, lill-ewwel konsumatur jew utent, wara:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jkunu ttellgħu jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jkun sar titjib, jekk in-nefqa magħmula għat-titjib, kif iddefinit fir-regolamenti dwar it-taxxa fuq id-dħul, kien jikkostitwixxi mill-inqas 30 % tal-valur inizzjali?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) u (2) u l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżenzjoni mill-VAT tal-provvisti ta’ binjiet għall-kundizzjoni doppja li t-tranżazzjoni ma tkunx tikkonċerna provvista mwettqa fil-kuntest tal-ewwel okkupazzjoni li tkun seħħet fl-eżerċizzju ta’ tranżazzjoni taxxabbli u li, fil-każ ta’ titjib ta’ binja eżistenti, l-ispejjeż inkorsi għal dan il-għan ikunu inqas minn 30 % tal-valur inizjali ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jitfakkar li d-Direttiva dwar il-VAT tistabbilixxi sistema komuni ta’ VAT ibbażata, b’mod partikolari, fuq definizzjoni uniformi ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Posnania Investment</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑36/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:361">EU:C:2017:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva, il-provvisti ta’ beni magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, huma suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva, jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kull min jeżerċita, indipendentement u fi kwalunkwe post, attività ekonomika, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ din l-attività. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu b’mod partikolari jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Direttiva dwar il-VAT tieħu, għalhekk, inkunsiderazzjoni n-natura professjonali u abitwali tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi bħala kriterji ġenerali sabiex tattribwixxi lill-persuni li jeżerċitaw dawn l-attivitajiet il-kwalità ta’ persuna taxxabbli għall-VAT. Madankollu, dawn il-kriterji huma adattati f’dak li jirrigwarda t-tranżazzjonijiet f’immobbli, għaliex, skont l-Artikolu 12(1)(a) tagħha, id-Direttiva dwar il-VAT tawtorizza lill-Istati Membri jqisu wkoll bħala persuna taxxabbli kull min iwettaq, fuq bażi okkażjonali, il-provvista ta’ binja jew ta’ parti minn binja u l-art li fuqha jinstab il-binja, qabel l-ewwel okkupazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-VAT jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>provvista ta’ merkanzija [beni]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bħala t-trasferiment tad-dritt li wieħed jiddisponi minn beni tanġibbli bħala proprjetarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi eżenzjoni mill-VAT għall-provvisti ta’ binjiet, minbarra dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 12(1)(a) ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1)(a) ta’ din id-direttiva jirreferi għall-provvista ta’ binja jew ta’ parti minn binja u l-art li fuqha jinstab il-binja, imwettqa qabel l-ewwel okkupazzjoni tagħha. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien, jagħmlu distinzjoni bejn in-natura antika u n-natura ġdida ta’ binja, bil-bejgħ ta’ proprjetà immobbli antika mhux, fil-prinċipju, suġġett għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>J. J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:461">EU:C:2012:461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa l-assenza relattiva ta’ valur miżjud iġġenerat permezz tal-bejgħ ta’ binja antika. <HT TYPE="ITALIC">Fil-fatt, minkejja li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar il-VAT, il-bejgħ ta’ binja wara l-ewwel provvista tagħha lil konsumatur finali, li jindika t-tmiem tal-proċess ta’ produzzjoni, ma jiġġenerax valur miżjud sinjifikattiv u għandu għaldaqstant, fil-prinċipju, jiġi eżentat</HT> (ara, <HT TYPE="ITALIC">f’dan is-sens</HT>, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Goed Wonen<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:506">EU:C:2001:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT jikkonferma wkoll li huwa l-valur miżjud li jiddetermina l-issuġġettar tal-provvista ta’ binja għall-VAT, għaliex jawtorizza lill-Istati Membri jiddefinixxu r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-istess artikolu, jiġifieri dak tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, għall-bdil ta’ proprjetajiet immobbli. B’dan il-mod, id-Direttiva dwar il-VAT tiftaħ it-triq għat-tassazzjoni tal-provvisti ta’ binjiet li jkunu ġew mibdula, peress li din l-operazzjoni msemmija l-aħħar tagħti lill-binja kkonċernata valur miżjud, bħall-kostruzzjoni inizjali ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-binja inkwistjoni ttellgħet matul is-sena 1992 u t-tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ din matul is-sena 2009, li hija s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, setgħet, fil-prinċipju, tiġi eżentata mill-VAT. Min-naħa l-oħra, din il-binja ġiet immodernizzata wara li ġiet integrata fil-patrimonju ta’ Kozuba, u b’hekk qajmet il-possibbiltà tal-issuġġettar tagħha għall-VAT, minħabba l-fatt li dawn ix-xogħlijiet ta’ mmodernizzar iġġeneraw valur miżjud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-Artikolu 2(14) tal-liġi dwar il-VAT, tiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> bħala r-rilaxx għal użu, fl-eżerċizzju ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, għall-ewwel akkwirent jew utent ta’ binja, ta’ kostruzzjoni jew ta’ parti minn dawn, wara li jkunu ttellgħu jew li jkun sar titjib fihom, jekk l-ispejjeż inkorsi għal dan il-għan jirrappreżentaw mill-inqas 30 % tal-valur inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-leġiżlatur Pollakk, minn naħa, eskluda mill-imsemmija eżenzjoni, bl-assoċjazzjoni tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> mal-eżerċizzju ta’ tranżazzjoni taxxabbli, l-okkupazzjonijiet li ma humiex fis-sors jew li ma jiġġenerawx tranżazzjonijiet taxxabbli, bil-konsegwenza li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT ma hijiex applikabbli għal trasferiment ta’ binja eżistenti li kienet is-suġġett, bħalma huwa l-każ fil-kawża prinċipali, ta’ użu mill-proprjetarju tagħha għall-bżonnijiet kummerċjali proprji tiegħu, għar-raġuni li dan l-użu ma jistax jiġi kklassifikat bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fl-assenza ta’ tali tranżazzjoni taxxabbli. Min-naħa l-oħra, sa fejn huwa estenda l-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għall-bdil ta’ proprjetajiet immobbli, huwa stabbilixxa kriterju kwantitattiv skont liema l-ispejjeż ta’ tali bdil għandhom jammontaw għal ċerta perċentwali tal-valur inizjali tal-binja kkonċernata, jiġifieri, f’dan il-każ, mill-inqas 30 % ta’ dan, sabiex twassal għall-issuġġettar għall-VAT tal-bejgħ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 12(1) u (2), u l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT jipprekludux tali leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, għandu jiġi osservat li dan jinsab fl-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-VAT, mingħajr, madankollu, ma huwa ddefinit hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma tkun tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri, għandu normalment jiġi interpretat b’mod awtonomu u uniformi billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mikołajczyk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:772">EU:C:2016:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem użat sabiex jiġu indikati l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 135(1) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat b’mod strett, peress li dawn tal-aħħar jikkostitwixxu derogi mill-prinċipju ġenerali li l-VAT tinġabar fuq kull kunsinna ta’ oġġetti u fuq kull provvista ta’ servizzi li ssir bi ħlas minn persuna taxxabbli (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Don Bosco Onroerend Goed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:722">EU:C:2009:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, l-interpretazzjoni ta’ dan il-kliem għandha tkun konformi mal-għanijiet segwiti mill-imsemmija eżenzjonijiet u għandha tosserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni ta’ VAT. B’hekk, din ir-regola ta’ interpretazzjoni stretta ma tfissirx li l-kliem<?PAGE NO="8"?> użat sabiex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet imsemmija fl-imsemmi artikolu għandu jiġi interpretat b’mod li jċaħħadhom mill-effetti tagħhom (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Don Bosco Onroerend Goed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:722">EU:C:2009:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif jirriżulta, qabel kollox, mix-xogħol preparatorju tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), li jibqa’ rilevanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT, fil-kuntest tal-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 135(1)(j) ta’ din, il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ta’ binja għandu jinftiehem fis-sens li jikkorrispondi għal dak tal-ewwel użu tal-beni mill-proprjetarju tiegħu jew mill-persuna li tikrih. F’dan ix-xogħol preparatorju huwa speċifikat li dan il-kriterju ġie adottat bħala dak li jiddetermina l-mument li fih il-prodott jista’ joħroġ mill-katina ta’ produzzjoni sabiex jidħol fis-settur tal-konsum. Ma jirriżultax, madankollu, minn din l-analiżi storika li l-użu tal-beni mill-proprjetarju tiegħu għandu jseħħ fil-kuntest ta’ tranżazzjoni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-kuntest li fih tinsab din id-dispożizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, kif tindika l-premessa 7 tad-Direttiva dwar il-VAT, is-sistema komuni ta’ VAT għandha twassal, anki jekk ir-rati u l-eżenzjonijiet ma humiex armonizzati b’mod sħiħ, għal newtralità fil-kompetizzjoni, fis-sens li fit-territorju ta’ kull Stat Membru, l-oġġetti u s-servizzi simili jġorru l-istess piż ta’ taxxa, indipendentement mit-tul taċ-ċirkuwitu ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, mill-premessa 35 ta’ din id-direttiva jirriżulta li għandha tiġi stabbilita lista komuni ta’ eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi proprji jkunu jistgħu jinġabru b’mod komparabbli fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li huwa t-traduzzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-qasam tal-VAT, tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑309/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:211">EU:C:2008:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Compass Contract Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:454">EU:C:2017:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jipprekludi li s-sistema ta’ eżenzjonijiet fiskali, kif trasposta fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, tkun applikabbli b’mod differenti minn Stat Membru għall-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-eżenzjonijiet mill-VAT għandhom l-għan li jippermettu ġbir komparabbli tar-riżorsi proprji tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, minkejja li l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, li għalih jagħmel riferiment, jirreferi għall-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti mill-Istati Membri, l-eżenzjonijiet previsti permezz ta’ din id-dispożizzjoni għandhom jikkorrispondu għal kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni, sabiex tkun tista’ tiġi ddeterminata l-bażi tal-VAT b’mod uniformi u skont regoli komuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Goed Wonen<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:506">EU:C:2001:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li, jekk l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT jawtorizza lill-Istati Membri jiddefinixxu r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni, għall-bdil ta’ proprjetajiet immobbli, tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a), ta’ dan l-artikolu, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-provvista ta’ binja mwettqa qabel l-ewwel okkupazzjoni tagħha, din id-dispożizzjoni ma tistax madankollu tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri jibbenefikaw minn diskrezzjoni li tippermettilhom jibdlu l-kunċett innifsu tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom, inkella jiġi pperikolat l-effett utli tal-imsemmija eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn analiżi letterali tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT, ikkombinata mal-eżami tal-kuntest u tal-għanijiet segwiti permezz ta’ din id-direttiva, jirriżulta għalhekk li din ma tagħtix lill-Istati Membri l-fakultà li jissuġġettaw jew li jirrestrinġu l-eżenzjonijiet li huma previsti fiha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istati Membri ma humiex, b’mod partikolari, awtorizzati jissuġġettaw l-eżenzjoni mill-VAT fil-qasam tal-provvisti ta’ binjiet wara l-ewwel okkupazzjoni tagħhom għall-kundizzjoni, mhux prevista mid-Direttiva dwar il-VAT, li din l-ewwel okkupazzjoni tkun seħħet fil-kuntest ta’ tranżazzjoni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jiddefinixxu, skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ewwel okkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> imsemmi fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-istess artikolu, għall-bdil ta’ proprjetajiet immobbli, għandu jiġi osservat li l-impożizzjoni ta’ kriterju kwantitattiv, li jgħid li l-ispejjeż ta’ tali bdil għandhom jammontaw għal ċerta perċentwali tal-valur inizjali tal-binja kkonċernata, jiġifieri, f’dan il-każ mill-inqas 30 % ta’ din, sabiex iwasslu għall-issuġġettar għall-VAT, tikkostitwixxi implementazzjoni ta’ din il-possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-binja inkwistjoni kienet proprjetà immobbli li ġiet irrinovata, u l-ispejjeż għal dan qabżu t-30 % tal-valur inizjali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 69 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu, għaldaqstant, jiġi speċifikat il-kontenut tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, li jinsab fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, minn lat kwalitattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-Direttiva dwar il-VAT ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minkejja li tali terminu ma huwiex univoku, kif jikkonfermaw id-diversi verżjonijiet lingwistiċi, fosthom dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/><HT TYPE="ITALIC">conversions</HT><QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> bil-lingwa Ingliża, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/><HT TYPE="ITALIC">Umbauten</HT><QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> bil-lingwa Ġermaniża, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/><HT TYPE="ITALIC">transformări</HT><QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> bil-lingwa Rumena, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/><HT TYPE="ITALIC">przebudowa</HT><QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> bil-lingwa Pollakka, huwa jissuġġerixxi mill-inqas li l-binja kkonċernata għandha tkun ġiet suġġetta għal bdil sostanzjali intiż sabiex jibdel l-użu tagħha jew sabiex jibdel kunsiderevolment il-kundizzjonijiet ta’ okkupazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> hija kkorroborata permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li hija eżenti mill-VAT operazzjoni ta’ provvista ta’ proprjetà immobbli magħmula minn art u minn binja antika li qiegħda fil-proċess ta’ bdil f’binja ġdida, meta, fil-mument ta’ din il-provvista, il-binja antika kienet ġiet suġġetta biss għal xogħlijiet ta’ demolizzjoni u, mill-inqas parzjalment, kienet għadha tintuża inkwantu tali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>J. J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:461">EU:C:2012:461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> ikopri, b’mod partikolari, l-ipoteżi li fiha x-xogħlijiet kompleti jew suffiċjentement avvanzati jkunu saru u li fi tmiemhom l-binja kkonċernata tkun intiża sabiex tintuża għal finijiet oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> li tinsab fil-punt 52 ta’ din is-sentenza li hija parti, barra minn hekk, mill-għan tad-Direttiva dwar il-VAT, b’mod partikolari dak tat-tassazzjoni ta’ tranżazzjoni intiża sabiex tgħolli l-valur tal-oġġett inkwistjoni. Għall-binjiet ġodda, kif osserva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 71 u 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan il-valur miżjud jirriżulta minn xogħol ta’ kostruzzjoni, li jwassal għal bidla sostanzjali f’dak li jeżisti fiżikament, minħabba t-tranżizzjoni ta’ proprjetà immobbli mhux mibnija, jew saħansitra art mhux żviluppata, għal binja residenzjali. Għall-binjiet antiki, l-imsemmi valur miżjud iseħħ meta jkun hemm bdil sostanzjali, b’tali mod li l-binja antika inkwistjoni tkun tista’ tiġi assimilata għal binja ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> li jinsab fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, ġie traspost fid-dritt Pollakk fl-Artikolu 2(14) tal-liġi dwar il-VAT, billi ntuża l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, sakemm it-terminu msemmi l-aħħar ma jiġix interpretat mill-qrati nazzjonali bħala sinonimu għal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> fis-sens ippreċiżat fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, id-differenza terminoloġika osservata b’dan il-mod ma hijiex tali, minnha nnifisha, sabiex twassal għal inkompatibbiltà tal-liġi dwar il-VAT mad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ispejjeż ikkawżati mit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> tal-binja inkwistjoni ammontaw għal 55 % tal-valur inizjali tagħha. Minkejja li tali perċentwali tissuġġerixxi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li t-tibdil magħmul fil-binja seta’, minħabba l-iskala tiegħu, jikkontribwixxi sabiex jinbidlu kunsiderevolment il-kundizzjonijet ta’ okkupazzjoni tagħha, hija madankollu l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, abbażi tal-provi li hija għandha fid-dispożizzjoni tagħha, sa fejn it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> inkwistjoni fil-kawża prinċipali wassal għal tibdil sostanzjali ta’ din il-binja, fis-sens ippreċiżat fil-punt 52 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 12(1) u (2) u l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva dwar il-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżenzjoni mill-VAT f’dak li jirrigwarda l-provvisti ta’ binjiet għall-kundizzjoni li l-ewwel okkupazzjoni ta’ dawn tkun seħħet fil-kuntest ta’ tranżazzjoni taxxabbli. Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta tali eżenzjoni għall-kundizzjoni li, fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ binja eżistenti, l-ispejjeż inkorsi ma jkunux qabżu 30 % tal-valur inizjali ta’ din, sakemm l-imsemmi kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> jiġi interpretat bl-istess mod bħal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> li jinsab fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, jiġifieri fis-sens li l-binja kkonċernata għandha tkun ġiet suġġetta għal tibdil sostanzjali intiż sabiex jinbidel l-użu tagħha jew sabiex jinbidlu kunsiderevolment l-kundizzjonijiet ta’ okkupazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(1) u (2), u l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud f’dak li jirrigwarda l-provvisti ta’ binjiet għall-kundizzjoni li l-ewwel okkupazzjoni ta’ dawn tkun seħħet fil-kuntest ta’ tranżazzjoni taxxabbli. Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta tali eżenzjoni għall-kundizzjoni li, fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> ta’ binja eżistenti, l-ispejjeż inkorsi ma jkunux qabżu 30 % tal-valur inizjali ta’ din, sakemm l-imsemmi kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>titjib<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> jiġi interpretat bl-istess mod bħal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>bdil<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> li jinsab fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2006/112, jiġifieri fis-sens li l-binja kkonċernata għandha tkun ġiet suġġetta għal tibdil sostanzjali intiż sabiex jinbidel l-użu tagħha jew sabiex jinbidlu kunsiderevolment l-kundizzjonijiet ta’ okkupazzjoni tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>