2002D0994 — MT — 31.10.2009 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (innotifikata bid-dokument numru C(2002) 5377) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 348, 21.12.2002, p.154) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 26 |
84 |
31.1.2003 |
||
|
L 279 |
44 |
28.8.2004 |
||
|
L 193 |
41 |
23.7.2005 |
||
|
L 160 |
34 |
19.6.2008 |
||
|
L 207 |
30 |
5.8.2008 |
||
|
L 285 |
42 |
31.10.2009 |
||
Ikkoreġut b'
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-20 ta' Diċembru 2002
dwar xi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina
(innotifikata bid-dokument numru C(2002) 5377)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2002/994/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,
Billi:|
(1) |
Skond id-Direttiva 97/78/KE għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti minn pajjiżi terzi fejn xi kawża li tista' tikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa ta' l-annimali jew tal-bnedmin tkun tidher, jew tkun qiegħda, tinxtered. |
|
(2) |
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta' Ottubru, 1995 li tiffissa l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet uffiċjali fil-kamp tan-nutrizzjoni ta' l-annimali ( 2 ), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti minn pajjiżi terzi u li huma maħsuba għan-nutrizzjoni ta' l-annimali, meta kull kawża li tista' tikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa ta' l-annimali jew tal-bnedmin tkun tidher, jew tkun qiegħda tinxtered. |
|
(3) |
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996, dwar miżuri biex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tirrevoka d-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE ( 4 ), il-proċess tal-produzzjoni tal-annimali u tal-prodotti primarji li huma li joriġinaw mill-annimali għandu jiġi mmonitorjat bl-iskop li tiġi skoperta l-preżenza ta' ċerti residwi u sustanzi f'annimali ħajjin, il-ħmieġ tagħhom u s-sustanzi fluwidi ta' ġisimhom u fit-tessuti, prodotti ta' l-annimali, għalf ta' l-annimali u ilma tax-xorb. |
|
(4) |
Wara li ġiet skoperta l-preżenza ta' kloramfenikol f'ċerti prodotti ta' l-akwakultura u dawk ta' l-industrija tas-sajd importati miċ-Ċina, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/699/KE, tad-9 ta' Settembru 2001 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti ta' l-industrija tas-sajd u dawk ta' l-akwakultura maħsuba għall-konsum uman u li joriġinaw miċ-Ċina u l-Vjetnam ( 5 ), modifikata bid-Deċiżjoni 2002/770/KE ( 6 ). Barra dan, u wara li ġew identifikati n-nuqqasijiet waqt żjara uffiċjali fiċ-Ċina rigward ir-regolamentazzjoni tal-mediċina veterinarja u s-sistema ta' kontroll tar-residwi f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/69/KE tat-30 ta' Jannar 2002 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina ( 7 ), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/933/KE ( 8 ). |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2002/69/KE tiddisponi li għandha tkun riveduta fid-dawl ta' tagħrif mogħti mill-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina, ta' kull riżultat li joħroġ miż-żieda tal-monitoraġġ u l-ittestjar imwettaq mill-Istati Membri fuq kunsinni li jaslu fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-Komunità u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-bażi tar-riżultati ta' żjara uffiċjali ta' spezzjoni ġdida mwettqa fuq il-post mill-esperti tal-Komunità. It-tagħrif mogħti mill-awtorità Ċiniża u r-riżultati favorevoli tal-kontrolli mwettqa minn Stati Membri ppermettew l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti ili joriġinaw mill-annimali u għalhekk kienu meħieġa diversi tibdiliet fid-Deċiżjoni 2002/69/KE. |
|
(6) |
Minħabba t-tagħrif mogħti mill-awtoritajiet Ċiniżi, l-importazzjoni tal-kategoriji ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, li għalihom huma approvati l-pjanijiet Ċiniżi ta' monitoraġġ tar-residwi, hija awtorizzata. |
|
(7) |
Għal ċerti kategoriji oħra ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ li, minħabba r-riżultati tal-kontrolli mwettqa minn Stati Membri, jinżammu l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ li ġew stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni 2002/69/KE. Il-frekwenza tat-testijiet li jridu jiġu mwettqa fuq il-kunsinni għandha tiġi ffissata skond il-livell ta' riskju li jiġi osservat. |
|
(8) |
Prodotti ta' l-industrija tas-sajd li jkunu ġew miksuba b'mezzi li mhumiex dawk ta' l-akwakultura mhumiex milquta bir-riskji identifikati hawn fuq u għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-monitoraġġ. Madankollu, fil-każ tas-sallur u l-gambli, mhuwiex possibbli għalissa li ssir distinzjoni bejn l-akwakultura u l-qabdiet bla kontroll, ħlief għal qabdiet tal-gambli li jsiru fl-Oċean Atlantiku; għalhekk, dawk il-prodotti għandhom jibqgħu projbiti ħlief għall-kategorija ta' l-aħħar ta' krustaċji. |
|
(9) |
Il-monitoraġġ previst fid-Deċiżjoni 2001/669/KE inżamm għal perjodu transitorju fir-rigward taċ-Ċina, imma kien sussegwentement imħassar fir-rigward tal-Vjetnam permezz tad-Deċiżjoni 2002/770/KE. |
|
(10) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Deċiżjoni preżenti tiġi aġġornata u konsolidata bid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/69/KE u li għalhekk jitħassru d-Deċiżjonijiet 2001/669/KE u 2002/69/KE. |
|
(11) |
Il-miżuri li hemm maħsuba f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u li huma maħsuba għall-konsum uman jew biex jiġu mitmugħa l-annimali.
L-Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni skond il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali applikabbli għall-prodotti kkonċernati, u skond l-Artikolu 3 fil-każ ta' prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness.
L-Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja kienet soġġetta, qabel intbagħtet, għal test kimiku sabiex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem. Dan it-test kimiku għandu jitwettaq b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiżvela l-preżenza ta’ chloramphenicol u nitrofuran u l-metaboliti tiegħu fil-prodotti kollha elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness. Barra minn dan, il-prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ malachite green u crystal violet u l-metaboliti tagħhom. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet kimiċi għandhom jiġu inklużi f’dik id-dikjarazzjoni.
▼M2 —————
L-Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jibdlu l-miżuri li japplikaw fil-kummerċ ta' pajjiżhom biex iġibuhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b'dan.
L-Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fuq il-bażi tat-tagħrif u l-garanziji mogħtija mill-awtorità kompetenti Ċiniża u, jekk hemm bżonn, tar-riżultati ta' żjarat ta' spezzjonjijiet li jsiru fuq il-post mill-esperti tal-Komunità.
L-Artikolu 7
Id-Deċiżjoni 2001/699/KE u d-Deċiżjoni 2002/69/EKE huma mħassra.
L-Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-24 ta' Diċembru 2002.
L-Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS
PARTI I
Lista ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala għalf lill-annimali li l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità hija awtorizzata mingħajr l-attestazzjoni prevista mill-Artikolu 3:
— Prodotti tas-sajd, ħlief:
—— dawk miksuba permezz ta’ l-akwakultura,
— gambli mqaxxrin u/jew ipproċessati,
— Crayfish ta’ l-ispeċi Procambrus clarkii maqbuda f’ilma ħelu naturali permezz ta' operazzjonijiet tas-sajd.
— Ġelatina.
— Għalf tal-pets kif irregolat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).
PARTI II
Lista ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala għalf lill-annimali li l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità hija awtorizzata, suġġetta li tkun akkumpanjata mill-attestazzjoni prevista mill-Artikolu 3:
— Prodotti tas-sajd mill-akkwakultura.
— Gambli mqaxxrin u/jew ipproċessati.
— Crayfish ta’ l-ispeċi Procambrus clarkii maqbuda f’ilma ħelu naturali permezz ta' operazzjonijiet tas-sajd.
— Imsaren (Casings).
— Laħam tal-fenek.
— Għasel.
— Royal Jelly.
— prodotti tal-laħam tat-tjur.
— bajd u prodotti mill-bajd.
( 1 ) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.
( 2 ) ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 17.
( 3 ) ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 55.
( 4 ) ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.
( 5 ) ĠU L 251, ta’ l-20.1.2001, p. 11.
( 6 ) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 16.
( 7 ) ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 50.
( 8 ) ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 71.
( 9 ) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.