Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar).
Dispożittiv
1) It-talba għal intervent ta’ J. Červenka, M. Hošek, R. Murar, A. Vološin, M. Kasanický u P. Fratič hija miċħuda.
2) L-obbligu fuq ir-rikorrenti, 1. garantovaná a.s., li tikkostitiwxxi favur il-Kummissjoni Ewropea garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta fuqha permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar) huwa sospiż sakemm iseħħ l-ewwel miż-żewġ avvenimenti li ġejjin:
– meta jimmatura s-self fit-tul fil-11 ta’ Lulju 2012;
– id-deċiżjoni tas-sentenza li ttemm il-kawża prinċipali;
u bil-kundizzjoni li:
– min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti ma tistax tittrasferixxi, la direttament u lanqas indirettament, is-sehem tagħha fis-sussudjarja tagħha G1 Investment Ltd mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;
– f’terminu ta’ xahar min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-President tal-Qorti Ġenerali l-ftehim li jipprovdi li s-sussidjarja tagħha G1 Investment, u s-sussidjarja ta’ din tal-aħħar, ma jistgħux jittrasferixxu l-attivi tagħhom lil terz mingħajr awtrorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;
– min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 2.1 miljuni;
– f’terminu ta’ xahar min-notifika ta’ dan id-digriet, u sussegwentement kull tliet xhur sad-deċiżjoni tas-sentenza fil-kawża prinċipali, jew f’kull avveniment li jista’ jkollu influwenza fuq il-kapaċità futura li tħallas il-multa imposta, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp tal-attivi tagħha, u b’mod iktar partikolari tal-investiment fit-tul tagħha.
3) L-ispejjeż huma rriżervati.