|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3489 |
1.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12485 — EUROBANK / EUROLIFE LIFE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3489)
1.
Fit-23 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EUROBANK S.A (“Eurobank”, il-Greċja), |
|
— |
EUROLIFE FFH LIFE INSURANCE S.A. (“Eurolife”; Il-Greċja), ikkontrollata minn Colonnade Finance Sàrl, (il-Lussemburgu) u membru ta’ Fairfax Financial Holding Limited (“Fairfax”, il-Lussemburgu). |
Eurobank se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Eurolife.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Eurobank u s-sussidjarji tiegħu joperaw fis-settur tas-servizzi bankarji għall-konsumatur u korporattivi, is-servizzi bankarji privati, il-ġestjoni tal-assi, is-swieq kapitali, l-investimenti fil-proprjetà immobbli, eċċ. Huwa preżenti fil-Greċja kif ukoll f’Ċipru, fil-Bulgarija u fil-Lussemburgu, |
|
— |
Eurolife topera fis-settur tal-assigurazzjoni billi tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi u prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja (poloz tradizzjonali tal-assigurazzjoni tal-ħajja, poloz marbuta mal-investiment, prodotti tal-pensjoni eċċ.). Hija attiva prinċipalment fil-Greċja kif ukoll fir-Rumanija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12485 — EUROBANK / EUROLIFE LIFE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3489/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)