|
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/52 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10575 – BOUYGUES / EQUANS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 223/06)
1.
Fit-30 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bouygues S.A. (“Bouygues”, Franza), |
|
— |
Equans S.A.S. (“Equans”, Franza). |
Bouygues takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Equans kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bouygues hija kumpanija azzjonista ta’ grupp industrijali diversifikat attiv fis-setturi tal-kostruzzjoni, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport, l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli, il-media u t-telekomunikazzjoni. Bouygues tipprovdi wkoll servizzi ta’ inġinerija elettrika permezz ta’ Colas Rail, sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Colas. Colas Rail tipprovdi servizzi ta’ inġinerija elettrika għall-infrastrutturi ferrovjarji, inklużi l-elettrifikazzjoni ferrovjarja (l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ katenarji u linji ta’ kuntatt fl-għoli) u s-sinjalar ferrovjarju. |
|
— |
Equans hija kumpanija globali attiva fis-settur tas-servizzi multitekniċi. L-attivitajiet ta’ Equans jiffukaw fuq soluzzjonijiet tal-inġinerija marbuta ma’ sistemi elettriċi u mekkaniċi u sistemi tas-sħana, ta’ ventilazzjoni u tal-arja kondizzjonata, soluzzjonijiet ta’ tkessiħ, ġestjoni ta’ faċilitajiet, u fuq id-diġitalizzazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tal-Komunikazzjoni. Equans tipprovdi wkoll servizzi ta’ elettrifikazzjoni ferrovjarja (installazzjoni u manutenzjoni ta’ katenarji u linji ta’ kuntatt fl-għoli) permezz ta’ Powerlines, Ineo SCLE Ferroviaire u Fabricom. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10575 – BOUYGUES / EQUANS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).