28.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10278 – EQT/Cerba)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 201/12)

1.   

Fid-19 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu),

—

Cerba Group (“Cerba”, Franza).

EQT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Cerba kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

EQT: ġestjoni ta’ fond ta’ investiment għall-fond ta’ investiment EQT IX, li jfittex li jagħmel investimenti primarjament fl-Ewropa. Il-kumpaniji ta’ portafoll tal-fondi EQT huma attivi f’varjetà ta’ industriji u setturi, inkluż fis-settur farmaċewtiku, fil-kura tal-anzjani u fis-servizzi veterinarji,

—

Cerba: kumpanija tas-servizzi tal-laboratorji globali u diversifikati li topera fil-patoloġija klinika fi Franza u internazzjonalment. Bħalissa hija attiva f’40 pajjiż f’ħames kontinenti. Cerba hija attiva fi tliet linji ta’ negozju ewlenin: (i) ittestjar ta’ speċjalità; (ii) ittestjar ta’ rutina u; u (iii) prova klinika. Toffri wkoll bijoloġija veterinarja u servizzi ta’ benesseri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10278 – EQT/Cerba

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.