European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5008

12.9.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/5008)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Miel de La Alcarria”

PDO-ES-0079-AM01 — 20.6.2025

1.   Isem il-prodott

“Miel de La Alcarria”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☒

denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

☐

indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

☐

indikazzjoni ġeografika (IĠ)

3.   Settur

☒

Prodotti agrikoli

☐

inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Il-Ministeru Reġjonali għall-Agrikoltura, l-Ilma u l-Iżvilupp Rurali. Kastilja-La Mancha

6.   Kwalifika bħala emenda standard

Spjegazzjoni għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143:

L-emendi deskritti u spjegati hawn taħt ma jinkludux bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew fl-użu ta’ dan l-isem; ma hemm l-ebda riskju li titħassar ir-rabta, u lanqas ma jinvolvu restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Għaldaqstant, dawk l-emendi huma kkwalifikati bħala “emendi standard” skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

1.   Obbligu ta’ reġistrazzjoni.

Ġew definiti r-reġistri li fihom għandhom jiġu rreġistrati d-diversi operaturi identifikati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-emenda tikkonċerna t-Taqsima B, “Deskrizzjoni tal-prodott”, it-Taqsima C. “Żona ġeografika” u t-Taqsima E “Metodu tal-produzzjoni” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

2.   Emenda żgħira tal-parametri tal-għabra tad-dakra

Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima “Deskrizzjoni tal-prodott” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

(1)   Fiżiċi u kimiċi:

Il-parametru ġie emendat: Idrossimetilfurfural — qabel ≤ 15 — issa ≤ 18

(2)   Karatteristiċi tal-għabra tad-dakra:

Il-parametru % tal-grani tad-dakra ġie emendat.

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-klin: qabel ≥ 15 %, issa ≥ 12 %

Għasel minn bosta tipi ta’ fjuri: qabel — ≥ 5 %, issa ≥ 3 %

Il-% fit-tabella “TIP TAL-GĦABRA TAD-DAKRA” huwa emendat

Il-perċentwal tal-grani tad-dakra tal-familja tal-ġummar (Ericaceae), għajr il-common bearberry — qabel ≤ 1 % — issa ≤ 4 %

Il-perċentwal tal-grani tad-dakra taċ-ċistu — qabel ≤ 3 % issa ≤ 4 % Il-perċentwal tal-grani tad-dakra tal-lavanda Franċiża — qabel ≤ 3 %, issa ≤ 4 %

Is-somma tal-perċentwali tal-grani tad-dakra tal-pjanti mhux ornamentali li jikbru fiż-żona tal-produzzjoni, għajr il-pjanti aromatiċi

— qabel ≤ 15 — issa ≤ 17 %

Il-perċentwal tal-grani tad-dakra tal-ġirasol li qabel kien ≤ 15 %, issa ≤ 17 %

Il-perċentwali tal-għabriet tad-dakra jinbidlu minħabba t-tibdil fil-klima attwali, l-għabriet tad-dakra tal-għasel ma għadhomx daqshekk għoljin minħabba l-bidliet f’salt fit-temperatura.

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

3.   Emenda editorjali

Din l-emenda taffettwa t-Taqsima “Żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott.

It-test li ġej tat-Taqsima C) huma ssostitwiti:

Il-frażi “matul il-perjodu tal-produzzjoni” ġiet miżjuda fiż-żona fejn jinsab id-doqqajs fiż-żona ġeografika ta’ La Alcarria.

Din il-frażi ġiet miżjuda biex tippermetti li meta jinfired id-doqqajs waqt il-multiplikazzjoni tan-naħal biex ikopri għat-tnaqqis li jkun seħħ matul is-sena tal-produzzjoni, id-doqqajs ikun jista’ jittieħed barra miż-żona ġeografika għal żoni aktar sħan. Permezz ta’ dan, l-għadd tad-doqqajs jista’ jinżamm għas-sena tal-produzzjoni ta’ wara.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

4.   Emenda editorjali

It-test li ġej tat-Taqsima (D) huwa ssostitwit:

Tiżdied ukoll il-frażi “matul il-perjodu tal-produzzjoni” fit-taqsima dwar l-akkoljenza meta l-għasel jinxtara bl-ingrossa, u tinġibed l-attenzjoni fuq il-fatt li d-doqqajs jinġieb lura għaż-Żona Ġeografika qabel il-perjodu tal-produzzjoni.

Din il-frażi ġiet miżjuda biex tippermetti li meta jinfired id-doqqajs waqt il-multiplikazzjoni tan-naħal biex ikopri għat-tnaqqis li jkun seħħ matul s-sena tal-produzzjoni, id-doqqajs ikun jista’ jittieħed barra miż-żona ġeografika għal żoni aktar sħan. Permezz ta’ dan, l-għadd tad-doqqajs jista’ jinżamm għas-sena tal-produzzjoni ta’ wara.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

“Miel de La Alcarria”

Nru tal-UE: PDO-ES-0079-AM01 — 20.6.2025

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem/Ismijiet

“Miel de La Alcarria”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

• 04 — PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAL-GĦASAFAR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MILL-ANNIMALI, LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BANDA OĦRA

• 04 — PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAL-GĦASAFAR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MILL-ANNIMALI, LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BANDA OĦRA

0409 — Għasel naturali

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

GĦASEL: Sustanza naturali ħelwa magħmula min-naħal Apis mellifera min-nektar tal-pjanti jew minn tnixxijiet tal-partijiet ħajjin tal-pjanti jew tal-eskrezzjonijiet tal-insetti li jerdgħu mill-pjanti li jinsabu fuq il-partijiet ħajjin tal-pjanti, li n-naħal jiġbru, jittrasformaw billi jikkombinaw ma’ sustanzi speċifiċi tagħhom stess, jiddepożitaw, jiddeidraw, jaħżnu u jħallu fix-xehdi tal-għasel sabiex isiru u jimmaturaw”.

L-għasel protett se jiġi kklassifikat fit-tipi li ġejjin:

—

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-klin (Rosmarinus officinalis L.)

—

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-lavanda (Lavandula latifolia Medicus)

—

Għasel minn bosta tipi ta’ fjuri.

Barra minn hekk, malli jiġi ppakkjat, l-għasel għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Fiżiċi u kimiċi:

 

Indewwa: 17,5 %

 

Idrossimetilfurfural: 18 mg/kg

 

Aċidità ħielsa: 35 meq/kg

 

Konduttività elettrika: 0,62mS/cm

 

Kolorimetrija tal-klin: ≤ 35 mm Pfund

 

Kolorimetrija tal-lavanda: ≤ 60 mm Pfund

 

Kolorimetrija ta’ bosta tipi ta’ fjuri: bejn 35 u 90 mm Pfund

2.

Karatteristiċi tal-għabra tad-dakra:

 

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-lavanda: > 10 % tal-għabriet tad-dakra tal-lavanda (lavender latifolia, lavandula vera u l-ibridi naturali tagħhom)

 

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-klin: ≥ 12 % tal-għabriet tad-dakra tal-klin (Rosmarinus officinalis)

 

Għasel minn bosta tipi ta’ fjuri: Is-somma tal-perċentwali tal-grani tad-dakra tal-labjat għandha tkun ta’ ≥ 3 %

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin għall-għabra tad-dakra għandhom jiġu ssodisfati.

Il-perċentwal tal-grani tad-dakra tal-familja tal-ġummar (Ericaceae), għajr il-common bearberry (Arctostaphylos uva-ursi L. Sprengel), għandu jkun ta’ ≤ 4 %.

Il-perċentwal tal-grani tad-dakra taċ-ċistu (Cistus ladanifer L.) għandu jkun ta’ ≤ 4 %.

Il-perċentwal tal-grani tad-dakra tal-lavanda Franċiża (Lavandula stoechas L.) għandu jkun ta’ ≤ 4 %.

Is-somma tal-perċentwali tal-grani tad-dakra tal-pjanti mhux ornamentali li jikbru fiż-żona tal-produzzjoni għajr il-pjanti aromatiċi għandha tkun ta’ ≤ 17 % tal-ġirasol + ta’ 17 %% tal-oħrajn

3.

Karatteristiċi organolettiċi:

L-għasel għandu jkollu l-karatteristiċi organolettiċi li huma speċifiċi tal-fjuri li minnhom jitnissel, speċjalment f’dak li jikkonċerna l-aroma u t-togħma.

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-klin:

—

Apparenza viżiva: ċar ħafna. Massimu ta’ 35 mm Pfund

—

Aroma: intensità baxxa, persistenza medja, fjuri bi ħjiel tal-ganfra u ta’ xama’ ġdida. L-aromi retronażali jiżdiedu, bi ħjiel ta’ frott li jfeġġ jekk ikun fih lewż u ta’ dqiq jekk ikun miżgħud legumi.

—

Togħma: ħelu, normalment mingħajr elementi distintivi oħra. Ġieli bi ħjiel aċiduż u sensazzjoni ta’ pejst xaħmi jekk tkun miżgħuda għabra tad-dakra tal-Ilsien il-fart.

Għasel minn tip wieħed ta’ fjura tal-lavanda

—

Apparenza viżiva: minn abjad għal ambra, ġieli kemxejn skur jekk ikun fih qtar tal-għasel tas-siġar.

—

Aroma: florali bi ħjiel ċar tal-lavanda, tassew intens u persistenti ħafna; bi ħjiel fenoliku.

—

Togħma: ħelu, bi ħjiel aċiduż. Jekk ikun skur minħabba l-preżenza tal-qtar tal-għasel tas-siġar, jista’ jkollu ħjiel kemxejn mielaħ. L-aromi jiżdiedu b’mod sinifikanti fir-retronażali.

Għasel minn bosta tipi ta’ fjuri

—

Apparenza viżiva: ambra ċar għal ambra skur.

—

Aroma: florali b’komponent fenoliku ftit jew wisq qawwi u persistenti, li jiżdied fir-retronażali.

—

Togħma: ħelu, bi ħjiel aċiduż

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-għasel isir min-naħal minn flora lokali.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita

L-għasel irid jiġi prodott min-naħal fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Min jippakkja jrid ikollu sistemi li jiggarantixxu li l-għasel li jkollu d-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Miel de La Alcarria” jiġi ppakkjat separatament minn għasel ieħor li jista’ jiġi ppakkjat.

Is-sistema tal-għeluq tar-reċipjent għandha tiggarantixxi li l-kontenut jibqa’ iżolat.

L-għasel ippakkjat irid ikun f’konsistenza fluwida, ħoxna jew kristallizzata.

Il-materjal tal-imballaġġ għandu jkun ħġieġ trasparenti u bla kulur.

Ir-reċipjenti ma jistgħux jerġgħu jintużaw

Skont is-swieq tad-destinazzjoni u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-imballaġġ jista’ jkun:

—

Għas-suq tal-għasel tal-mejda, il-materjal tal-imballaġġ għandu jkun magħmul minn ħġieġ trasparenti u bla kulur b’kontenut nett massimu ta’ 1 kg.

—

Meta mibjugħ f’porzjonijiet żgħar għal-lukandi, l-imballaġġ jista’ jkun magħmul minn ħġieġ trasparenti u bla kulur jew pakkett blister jew qratas b’kontenut nett massimu ta’ 50 g.

—

Meta mibjugħ fi kwantitajiet kbar għall-catering, l-imballaġġ jista’ jkun ta’ kwalunkwe plastik għall-użu alimentari jew metall b’kisi għall-użu alimentari b’kontenut nett massimu ta’ bejn 10 u 25 kg.

L-imballaġġ għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni, għaliex il-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-“Umdità” u tal-“Idrossimetilfurfural” tal-għasel jintlaqtu, fiż-żewġ każijiet, bil-ġarr bl-ingrossa, bil-moviment jew biż-żmien sakemm jiġi ppakkjat. Għaldaqstant, biex il-karatteristiċi speċifiċi tal-għasel ma jintilfux, l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

L-għasel maħsub li jitqiegħed fis-suq bid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Miel de La Alcarria”, u li mal-ippakkjar huwa konformi mar-rekwiżiti relevanti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għandu jiġi identifikat minn tikketta sekondarja nnumerata, maħruġa mill-Korp Regolatorju tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Miel de La Alcarria”. Barra minn hekk, l-għasel għandu jiġi kkontrollat mill-korp ta’ spezzjoni; u għandu jkollu siġill ta’ garanzija, kif ukoll tikketta kummerċjali li mill-inqas turi l-informazzjoni li ġejja:

—

Il-frażi li ġejja f’pożizzjoni prominenti: Denominazzjoni ta’ Oriġini Miel de La Alcarria jew Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Miel de La Alcarria.

—

It-tip tal-għasel skont l-oriġini botanika: Klin, Lavanda jew Bosta tipi ta’ fjuri.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinsab fiċ-ċentru ta’ Spanja kontinentali, u tkopri diversi muniċipalitajiet tad-distrett ta’ Agraria de La Alcarria, li jinfirex bejn il-provinċji ta’ Cuenca u Guadalajara.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kwalità tal-għasel ta’ La Alcarria ilha magħrufa mis-seklu 17. Fl-1893, il-gazzetta perjodika “El Colmenero Español” [In-naħħal Spanjol] ġiet ippubblikat, iddedikat esklussivament għall-kultivazzjoni tan-naħal u li fih diversi aspetti speċifiċi għat-trobbija tan-naħal, bħal “Sitwazzjoni tat-trobbija tan-naħal fi Spanja”, “Id-Doqqajs mobbli”, “In-naħla u l-iskop tagħha”, “Il-kalendarju tan-naħħal”, “L-ewwel Soċjetà Spanjola għat-Trobbija tan-naħal u l-Istatuti tagħha”, “Il-prezz tal-għasel”, eċċ.

Fl-1985, tnedew l-ewwel studji fiċ-Ċentru Reġjonali tat-trobbija tan-naħal ta’ Kastilja-La Mancha biex jiġu identifikati l-karatteristiċi tal-Miel de La Alcarria u biex tiġi ddeterminata l-oriġini ġeografika tiegħu.

Mill-1987, ġiet ippubblikata ir-rivista taċ-Ċentru Reġjonali tat-trobbija tan-naħal “Kotba tat-trobbija tan-naħal”, li tistabbilixxi d-diversi aspetti relatati mal-kwalità tal-għasel u mal-iżvilupp tat-trobbija tan-naħal fiż-żona.

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Id-distrett ta’ La Alcarria huwa pjanura għolja f’altitudni ta’ bejn 900 u 1 000 metru, mifruda minn nixxigħat żgħar li ħalqu wileġ u widien mgħottija bi pjanti aromatiċi u bix-xagħri. Il-wileġ jinsabu f’altitudni ta’ bejn 700 u 800 metru ’l fuq mill-baħar. L-iktar wilġa importanti hija dik tax-xmara Tajuña, li taqsam id-distrett fi tnejn.

Il-ħamrija ta’ La Alcarria hi ta’ tip bażiku, taħlita ta’ tafal u ġir, u bil-ġibs. Il-flora selvaġġa hija miżgħuda fil-labjati, bħall-klin (Rosmarinus officinalis, L.), it-timu (Thymus ssp), il-lavanda (Lavandula latifolia Medicus), is-sagħtrija (Satureja ssp), l-issopu (Hissopus officinalis, L.), il-merqtux (Thymus mastichina L. subsp. mastichina), u pjanti oħra bħall-common bearberry (Arctostaphylos uva-ursi, L. Sprengel) u l-ġinestrun (Genista scorpius, L.), eċċ. Ir-raba’ li jinħadem ta’ dan id-distrett hija maħsuba għat-tkabbir bin-newba taċ-ċereali u tal-wardet ix-xemx. Hemm ukoll proporzjon ta’ għelejjel tal-injam, u dawk ewlenin huma tas-siġar tal-lewż, tal-pistaċċi, taż-żebbuġ u d-dielji tal-għeneb. Hemm ukoll għelejjel tal-pjanti aromatiċi u tal-ħwawar, prinċipalment tal-lavandina (Lavandula hybrida Rev) u tal-lavanda (Lavandula officinalis) u tal-pjanti tal-frott, fejn dik ewlenija hija dik tal-lewż (Prunus dulcis). Fi proporzjon akbar insibu wkoll speċijiet varji tal-foresti, fosthom il-ballut, l-arżnu, il-ġnibru u s-savina, li huma importanti għall-apikultura.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-għasel f’din iż-żona għandu karatteristiċi speċifiċi, kif stabbilit fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-prodott, li jorbtuh mal-ambjent naturali tiegħu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).

L-għasel f’din iż-żona għandu karatteristiċi speċifiċi, kif stabbilit fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-prodott, li jorbtuh mal-ambjent naturali tiegħu. Dawn il-karatteristiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiggarantixxu l-oriġini tiegħu, peress li huma biss il-konsumaturi lokali jew dawk regolari li huma kapaċi jidentifikaw l-għasel u li jafu min fejn ġej. Għalhekk din l-oriġini trid tiġi ċertifikata.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://rec.castillalamancha.es/rec/public/documentacion/listadoDocs.faces#no-back-button


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5008/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)