31989R3171



Official Journal L 310 , 26/10/1989 P. 0001 - 0001
Official Journal L 310 , 26/10/1989 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0119


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3171/89

tas-16 ta' Ottubru, 1989

dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu li jemenda, bħala konsegwenza ta' l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata, il-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 ta' dan,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu [1] kien ġie ffirmat fit-18 ta' Jannar, 1977;

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 25 tal-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, li tifforma parti integrali mill-Ftehim imsemmi hawn fuq, il-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu adotta d-Deċiżjoni Nru 1/89 li temenda l-imsemmi Protokoll;

Billi huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun applikata fil-Komunità,

ADOTTA DAN IR- REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu għandha tapplika fil- Komunità. It-test tad-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fis-16 ta' Ottubru, 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Delebarre

[1] ĠU L 266, tas-27.9.1978, p. 2.

--------------------------------------------------