|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 352/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Diċembru 2008
li testendi d-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7703)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2008/981/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (1), u b'mod partikolari Artikolu 14a(3) tiegħu, kif ukoll għad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet [iż-żamma ta’ imposti] għall-użu ta' infrastruttura (2) tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, b'mod partikolari Artikolu 33(3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Skont l-Art 14a tad-Direttiva 91/440/KEE u l-Art 33 tad-Direttiva 2001/14/KE l-Irlanda u r-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, igawdu minn, minħabba l-pożizzjoni speċifika ġeografika tagħhom, derogi mill-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dawn id-Direttivi bħar-rekwiżiti sabiex jafdaw lil entità indipendenti l-funzjonijiet li jiġi ddeterminat b'mod ġust u mhux diskriminatorju l-aċċess għall-infrastruttura, l-istabbiliment ta' entità indipendenti regulatorja, dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet ta' kapaċità, ftehimiet ta' qafas u miżuri f'każ ta' saturazzjoni tan-netwerk ferrovjarju kif ukoll dispożizzjonijiet oħra. Dawn id-derogi skadew fl-14 ta' Marzu 2008. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Marzu 2007 l-Irlanda talbet estensjoni tad-derogi b'ħames snin u r-Renju Unit għamel l-istess talba fl-14 ta' Marzu 2007. |
|
(3) |
Skont evidenza pprovduta mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pożizzjoni ġeografika speċifika tal-Irlanda u tal-Irlanda ta' Fuq u, f'dan l-istadju, in-nuqqas ta' prospetti ta' żvilupp għas-servizzi tal-ġarr ta' merkanzija bil-ferroviji u servizzi internazzjonali bil-ferroviji għall-passiġġieri, jiġġustifikaw l-estensjoni tad-derogi b'5 snin oħra. Fis-snin li ġejjin, l-ispiża potenzjali għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttivi koperti mid-derogi se tkun ħafna akbar mill-benefiċċji potenzjali ta' implimentazzjoni sħiħa tal-qafas regolatorju għal suq mifrux mal-Komunità għas-servizzi ta' trasport bil-ferroviji. |
|
(4) |
Bosta talbiet mill-Kummissjoni għal aktar sostanzjar tat-talbiet u d-dewmien fit-twettiq tagħhom wasslu għal dewmien fl-istabbiliment ta' din id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni li testendi d-derogi mogħtija lill-Irlanda u lir-Rennju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, għandu jibda jkollha effett retroattiv mill-15 ta' Marzu 2008. |
|
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Ferroviji Ewropej, stabbilit mill-Artikolu 11a tad-Direttiva 91/440/KEE u l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/14/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, imsemmija fl-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 91/440/KEE giet estiża sal-14 ta' Marzu 2013.
Artikolu 2
Id-deroga mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, imsemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2001/14/KE giet estiża sal-14 ta' Marzu 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta' Marzu 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda u lir-Renju Unit.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President