31988D0597



Official Journal L 327 , 30/11/1988 P. 0051 - 0051
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0184
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0184


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Novembru 1988

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll dwar il-koperazzjoni finanzjarja bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael

(88/597/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakommandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Protokoll dwar il-koperazzjoni finanzjarja bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael għandha tkun approvata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar il-koperazzjoni finanzjarja bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll hu anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Protokoll [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Novembru 1988.

F'isem il-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU C 290, ta' l-14.11.1988

[2] Ara p. 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------