|
15.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/580
tal-14 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein koperti bl-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni fuq li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Marzu 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali Stabilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji, u Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
“30. |
ISEM: Ayad Futayyih Khalifa Al-Rawi DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1942, f’Rawah NAZZJONALITÀ: L-Iraq BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI: Kap Kmandant responsabbli mill-Forza Quds bejn l-2001 u l-2003; ex-Gvernatur ta’ Baghdad u ta’ Ta’mim” |
|
“43. |
ISEM: Humam Abd-al-Khaliq Abd-al-Ghafur MAGĦRUF BĦALA: Humam ’Abd al-Khaliq ’Abd al-Rahman; Humam ’Abd-al-Khaliq Rashid DATA U POST TAT-TWELID: 1945, Ar-Ramadi NAZZJONALITÀ: L-Iraq BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI: Ministru tal-Edukazzjoni Għolja u tar-Riċerka bejn l-1992 u l-1997 u bejn l-2001 u l-2003; Ministru tal-Kultura bejn l-1997 u l-2001; Direttur u Viċi Direttur tal-Organizzazzjoni tal-Iraq dwar l-Enerġija Atomika fis-snin tmenin; PASSAPORT: 0018061/104, maħruġ fit-12 ta’ Settembru 1993 ” |