|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2352 |
20.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2352
tad-19 ta’ Ottubru 2026
li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/440/PESK (1) li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
(2) |
Fil-11 ta' Frar 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/345 (2) li taħtar lis-Sa Kajsa OLLONGREN bħala r-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2026 sad-29 ta' Frar 2028. |
|
(3) |
Wara l-ħatra tas-Sa Kajsa OLLONGREN għal pożizzjoni oħra, jenħtieġ li jinħatar RSUE ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-perjodu mid-19 ta’ Ottubru 2026 sad-29 ta' Frar 2028. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-ammont ta' referenza finanzjarja stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/345 ikopri n-nefqa relatata mal-kontinwità amministrattiva bejn il-mandati tar-RSUE u mal-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE l-ġdid, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
1. Il-mandat tas-Sa Kajsa OLLONGREN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ir-RSUE) ġie tterminat mill-1 ta' Settembru 2026.
2. Is-Sa Ilze BRANDS KEHRIS hija b'dan maħtura r-RSUE mid-19 ta’ Ottubru 2026 sad-29 ta' Frar 2028. Hija għandha teżerċita l-mandat tagħha f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2026/345.
3. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE (il-“mandat”) jiġi tterminat qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”).
Artikolu 2
Finanzjament
1. In-nefqa relatata mal-kontinwità amministrattiva bejn il-mandati tas-Sa Kajsa OLLONGREN u dak tas-Sa Ilze BRANDS KEHRIS matul il-perjodu mill-1 ta' Settembru 2026 sat-18 ta’ Ottubru 2026 għandha tkun koperta mill-ammont ta' referenza finanzjarja stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/345.
2. In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-mandat matul il-perjodu mid-19 ta’ Ottubru 2026 sad-29 ta' Frar 2028 għandha tkun koperta mill-ammont ta' referenza finanzjarja stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/345.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CALLEARY
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta' Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/440/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/345 tal-11 ta' Frar 2026 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, (ĠU L, 2026/345, 13.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/345/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2352/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)