|
24.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 112/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 364/2008
tat-23 ta' April 2008
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri.
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) u (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin. |
|
(2) |
Hemm bżonn li jiġi speċifikat il-format tekniku u l-proċedura għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin elenkati fl-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 sabiex tiġi prodotta data komparabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri, biex jitnaqqas ir-riskju ta' l-iżbalji fit-trażmissjoni tad-data u biex tiżdied il-veloċità li biha d-data miġbura tkun tista' tiġi pproċessata u ssir disponibbli għall-utenti. Għodod implimentattivi għandhom għalhekk jiġu stipulati, supplimentati mill-istruzzjonijiet li jinsabu fil-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin, kif riveduta regolarment. |
|
(3) |
Huwa possibbli wkoll li tagħti derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 biex l-Istati Membri jitħallew jagħmlu l-addattamenti neċessarji għas-sistemi statistiċi nazzjonali. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari ma' l-iżvilupp ta' reġistri statistiċi ġodda u l-metodi tal-ġbir tad-data. Il-problema partikolari għall-FATS esterni hija li l-unità statistika ta' l-analiżi tvarja mill-unità ta' rappurtar u mhix residenti fl-Istati Membri. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għall-modulu komuni għall-istatistika interna dwar l-affiljati barranin għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-format imsemmi fl-Artikolu 1 għad-data li tikkonċerna l-ewwel sena ta' referenza msemmija fit-Taqsima 4, paragrafu 1, ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, u s-snin ta' wara.
Artikolu 3
Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għall-modulu komuni għall-istatistika esterna dwar l-affiljati barranin għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-format imsemmi fl-Artikolu 3 għad-data li tikkonċerna l-ewwel sena ta' referenza msemmija fit-Taqsima 4, paragrafu 1, ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, u s-snin ta' wara.
Artikolu 5
Id-data li trid tintbagħat skond ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandha tkun trażmessa f'forma elettronika mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Kummissjoni (Eurostat). Il-format ta' trażmissjoni għandu jkun konformi ma' l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt ta' aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat).
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istandards ta' skambju u linji gwida fornuti mill-Kummissjoni (Eurostat) skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kull kunsinna ta' data t-tagħrif ta' metadata neċessarju għall-Kummissjoni (Eurostat), f'forma elettronika u fl-istruttura definita fil-verżjoni l-iktar reċenti tal-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin.
Artikolu 7
Id-derogi msemmija fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TA' STATISTIKA INTERNA DWAR AFFILJATI BARRANIN
1. Introduzzjoni
L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).
Id-data tintbagħat bħala sett ta’ rekords li l-parti l-kbira tagħhom jiddeskrivu l-karatteristiċi tad-data (il-pajjiż, is-sena ta' referenza, l-attività ekonomika, it-tqassim ġeografiku, eċċ.). Id-data nnifisha hija numru li jista' jkun marbut ma' sinjali u noti tal-qiegħ bi spjegazzjoni użati għaż-żieda ta' spjegazzjonijiet għal data li tagħti lill-utenti tagħrif addizzjonali rigward pereżempju bidliet estremi minn sena għal sena. Għandu jkun ipprovdut fajl għal kull sensiela ta' data.
Data kunfidenzjali trid tintbagħat bil-valur veru mniżżel fis-sezzjoni tal-valur u sinjal li jindika n-natura tad-data kunfidenzjali li tkun qiegħda tiġi miżjuda mar-rekord. L-Istati Membri jridu jipprovdu l-livelli kollha ta' aggregazzjoni tat-tqassim kif definit fir-Regolament (KE) Nru 716/2007. Barra minn hekk, id-data jrid ikollha s-sinjali ta' kunfidenzjalità sekondarji kollha skond ir-regoli ta' kunfidenzjalità li jeżistu fil-livell nazzjonali.
L-Istati Membri jridu jipprovdu settijiet sħaħ għas-sensieli ta' data kollha li jridu jiġu pprovduti fosthom ir-rekords għad-data kollha meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 716/2007 li mhumiex disponibbli, jiġifieri li ma jinġabrux fl-Istat Membru, Data dwar attivitajiet/fenomeni li ma jeżistux fl-Istat Membru għandha titniżżel fir-rekord bħala żero (kodiċi“0” fis-sezzjoni tal-valur). Il-kodiċi “0” fis-sezzjoni tal-valur jista' jintuża wkoll għal attivitajiet li jeżistu imma li d-data dwarha hija żgħira tant li meta tagħmilha f'ċifra tonda tiġi żero. Data monetarja trid tiġi espressa f'eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali (eluf ta' ewro għall-pajjiżi fiż-żona ta' l-ewro). Pajjiżi li deħlin fiż-żona ta' l-ewro għandhom jirrappurtaw f'ewro minflok fil-munita nazzjonali d-data monetarja meħtieġa fis-sena ta' l-adeżjoni tagħhom.
2. Identifikatur tas-sett tad-data
L-identifikatur tas-sett ta' data li ġej se jintuża għar-rappurtar ta' l-istatistika dwar affiljati barranin interni:
|
|
Għas-sensiela 1G: SBSFATS_1GA1_A. |
|
|
Għas-sensiela 1G2: SBSFATS_1GB1_A |
3. L-istruttura tad-data u d-definizzjoni tas-sezzjonijiet
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, u tiddefinixxi s-sezzjonijiet, il-kodiċi u l-attributi li jridu jintużaw. Il-kodiċi li jridu jintużaw jinsabu fil-verżjoni l-iktar reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Is-sezzjonijiet kollha jridu jintbagħtu, anke jekk ikunu vojta. Fl-ordni mix-xellug għal-lemin is-sezzjonijiet huma:
|
Nru tas-Sezzjoni |
Identità tas-sezzjoni (Isem) |
Tip u daqs |
Definizzjoni |
||||||||||||||||||
|
1 |
Identità tas-sett ta' data |
AN2…3 |
Kodiċi alfanumeriċi tas-sensieli kif definiti fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, eż 1G għas-sensiela 1G (livell ta' tqassim ġeografiku 2-IN kombinati ma' livell ta' tqassim ta' l-attività 3), 1G2 għas-sensiela 1G2 (livell ta' tqassim ġeografiku 3 kombinat ma' l-Ekonomija tan-Negozju). |
||||||||||||||||||
|
2 |
Is-sena ta' referenza |
N4 |
Is-sena ta' referenza f'erba' karattri, eż. 2007. |
||||||||||||||||||
|
3 |
Unità territorjali |
AN2 |
Tikkorrispondi mal-kodiċi tal-pajjiż dikjarant. Il-kodiċi li jrid jintuża huwa NUTS0. |
||||||||||||||||||
|
4 |
Klassi tad-daqs |
N2 |
Kodiċi għall-klassi tad-daqs, eż. 30 għat-total. |
||||||||||||||||||
|
5 |
Attività |
AN1…4 |
Kodiċi numeriċi jew alfanumeriċi għall-intestaturi NACE u l-aggregati standard skond it-tqassim ta' l-attività kif speċifikat għal-livell ta' tqassim ta' l-attività 3 fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Eżempju ta' kodiċi ta' attività standard huwa BUS għal Ekonomija tan-Negozju. Aggregati mhux standard għandhom ikunu indikati fis-sezzjoni 14. It-tikek fil-kodiċi NACE għandhom jitneħħew. Eż. it-tħaffir tal-minjieri u tal-barrieri għandu l-kodiċi Ċ, il-manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u tax-xorb għandha l-kodiċi 15, il-lukandi l-551. |
||||||||||||||||||
|
6 |
Identifikazzjoni FATS |
N2 |
30 għall-pajjiż ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari |
||||||||||||||||||
|
7 |
Il-pajjiż ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari |
AN2 |
Il-kodiċi tal-pajjiż li jikkorrispondi għall-pajjiż ta' residenza ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari. Il-kodiċi kif speċifikati għal-livelli ta' tqassim ġeografiku 2-IN u 3 fir-Regolament (KE) Nru 716/2007. |
||||||||||||||||||
|
8 |
Karatteristiċi |
AN4…5 |
Il-kodiċi tal-karatteristiċi kif stipulat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. |
||||||||||||||||||
|
9 |
Valur tad-data |
AN1…12 |
Valur numeriku tad-data (valuri negattivi huma preċeduti minn sinjal ta' tnaqqis) espressi bħala numri sħaħ mingħajr punti deċimali. Għandha tintuża “md” jekk id-data ma tintbagħatx minħabba li mhix disponibbli. |
||||||||||||||||||
|
10 |
Sinjal ta' kwalità |
AN…1 |
R: data riveduta, P: data provviżorja, W: data ta' kwalità baxxa li tintuża għall-kalkolu tat-totali Komunitarji imma li ma jistgħux jixxerrdu fil-livell nazzjonali, E: valur stmat. Deskrizzjoni tar-reviżjoni trid tiġi pprovduta fl-istess ħin. |
||||||||||||||||||
|
11 |
Sinjal ta' kunfidenzjalità |
AN…1 |
A, B, Ċ, D, F, H: jindika li d-data hija kunfidenzjali u r-raġuni għal dik il-kunfidenzjalità
|
||||||||||||||||||
|
12 |
Dominanza/sehem l-ikbar unità |
N…3 |
Valur numeriku inqas minn jew ugwali għal 100 li jindika l-perċentwali ta' dominanza ta' intrapriża jew tnejn li jiddominaw id-data u jagħmluha kunfidenzjali. Il-valur jiġi kkalkolat sa l-eqreb numru sħiħ: eż. 90.3 jiġi 90. 94.5 jiġi 95. Dan il-qasam huwa użat biss meta jiġu użati s-sinjali tal-kunfidenzjalità B jew Ċ fis-sezzjoni preċedenti. Meta tintuża F fis-sezzjoni preċedenti, din is-sezzjoni għandha tinkludi sehem l-ikbar intrapriża. |
||||||||||||||||||
|
13 |
Sehem it-tieni l-ikbar unità |
N…3 |
Valur numeriku inqas minn jew ugwali għal 100. Din is-sezzjoni għandha tintuża meta fis-sezzjoni 11 jintuża s-sinjal tal-kunfidenzjalità F; din is-sezzjoni għandha tinkludi sehem it-tieni l-ikbar intrapriża. |
||||||||||||||||||
|
14 |
Aggregazzjoni tal-kodiċi NACE |
AN…40 |
Din is-sezzjoni għandha tintuża għal aggregazzjoni mhux standard ta' bosta kodiċi NACE. |
||||||||||||||||||
|
15 |
Unitajiet ta' valuri ta' data |
AN3…4 |
Din is-sezzjoni tista' tintuża biex jiġi indikat jekk intużawx unitajiet mhux standard: Għandhom jintużaw il-kodiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
|
16 |
Nota tal-qiegħ |
AN…250 |
Nota libera dwar id-data li tista' tiġi ppubblikata bħala noti metodoloġiċi/spjegazzjonijiet addizzjonali għal ftehim aħjar tad-data pprovduta. |
||||||||||||||||||
|
NB: AN=Alfanumeriku (eż. AN…8 – alfanumeriku sa 8 pożizzjonijiet imma s-sezzjoni tista' tkun vojta, AN1…8 – alfanumeriku b'ta' l-inqas pożizzjoni u sa 8 pożizzjonijiet, AN1 - alfanumeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta); N=Numeriku (eż. N1 -numeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta). |
|||||||||||||||||||||
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TA' STATISTIKA ESTERNA DWAR AFFILJATI BARRANIN
1. Introduzzjoni
L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).
2. Identifikatur tas-sett tad-data
Is-sett ta' data li ġejja se jintuża għar-rappurtar ta' l-istatistika dwar affiljati barranin esterni:
DSI+BOP_FATS_A
3. Struttura tad-data, listi ta’ kodiċi u attributi
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, il-listi ta’ kodiċi u l-attributi li għandhom jintużaw. Il-valuri disponibbli ta' l-attributi jinsabu fil-verżjonijiet l-iktar reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 u tal-Ktejjeb tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet ta' l-Eurostat. Is-sezzjonijiet kollha jridu jintbagħtu, anke jekk ikunu vojta.
Fl-ordni mix-xellug għall-lemin is-sezzjonijiet huma:
|
Nru tas-Sezzjoni |
Identità tas-sezzjoni (Isem) |
Isem il-lista tal-kodiċi jew il-kunċett |
Tip u daqs |
Definizzjoni |
|
1 |
Frekwenza |
CL_FREQ |
AN1 |
Il-frekwenza tas-sensiela. |
|
2 |
Żona ta’ referenza jew relatur |
CL_AREA_EE |
AN2 |
il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/politiku ta’ pajjiżi relatat mal-fenomenu ekonomiku osservat. |
|
3 |
Indikatur ta’ aġġustament |
CL_ADJUSTMENT |
AN1 |
Jindika jekk ġiex applikat aġġustament staġjunali u/jew ta’ jum ta' xogħol jew le |
|
4 |
Tip ta’ data |
CL_DATA_TYPE_FATS |
AN1 |
Jiddeskrivi t-tip ta' data. |
|
5 |
Partita ikkodifikata FATS |
CL_FATS_ITEM |
AN3…8 |
Partita kkodifikata għall-karatteristiki FATS. |
|
6 |
Tqassim tal-munita |
CL_CURR_BRKDWN |
AN1 |
Tqassim tal-munita għat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet. |
|
7 |
Żona ta’ kontroparti |
CL_AREA_EE |
AN2 |
Il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/ekonomiku ta’ pajjiżi li ż-żona ta’ referenza jew ir-relatur għandu l-affiljat tiegħu fihom. |
|
8 |
Denominazzjoni tas-sensiela |
CL_SERIES_DENOM |
AN1 |
Il-munita tad-denominazzjoni jew drittijiet speċjali ta' ġbid. |
|
9 |
Attività ekonomika residenti |
CL_BOP_EC_ACTIV_R1 |
N4 |
Kodiċi NACE u aggregati ta' attività ekonomika residenti speċjali |
|
10 |
Attività ekonomika mhux residenti |
CL_BOP_EC_ACTIV_R1 |
N4 |
Kodiċi NACE u aggregati ta' attività ekonomika mhux residenti speċjali |
|
11 |
Perjodu ta' żmien |
TIME_PERIOD |
AN4…35 |
Is-sena ta' referenza. |
|
12 |
Kodiċi ta' format tal-ħin |
TIME_FORMAT |
AN3 |
Jiddeskrivi bħala perjodu tal-ħin uniku jew serje ta' ħin. |
|
13 |
Valur ta' osservazzjoni |
OBS_VALUE |
AN…15 |
Valur numeriku tad-data (valuri negattivi huma preċeduti minn sinjal ta' tnaqqis). |
|
14 |
Stat ta' osservazzjoni |
CL_OBS_STATUS |
AN1 |
Informazzjoni dwar il-kwalità tal-valur jew valur nieqes jew mhux komuni |
|
15 |
Kunfidenzjalità ta' l-osservazzjoni |
CL_OBS_CONF |
AN1 |
Informazzjoni dwar jekk l-osservazzjoni tistax issir pubblika barra l-istituzzjoni li qed tirċievi jew le. Spazju vojt jindika data mhux kunfidenzjali. |
|
16 |
L-organizzazzjoni li qed tibgħat |
CL_ORGANISATION |
AN3 |
L-entità li qed tibgħat id-data |
|
17 |
Destinatarju |
CL_ORGANISATION |
AN3 |
L-entità li qed tirċievi d-data |
|
NB: AN=Alfanumeriku (eż. AN…8 – alfanumeriku sa 8 pożizzjonijiet imma s-sezzjoni tista' tkun vojta, AN1…8 – alfanumeriku b'ta' l-inqas pożizzjoni u sa 8 pożizzjonijiet, AN1 - alfanumeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta); N=Numeriku (eż. N1 -numeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta). |
||||
ANNESS III
DEROGI
It-tabella li ġejja tindika għal kull Stat Membru l-perjodi ta' tranżizzjoni u d-derogi mogħtija fl-Annessi I (modulu ta' l-istatistika interna dwar l-affiljati barranin) u II (modulu ta' l-istatistika esterna dwar l-affiljati barranin) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Jekk ikun hemm bżonn ta' deroga, issir distinzjoni bejn deroga sħiħa, meta ma tkun tista' tiġi pprovduta l-ebda informazzjoni u deroga parzjali, meta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu sodisfatti. F'każ ta' deroga parzjali, it-tabelli jindikaw jekk id-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu sodisfatti humiex relatati mat-trażmissjoni tar-riżultati (20 xahar) jew il-kopertura ta' l-attività.
|
Stat Membru |
Modulu statistika interna dwar affiljati barranin |
Modulu statistika esterna dwar affiljati barranin |
|
Il-Ġermanja |
Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-sena ta' referenza 2007 Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 diviżjoni 67 u kodiċi korrispondenti fin-NACE Rev. 2 għas-snin ta' referenza 2007-2010 |
|
|
Spanja |
|
Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008 |
|
Franza |
|
Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008 |
|
Il-Lussemburgu |
Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008 |
Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008 |
|
Malta |
Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-snin ta' referenza 2007-2008 |
Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-snin ta' referenza 2007-2008 |
|
Il-Polonja |
|
Deroga sħiħa għas-sena ta' referenza 2007 |
|
Is-Slovenja |
Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 diviżjonijiet 65 u 67 u kodiċi korrispondenti fin-NACE Rev. 2 għas-snin ta' referenza 2007-2010 |
|
|
Ir-Renju Unit |
Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 sezzjoni J għas-sena ta' referenza 2007 |
Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008 |