10.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/2


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Frar 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank

(BĊE/2021/5)

(2021/C 47/02)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Eesti Pank, KPMG Baltics OÜ, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021.

(3)

Eesti Pank għażel lil Ernst & Young Baltic AS bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2025,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Ernst & Young Baltic AS għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Eesti Pank għas-snin finanzjarji 2021 sa 2025.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Frar 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE