19.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/70

tat-12 ta’ Jannar 2022

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti [“Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Ispeċjalità Tradizzjonali Garantita “Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” rreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/486 (2). Din l-emenda tinkludi bidla fl-isem “ Schaf-Heumilch ” / “ Sheep’s Haymilk ” / “ Latte fieno di pecora ” / “ Lait de foin de brebis” / “ Leche de heno de oveja ” f’ “ Schaf-Heumilch ” / “ Sheep’s Haymilk ” / “ Latte fieno di pecora ” / “ Lait de foin de brebis” / “ Leche de heno de oveja ” / “Ovčje seneno mleko”.

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir l-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għaldaqstant jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Schaf-Heumilch” / “Sheep’s Haymilk” / “Latte fieno di pecora” / “Lait de foin de brebis” / “Leche de heno de oveja” (STG) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/486 tad-19 ta’ Marzu 2019 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti “Schaf-Heumilch” / “Sheep’s Haymilk” / “Latte fieno di pecora” / “Lait de foin de brebis” / “Leche de heno de oveja” (STG) (ĠU L 84, 26.3.2019, p. 1).

(3)   ĠU C 392 28.9.2021, p. 13.