31980R1992



Official Journal L 195 , 29/07/1980 P. 0010 - 0011
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0071
Greek special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0071
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0234
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0234


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1992/80

tat- 22 ta’ Lulju 1980

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 357/79 dwar l-istħarriġ statistiku ta’ żoni bid-dwieli

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 357/79 [3] jipprovdi li l-Istati Membri konċernati għandhom iwettqu kull 10 snin stħarriġ bażiċi dwar iż-żona tad-dwieli u stħarrig intermedji darba kull sena; billi bħala riżultat tad-diffikultajiet li ma setgħux ikunu previsti mhux sejjer ikun possibbli li jintemm l-ewwel stħariġ bażiku dwar iż-żoni tad-dwieli fl-Italja fi żmien il-perijodu preskritt; billi huwa għalhekk rakkommandabbli li jingħata permess lil dan l-Istat Membru li jipposponi b’sena d-dati li fihom dan l-istħarriġ għandu jintemm u r-riżultati jinbagħtu lill-Kummissjoni;

Billi l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 357/79 jipprovdi li matul l-istħariġ intermedju ta’ żoni tad-dwieli kkoltivati b’varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid l-Istati Membri konċernati huma meħtieġa li jiġbru tagħrif ġenerali dwar iż-żoni li jkun miżrugħa jew miżrugħa mill-ġdid; billi l-Kunsill kien sussegwentement adotta dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-dritt ta’ żergħa mill-ġdid, li jagħmluha meħtieġa li jkun irrekordjat separatament it-tibdil bħala zergħa jew żergħa mill-ġdid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 għandu jkun emendat kif ġej:

1. Dan is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 1(1):

"B’dana kollu, l-ewwel stħartriġ bażiku fl-Italja jista’ jkun imwettaq sal-31 ta’ Ottubru 1981 u għandu jkun jirrigwardja s-sitwazzjoni wara t-tindif mill-egħruq u żergħa fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1980/81. L-ewwel stħariġ intermedju f’dan l-Istat Membru għandu jsir fl-1983 u għandu jkun jirrigwardja t-tibdil matul is-sentejn tat-tkabbir għall-inbid 1981/82 u 1982/83."

2. L-Artikolu 1(2)(a) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"2. Is-sena tat-tkabbir għall-inbid għandha tkun dik iffissata fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 1., kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1990/80 [2] ĠU L 195, tad-29.7.1980, p. 6.."

3. Fl-Artikolu 5(2) it-tieni inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— ikunu miżrugħa mill-ġdid skond it-tifsira ta’ l-Anness IVa (d) li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 337/79 u, separatament, dawk li jkunu miżrugħa ġodda skond it-tifsira ta’ l-Anness IVa (e) li jinsab ma’ dak ir-Regolament,".

4. Dan li ġej huwa miżjud fit-tmiem ta’ l-Artikolu 5(4):

"B’dana kollu, l-Italja tista’ tibgħat id-deskrizzjoni dettaljata nhar il-, jew qabel it-30 ta’ Ġunju 1982."

5. L-Artikolu 6(1) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri konċernati għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid il-ħsad medju ta’ kull ettaru f’termini ta’ ettolitri kull ettaru ta’ għeneb magħsur jew inbid jew f’termini ta’ deċitunellati għal kull ettaru ta’ għeneb prodott, b’effett mis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1979/80, miż-żoni tad-dwieli ta’ varjetatjiet ta’ għeneb għall-inbid, imqasma fi klassijiet ta’ ġabra li għalihom jirreferi l-paragrafu 2."

6. L-Artikolu 6(5) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"5. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni, għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid u mwasma fi gruppi ġeografiċi, estimi tas-saħħa alkoħolika naturali medja u skond il-volum espressa bħala persentaġġ vol jew f’Oechsle ta’ l-għeneb frisk, l-għeneb magħsur jew l-inbejjed, prodotti mis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1979/80 ‘l quddiem, u fil-każ ta’ l-Italja mis-sena ta’ tkabbir għall-inbid 1981/82 ‘il quddiem, fiż-żoni tad-dwieli tal-varjetajiet ta’ l-għeneb għall-inbid normalment intiżi għall-produzzjoni ta’:

- inbejjed ta’ kwalita psr,

- inbejjed oħrajn:

- inklużi mbejjed maħsuba bil-fors għall-manifattura ta’ ċerti spirit li jinxtorbu magħmula mill-inbid b’deskrizzjoni reġistrata ta’ l-oriġini;"

7. L-Artikolu 6(6) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"6. L-informazzjoni annwali riferita fil-paragrafi 1 u 5 għandha tkun ikkomunikat qabel l-1 ta’ April li jiġi wara kull sena tat-tkabbir għall-inbid. L-informazzjoni rigward il-klassijiet ta’ ġbir riferuti fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(1). L-estimi ta’ xejriet tal-futur fi ġbir medju kull ettaru li għalih jirreferi l-paragrafu 3 għandhom jintbagħru:

- għall-ewwel darba, qabel l-1 ta’ Ottubru 1981, u għall-Italja qabel l-1 ta’ Ottubru 1983,

- wara, kull ħames snin qabel l-1 ta’ April, apparti milli għat-tieni estimi ta’ l-Italja, li għandhom jintbagħtu wara tlett snin."

8. L-Artikolu 7(3) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-istħarriġ intermedju u l-informazzjoni annwali riferita fl-Artikolu 6 bħala parti mir-rapporti annwali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/79."

9. L-Artikolu 9 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 9

L-ispiża meħtieġa għall-istħarriġ bażiku dwar is-sitwazzjoni wara s-sena tat-tkabbir għall-inbid 1978/79, u fil-każ ta’ l-Italja wara s-sena tat-tkabbir għall-inbid 1980/81, għandha tkun koperta b’somma globali li għandha tkun iddeterminata fil-budget tal-Komunitajiet Ewropej."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta’ April 1980.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Lulju 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Ney

[1] ĠU C 108, tat-2.5.1980, p. 5.

[2] L-Opinjoni mwassla fil-11 ta’ Lulju 1980 (għadha mhix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 124.

--------------------------------------------------