Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Dominio de la Vega vs UASI – Ambrosio Velasco (DOMINIO DE LA VEGA)

(Kawża T-458/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26-29, 45-55)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Dominio de la Vega, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva DOMINIO DE LA VEGA għal prodotti fil-klassijiet 33, 42 u 43 – Applikazzjoni Nru 2789576

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Ambrosio Velasco, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja figurattiva PALACIO DE LA VEGA għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 78147

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha li kontrihom kienet magħmula, fil-klassi 33, u applikazzjoni miċħuda għal dawn il-prodotti

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominio de la Vega, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.