|
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/2 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 269 tal-10 ta' Ottubru 2013 )
Fil-paġna 44, l-Artikolu 106:
minflok:
“(…) biex tiddeterminail-każijiet msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 102(1) …”,
aqra:
“(…) biex tiddetermina l-każijiet msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1) …”;
fil-paġna 48, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 116(7):
minflok:
“(…) kwalunkwe imgħax imħallas taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 għandu jkun rimborżat.”,
aqra:
“(…) kwalunkwe imgħax imħallas taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jkun rimborżat.”;
fil-paġna 48, l-Artikolu 117(1):
minflok:
“(…) lid-debitur kuntrarjament għall-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 102(1).”,
aqra:
“(…) lid-debitur kuntrarjament għall-punti (c) jew (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1).”;
fil-paġna 52, il-punt (a) tal-Artikolu 131:
minflok:
|
“(a) |
il-każijiet fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont il-punt (c) tal-Artikolu 127(2);”, |
aqra:
|
“(a) |
il-każijiet fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont il-punt (b) tal-Artikolu 127(2);”; |
fil-paġna 55, l-Artikolu 145(3):
minflok:
“Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tkun ppreżentata minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 139(1) jew (2) …”,
aqra:
“Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tkun ippreżentata minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 139(1) jew (3) …”;
fil-paġna 59, l-Artikolu 158(2):
minflok:
“F'każijiet speċifiċi, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2), dikjarazzjoni doganali tista' tkun ppreżentata ….”,
aqra:
“F'każijiet speċifiċi, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6(3), dikjarazzjoni doganali tista' tkun ppreżentata ….”;
fil-paġna 72, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 217:
minflok:
“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għeluq ta' proċedura speċjali, imsemmijin fl-Artikolu 216.”,
aqra:
“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għeluq ta' proċedura speċjali msemmija fl-Artikolu 215.”;
fil-paġna 79, l-Artikolu 253:
minflok:
“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 243, li jiddeterminaw: …”,
aqra:
“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw: …”;
fil-paġna 80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 257(1):
minflok:
“L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-proċedura ta' pproċessar attiv għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 216.”,
aqra:
“L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-proċedura ta' pproċessar attiv għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 215.”;
fil-paġna 83, il-punt (b) tal-Artikolu 265:
minflok:
|
“(b) |
il-każijiet speċifiċi fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, skont il-punt (c) tal-Artikolu 263(2).”, |
aqra:
|
“(b) |
il-każijiet speċifiċi fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, skont il-punt (b) tal-Artikolu 263(2).”; |
fil-paġna 86, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 281:
minflok:
“Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”,
aqra:
“Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;
fil-paġna 87, l-Artikolu 284(2), (3) u (5):
Ir-referenza għall-Artikolu 213 hija sostitwita b'referenza għall-Artikolu 216.