6.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 455/4


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 455/04)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2016) 7607

Id-29 ta’ Novembru 2016

Trikloroetilen

Nru tal-KE 201-167-4

Nru CAS 79-01-6

RAG Aktiengesellschaft, Shamrockring 1, 44623 Herne, Il-Ġermanja

REACH/16/5/0

L-użu ta’ aġenti ta’ vvulkanizzar li jgħaqqdu u li fihom it-trikloroetilen għal konnessjonijiet bla tmiem u għat-tiswija ta’ conveyor belts miksija, bil-lastiku tal-kloropren użati fil-minjieri tal-faħam iebes ta’ taħt l-art

fil-21 ta’ April 2020.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħhom.

RAG Anthrazit Ibbenbüren GmbH, Osnabrücker Straße 112, 49477 Ibbenbüren, il-Ġermanja

REACH/16/5/1


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt