Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 4 - Il-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 234
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0147 - 0148
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0127 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0273 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0063 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 234 Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha l-kompetenza li tagħti sentenzi preliminari dwar: a) l-interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat; b) il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità u tal-BĊE; ċ) l-interpretazzjoni ta’ l-istatuti ta’ korpi kostitwiti b'xi att tal-Kunsill, meta dawk l-istatuti jkunu hekk jipprovdu. Meta l-kwistjoni titqajjem quddiem xi qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, dik il-Qorti jew tribunal jistgħu, jekk ikun jidhrilhom li deċiżjoni fuq dik il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni dwarha. Meta l-kwistjoni titqajjem f’każ pendenti quddiem xi qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal, għandhom jirriferu l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja. --------------------------------------------------