<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-568/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0568</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:807">EU:C:2020:807</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20201008">8.10.2020</DATE> – Kawża C‑568/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Subdelegación del Gobierno en Toledo (Konsegwenti tas-sentenza Zaizoune)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Standards u proċeduri komuni fil-qasam ta’ ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1)</KEYWORD><KEYWORD>Residenza irregolari</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni, skont iċ-ċirkustanzi, jew ta’ multa, jew ta’ tneħħija</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi tas-sentenza tat‑<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, Zaizoune (C‑38/14, EU:C:2015:260)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali iktar favorevoli għall-persuna kkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Effett dirett tad-direttivi</KEYWORD><KEYWORD>Limiti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑568/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla‑La Mancha (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Castilla‑La Mancha, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20190725">25 ta’ Lulju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">MO</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Subdelegación del Gobierno en Toledo,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader, li qed taġixxi bħala President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u I. Galindo Martín, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn MO u s-Subdelegación del Gobierno en Toledo (is-sottodelegazzjoni tal-Gvern fil-provinċja ta’ Toledo, Spanja) dwar ir-residenza irregolari tiegħu fit-territorju Spanjol.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ ritorn, jiġifieri t-trasport fiżiku barra mill-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dispożizzjonijiet aktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistipula, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandha tippreġudika ebda dispożizzjoni li tista’ tkun aktar favorevoli għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz stabbilita fl-acquis Komunitarju fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni u l-asil.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li għalihom tapplika dment li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru u għandhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandhom jintalbu jmorru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru minnufih. Fil-każ ta’ non-konformità miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat ma’ din il-ħtieġa, jew fejn it-tluq immedjat taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà nazzjonali, għandu japplika l-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għad-deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed joqgħod illegalment fit-territorju tagħhom jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jittieħed lura minn Stat Membru ieħor skond ftehim jew arranġamenti bilaterali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. F’dan il-każ l-Istat Membru li jkun ħa lura ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandu japplika l-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, f’kull ħin, jiddeċiedu li jagħtu permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ soġġorn għal raġunijiet ta’ kompassjoni, dawk umanitarji jew għal raġunijiet oħrajn lil ċittadin minn pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom. F’dan il-każ m’għandha tinħareġ ebda deċiżjoni ta’ ritorn. Fejn deċiżjoni ta’ ritorn tkun diġà nħarġet, din għandha tiġi rtirata jew sospiża tul iż-żmien tal-validità tal-permess ta’ residenza jew ta’ awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jkun is-suġġett ta’ proċedura pendenti għat-tiġdid tal-permess ta’ residenza tiegħu jew tagħha jew ta’ xi permess ieħor li joffri d-dritt ta’ soġġorn, dak l-Istat Membru għandu jikkunsidra li joqgħod lura milli joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn sakemm tintemm il-proċedura pendenti, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Tluq volontarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ ritorn għandha tipprevedi perijodu adegwat għat-tluq volontarju ta’ bejn sebat ijiem u tletin jum, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 4.. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun hemm riskju ta’ ħarba, jew jekk applikazzjoni għal soġġorn legali tkun ġiet miċħuda għax kienet bla bażi jew ibbażata fuq frodi jew jekk il-persuna konċernata tippreżenta riskju għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu ma jagħtux perijodu ta’ żmien għat-tluq volontarju […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jinfurzaw id-deċiżjoni ta’ ritorn jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għal tluq volontarju skond l-Artikolu 7(4) jew jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie rispettat f’dan il-perijodu għat-tluq volontarju mogħti skond l-Artikolu 7.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 53(1)(a) tal-Ley Orgánica 4/2000, sobre derechos y libertades de los extranjeros en España y su integración social (il-Liġi Organika 4/2000 dwar id-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Barranin fi Spanja u l-Integrazzjoni Soċjali Tagħhom) tal‑<DATE ISO="20000111">11 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 10 tat‑<DATE ISO="20000112">12 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 1139) kif emendata bil-Ley Orgánica 2/2009 (il-Liġi Organika 2/2009) tal‑<DATE ISO="20091211">11 ta’ Diċembru 2009</DATE> (BOE Nru 299 tat‑<DATE ISO="20091212">12 ta’ Diċembru 2009</DATE>, p. 104986) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Liġi dwar il-Barranin<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jiddefinixxi bħala li huwa ksur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[i]l-fatt li persuna tkun tinsab f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju Spanjol<?PAGE NO="4"?> għar-raġuni li ma tkunx kisbet l-estensjoni tar-residenza jew il-permess ta’ residenza, jew dawn ikunu skadew b’iktar minn tliet xhur, mingħajr il-persuna kkonċernata ma tkun talbet it-tiġdid tagħhom fit-terminu previst mil-leġiżlazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 55(1)(b) tal-Liġi dwar il-Barranin, is-sanzjoni imposta fil-każ ta’ ksur serju hija multa ta’ bejn EUR 501 u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 57 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="057.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta dawk li jwettqu l-ksur huma barranin u l-aġir inkwistjoni jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>, skont l-Artikolu 53(1)(a), (b), (c), (d) u (f) ta’ din il-Liġi Organika, il-multa tista’ tiġi ssostitwita bit-tneħħija mit-territorju Spanjol, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, wara l-proċedura amministrattiva korrispondenti u permezz ta’ deċiżjoni motivata li tevalwa l-fatti li jikkostitwixxu l-ksur.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sanzjonijiet ta’ tneħħija u ta’ multa ma jistgħu fl-ebda każ jiġu imposti flimkien.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tal-imsemmija liġi, dwar il-proċedura prijoritarja, jipprevedi, fil-paragrafu 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>L-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ tneħħija fil-każijiet previsti f’dan l-artikolu għandha ssir immedjatament<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 63bis(2) tal-istess liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Id-deċiżjoni ta’ adozzjoni tal-miżura ta’ tneħħija mogħtija wara l-proċedura ordinarja għandha tinkludi terminu ta’ tluq volontarju li matulu l-persuna kkonċernata għandha titlaq mit-territorju nazzjonali. It-tul ta’ dan it-terminu jvarja bejn seba’ u tletin jum u jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq. It-terminu ta’ tluq volontarju ffissat bl-ordni ta’ tneħħija jista’ jiġi estiż għal perijodu ta’ tul raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, bħat-tul tar-residenza, l-eżistenza ta’ tfal dipendenti li jmorru l-iskola jew rabtiet ta’ familja u soċjali oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20170114">14 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-Comisaría de Talavera de la Reina (il-Kummissarjat tal-Pulizija ta’ Talavera de la Reina, Spanja) iddeċieda li jniedi proċedura prijoritarja ta’ tneħħija fil-konfront ta’ MO, ċittadin Kolombjan, minħabba ksur allegat tal-Artikolu 53(1)(a) tal-Liġi dwar il-Barranin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, MO ddikjara li daħal Spanja matul is-sena 2009, fl-età ta’ 17‑il sena, bis-saħħa ta’ viża flimkien ma’ permess ta’ residenza maħruġ fid-dawl ta’ riunifikazzjoni tal-familja ma’ ommu. Huwa ppreżenta passaport validu tal‑<DATE ISO="20181224">24 ta’ Diċembru 2018</DATE>, permess ta’ residenza validu sas-sena 2013 kif ukoll ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mal-komun ta’ Talavera de la Reina, liema reġistrazzjoni saret matul is-sena 2015. MO afferma li ta’ spiss ħadem matul ir-residenza tiegħu fi Spanja u ppreżenta diversi kuntratti ta’ xogħol kif ukoll rendikont tal-karriera u ċertifikat mill-bank. Huwa ddikjara li ma għandux rekord kriminali u li għandu domiċilju fiss f’Talavera de la Reina. MO pproduċa wkoll xi dokumenti oħrajn, b’mod partikolari kard tal-librerija muniċipali, kard ta’ assigurazzjoni għall-mard kif ukoll xi ċertifikati li juru korsijiet segwiti u taħriġ komplut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, is-Subdelegado del Gobierno en Toledo (is-sottodelegazzjoni tal-Gvern fil-provinċja ta’ Toledo, Spanja) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>rappreżentant tal-Gvern<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) ħa deċiżjoni ta’ tneħħija fil-konfront ta’ MO, abbażi tal-Artikolu 53(1)(a) tal-Liġi dwar il-Barranin, flimkien ma’ projbizzjoni ta’ dħul<?PAGE NO="5"?> mill-ġdid fit-territorju Spanjol għal perijodu ta’ ħames snin. F’dan ir-rigward, ir-rappreżentant tal-Gvern ibbaża ruħu fuq ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) li tawtorizza t-tneħħija fil-każ li flimkien mar-residenza irregolari jkun hemm element negattiv fl-aġir tal-persuna kkonċernata. Fil-kawża prinċipali, dawn l-elementi kienu relatati mal-fatt li dan tal-aħħar ma kienx iġġustifika d-dħul tiegħu fi Spanja billi għadda minn punt ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ma kienx indika t-tul tar-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru, u kien nieqes minn kwalunkwe karta ta’ identità. Barra minn hekk, l-imsemmi rappreżentant ikkonstata li t-tneħħija ma kinitx twassal, f’dak li jirrigwarda lil MO, għal tneħħija mill-familja, peress li huwa ma weriex l-eżistenza ta’ rabtiet ma’ axxendenti jew dixxendenti diretti li jirrisjedu legalment fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>MO ppreżenta rikors kontra d-deċiżjoni ta’ tneħħija meħuda mir-rappreżentant tal-Gvern quddiem il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Toledo (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Toledo, Spanja), liema rikors ġie miċħud minn dik il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>MO appella minn din id-deċiżjoni tal-imsemmija qorti quddiem it-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Castilla-La Mancha, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Dik il-qorti tippreċiża li l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mogħtija mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), imsemmija fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, ittieħdet mil-leġiżlatur Spanjol fil-kuntest tal-emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni bil-Liġi Organika 2/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li r-rappreżentant tal-Gvern ikkonstata b’mod żbaljat il-preżenza ta’ element negattiv fl-aġir ta’ MO. Fil-fatt, dan tal-aħħar ippreżenta, matul il-proċedura, passaport validu, viża ta’ dħul fit-territorju Spanjol kif ukoll permessi ta’ residenza sas-sena 2013. Barra minn hekk, MO għandu bażi fi Spanja kemm fuq il-livell soċjali kif ukoll tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aġir ta’ MO, dik il-qorti tirrileva li l-proċess sottomess għall-eżami tagħha ma jinkludi ebda element negattiv li jiżdied mas-sempliċi residenza irregolari tal-persuna kkonċernata fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’din is-sitwazzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni ta’ MO. Fil-fatt, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ dak l-Istat, l-impożizzjoni, skont iċ-ċirkustanzi, jew ta’ multa jew ta’ tneħħija, u ż-żewġ miżuri jeskludu b’mod reċiproku lil xulxin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’din il-kawża, is-sitwazzjoni ta’ MO hija rregolata bl-istess leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li kienet applikabbli fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, skont interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) qabel l-għoti tal-imsemmija sentenza, it-tneħħija mit-territorju nazzjonali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment fi Spanja tista’ tkun ordnata biss meta jkun hemm fatturi addizzjonali aggravanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara li ngħatat is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet, b’mod partikolari f’sentenza tat‑<DATE ISO="20190530">30 ta’ Mejju 2019</DATE>, li l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji Spanjoli għandhom is-setgħa jirrifjutaw li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Barranin li jipprevedu l-prijorità tal-impożizzjoni ta’ multa u li jeżiġu li miżura ta’ tneħħija għandha tkun espressament motivata bil-preżenza ta’ fatturi aggravanti. B’dan il-mod, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) applikat direttament id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115, b’detriment għall-persuna kkonċernata, u b’dan il-mod aggravat ir-responsabbiltà kriminali tagħha. Fil-fatt, wara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qrati Spanjoli kellhom jagħmlu tali applikazzjoni diretta ta’ din id-direttiva, anki jekk din l-applikazzjoni kellha ssir b’detriment għall-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha xi dubji dwar il-possibbiltà li tibbaża ruħha direttament, fil-kawża prinċipali, fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115, sabiex tordna t-tneħħija ta’ MO, anki fl-assenza ta’ fatturi aggravanti li jiżdiedu mar-residenza irregolari tal-persuna kkonċernata fit-territorju Spanjol. F’dan ir-rigward, hija tfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li teskludi l-possibbiltà li jiġu applikati direttament id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva fil-konfront ta’ individwu, b’mod partikolari s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860226">26 ta’ Frar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Marshall</NAME.CASE> (<NO.CASE>152/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:84">EU:C:1986:84</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870611">11 ta’ Ġunju 1987</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>14/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:275">EU:C:1987:275</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, dik il-qorti tagħmel riferiment għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M.A.S. u M.B.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:936">EU:C:2017:936</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tistabbilixxi limiti għall-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-direttivi, fid-dawl tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Castilla-La Mancha) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Interpretazzjoni tas-sentenza [tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] fis-sens li l-amministrazzjoni u l-qrati Spanjoli jistgħu jwettqu applikazzjoni diretta tad-Direttiva [2008/115] bi preġudizzju għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, filwaqt li jinjoraw u ma japplikawx dispożizzjonijet interni iktar vantaġġużi fil-qasam ta’ sanzjonijiet, b’mod li tiġi aggravata r-responsabbiltà sanzjonatorja tal-imsemmi ċittadin u possibbiltà li jiġi injorat il-prinċipju ta’ legalità fil-qasam kriminali, hija kompatibbli mad-duttrina tagħha fir-rigward tal-limiti tal-effett dirett tad-direttivi; u jekk is-soluzzjoni għan-natura inadegwata tal-leġiżlazzjoni Spanjola għad-Direttiva ma għandhiex issir b’dan il-mod, għandha ssir permezz ta’ riforma fil-liġi, jew permezz tar-rimedji previsti fid-dritt [tal-Unjoni] għall-impożizzjoni fuq l-Istati [Membri] tat-traspożizzjoni korretta tad-direttivi?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2008/115 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, l-impożizzjoni jew ta’ multa jew ta’ tneħħija, liema miżura tal-aħħar tista’ tiġi adottata biss meta jkun hemm ċirkustanzi aggravanti dwar dan iċ-ċittadin, li jiżdiedu mar-residenza irregolari tiegħu, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tibbaża ruħha direttament fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sabiex tadotta deċiżjoni ta’ ritorn u teżegwixxi din id-deċiżjoni, anki fl-assenza ta’ tali ċirkustanzi aggravanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, bħalma jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, applikabbli mill-adozzjoni tal-Liġi Organika 2/2009, li emendat il-Liġi Organika 4/2000, ikkonfermat is-soluzzjoni adottata mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), imsemmija fil-punt 23 tas-sentenza odjerna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali kienet ikkonċernata fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Bħalma jsegwi mill-punt 31 u 32 ta’ dik is-sentenza, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115 jipprevedi qabelxejn, b’mod prinċipali, obbligu għall-Istati Membri li jieħdu deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment fit-territorju tagħhom. Fil-fatt, ladarba tiġi kkonstatata l-irregolarità tar-residenza, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, skont dan l-artikolu u mingħajr ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 5 tal-istess artikolu, jadottaw deċiżjoni ta’ ritorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni Spanjola kkonċernata, li tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju Spanjol, l-impożizzjoni, skont iċ-ċirkustanzi, jew ta’ multa, jew ta’ tneħħija, u ż-żewġ miżuri jeskludu b’mod reċiproku lil xulxin, tista’ twaqqaf<?PAGE NO="7"?> l-applikazzjoni tal-istandards u tal-proċeduri komuni stabbiliti mid-Direttiva 2008/115 u, jekk ikun il-każ, iddewwem ir-ritorn, u għalhekk tippreġudika l-effett utli ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2008/115, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha u l-Artikolu 8(1) tagħha, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) u (3) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi tali leġiżlazzjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Bħalma jsegwi mid-deċiżjoni ta’ rinviju, wara l-għoti ta’ dik is-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ddeċidiet li l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji Spanjoli għandhom is-setgħa li jirrifjutaw li japplikaw din il-leġiżlazzjoni nazzjonali mhux konformi mad-Direttiva 2008/115 u li jibbażaw ruħhom direttament fuqha sabiex jimponu miżura ta’ tneħħija fil-każ ta’ residenza irregolari fit-territorju Spanjol, anki fl-assenza ta’ fatturi aggravanti oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, billi japplikaw id-dritt intern, u fil-limiti stabbiliti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, il-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu li jinterpretawh sa fejn possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva inkwistjoni sabiex jintlaħaq ir-riżultat intiż minnha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Sánchez Ruiz <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑103/18 u C‑429/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:219">EU:C:2020:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju li huwa l-kompitu tagħha li tiddetermina jekk hijiex f’pożizzjoni li tagħmel interpretazzjoni konformi tad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali donnha teskludi din il-possibbiltà. Hija tqis li, f’din is-sitwazzjoni, tqum il-kwistjoni dwar jekk tistax issir applikazzjoni diretta ta’ din id-direttiva b’detriment għall-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, direttiva ma tistax, minnha nnifisha, toħloq obbligi għal individwu, peress li dispożizzjoni ta’ direttiva ma tistax tiġi invokata bħala tali minn Stat Membru fil-konfront ta’ tali persuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860226">26 ta’ Frar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Marshall</NAME.CASE>, <NO.CASE>152/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:84">EU:C:1986:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Portgás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:829">EU:C:2013:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal MO fil-kawża prinċipali tipprevedi li t-tneħħija, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fit-territorju Spanjol tista’ tiġi ordnata biss meta jkun hemm ċirkustanzi aggravanti dwar dan iċ-ċittadin, li jiżdiedu mar-residenza irregolari tiegħu, u li din il-leġiżlazzjoni ma tistax tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni konformi mad-Direttiva 2008/115, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, dan l-Istat Membru ma jistax jibbaża ruħu fuq din id-direttiva sabiex jadotta, fil-konfront ta’ MO, deċiżjoni ta’ ritorn, fis-sens tal-imsemmija direttiva, u jeżegwixxi din id-deċiżjoni, anki fl-assenza tal-imsemmija ċirkustanzi aggravanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, l-impożizzjoni jew ta’ multa, jew ta’ tneħħija, liema miżura tal-aħħar tista’ tiġi adottata biss meta jkun hemm ċirkustanzi aggravanti dwar dan iċ-ċittadin, li jiżdiedu mar-residenza irregolari tiegħu, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tistax tibbaża ruħha direttament fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sabiex tadotta deċiżjoni ta’ ritorn u teżegwixxi din id-deċiżjoni, anki fl-assenza ta’ tali ċirkustanzi aggravanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, l-impożizzjoni jew ta’ multa, jew ta’ tneħħija, liema miżura tal-aħħar tista’ tiġi adottata biss meta jkun hemm ċirkustanzi aggravanti dwar dan iċ-ċittadin, li jiżdiedu mar-residenza irregolari tiegħu, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tistax tibbaża ruħha direttament fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sabiex tadotta deċiżjoni ta’ ritorn u teżegwixxi din id-deċiżjoni, anki fl-assenza ta’ tali ċirkustanzi aggravanti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>