European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2036

30.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2036

tad-29 ta’ Lulju 2024

li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tat-2’-Fukosillattożju prodott b’razza derivattiva tal-Escherichia coli W (ATCC 9637) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Il-lista tal-Unjoni stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi t-2’-Fukosillattożju (“2′-FL”) kemm sintetizzat kimikament kif ukoll prodott b’mod mikrobijoloġiku bħala ikel ġdid awtorizzat. Il-kundizzjonijiet tal-użu, il-livelli massimi u r-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament huma komuni kemm għal 2′-FL prodott b’mod sintetiku kif ukoll għal dak prodott b’mod mikrobijoloġiku. Fl-istess ħin, fit-Tabella 2 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament, hemm stabbiliti speċifikazzjonijiet separati għal 2′-FL (“2’-Fukosillattożju (sintetiku)”) sintetizzat kimikament u għal 2′-FL (“2’-Fukosillattożju (sors mikrobjali)”) prodott b’mod mikrobijoloġiku.

(4)

Fit-23 ta’ Marzu 2021, il-kumpanija Kyowa Hakko Bio Co., Ltd (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tintroduċi bħala ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni t-2′-FL miksub mill-fermentazzjoni bil-mikrobi bl-użu ta’ razza modifikata ġenetikament (SGR5) derivata mir-razza ospitanti Escherichia coli (“E. coli”) W (ATCC 9637). L-applikant talab li t-2′-FL prodott b’dan il-mod jintuża fl-istess kategoriji tal-ikel u fl-istess livelli massimi bħat-2’-FL awtorizzat bħalissa. F’dik l-applikazzjoni, l-applikant oriġinarjament ippropona wkoll bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tat-2′-FL biex jiġu estiżi l-użi tiegħu fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), maħsuba għat-trabi. Sussegwentement, fit-30 ta’ Novembru 2023, l-applikant irtira t-talba għall-użu fis-supplimenti tal-ikel għat-trabi mill-applikazzjoni.

(5)

Fit-23 ta’ Marzu 2021, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-istudji xjentifiċi proprjetarji u data li ġew ippreżentati b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, studju tal-kromatografija likwida-spettrometrija tal-massa (“LC-MS/MS”), studju tar-riżonanza manjetika nukleari (“NMR”) u studju tal-kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja b’detezzjoni amperometrika bl-impulsi (“HPLC-PAD”) għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL (4); deskrizzjoni tar-razza ta’ produzzjoni ġenetikament modifikata tal-E. coli W (ATCC 9637) (5) inkluża s-sekwenza tal-ġenoma tagħha (6), u studji dwar is-suxxettibbiltà antimikrobika (7); deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni (8) inklużi l-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar użati (9); metodi ta’ analiżi (10), u data tal-analiżi tal-kompożizzjoni tal-ikel ġdid (11); studji ta’ stabbiltà tal-ikel il-ġdid (12); sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-Analiżi tal-Perikli u tal-Punti Kritiċi tal-Kontroll (“HACCP”) (13); studji tas-solubbiltà tal-ikel il-ġdid (14); test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL (15); test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL (16); test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL (17); u studju tat-tossiċità orali fuq 90 jum fil-firien bit-2′-FL (18); studju ta’ analiżi bijoinformatika dwar il-ġenoma tal-E. coli W (ATCC 9637) biex jiġu identifikati sekwenzi eterologi li jistgħu jikkodifikaw allerġeni possibbli (19).

(6)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fis-7 ta’ Diċembru 2021, biex twettaq valutazzjoni tat-2′-FL prodott bil-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli W ATCC 9637.

(7)

Fis-26 ta’ Settembru 2023, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of 2′-fucosyllactose (2′-FL) produced by a derivative strain (Escherichia coli SGR5) of E. coli W (ATCC 9637) as a novel food pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (20) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li 2′-FL prodott permezz tal-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ E. coli W (ATCC 9637) huwa sikur meta jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li t-2′-FL prodott permezz tal-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ E. coli W (ATCC 9637), meta jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu attwalment awtorizzati, jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tiegħu fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq studji xjentifiċi u data mit-testijiet NMR, LC-MS/MS, u HPLC-PAD għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL; id-deskrizzjoni tar-razza ta’ produzzjoni ġenetikament modifikata tal-E. coli W (ATCC 9637) inkluża s-sekwenza tal-ġenoma tagħha, u l-istudji dwar is-suxxettibbiltà antimikrobika; id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni inklużi l-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar użati; id-data tal-analiżi tal-kompożizzjoni u l-istudji tal-istabbiltà tal-ikel ġdid; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; u l-istudju tat-tossiċità orali fuq 90 jum fil-firien bit-2′-FL; u, l-istudju ta’ analiżi tal-bijoinformatika dwar il-ġenoma tal-E. coli W (ATCC 9637) biex jiġu identifikati sekwenzi eterologi li jistgħu jikkodifikaw l-allerġeni possibbli, li jinsabu fil-fajl tal-applikant, li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha.

(10)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u fuq dik id-data, u biex jiċċara l-pretensjoni tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

L-applikant iddikjara li, skont il-liġi nazzjonali fiż-żmien li ppreżenta l-applikazzjoni, kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għal studji xjentifiċi u data mit-testijiet NMR, LC-MS/MS, HPLC-PAD għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL; id-deskrizzjoni tar-razza ta’ produzzjoni ġenetikament modifikata tal-E. coli W (ATCC 9637) inkluża s-sekwenza tal-ġenoma tagħha, u l-istudji dwar is-suxxettibbiltà antimikrobika; id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni inklużi l-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar użati; id-data tal-analiżi tal-kompożizzjoni u l-istudji tal-istabbiltà tal-ikel ġdid; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; u l-istudju tat-tossiċità orali fuq 90 jum fil-firien bit-2′-FL; u, l-istudju ta’ analiżi tal-bijoinformatika dwar il-ġenoma tal-E. coli W (ATCC 9637) biex jiġu identifikati sekwenzi eterologi li jistgħu jikkodifikaw l-allerġeni possibbli, u li partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dik id-data u dawk l-istudji.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha provduta mill-applikant u qieset li l-applikant wera b’mod sostanzjali t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, l-istudji xjentifiċi u d-data mit-testijiet NMR, LC-MS/MS, u HPLC-PAD għad-determinazzjoni tal-identità ta’ 2′-FL; id-deskrizzjoni tar-razza ta’ produzzjoni ġenetikament modifikata tal-E. coli W (ATCC 9637) inkluża s-sekwenza tal-ġenoma tagħha, u l-istudji dwar is-suxxettibbiltà antimikrobika; id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni inklużi l-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar użati; id-data tal-analiżi tal-kompożizzjoni u l-istudji tal-istabbiltà tal-ikel ġdid; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; u l-istudju tat-tossiċità orali fuq 90 jum fil-firien bit-2′-FL; u, l-istudju ta’ analiżi bijoinformatika dwar il-ġenoma tal-E. coli W (ATCC 9637) biex jiġu identifikati sekwenzi eterologi li jistgħu jikkodifikaw l-allerġeni possibbli, jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat jintroduċi fis-suq tal-Unjoni t-2′-FL prodott b’razza derivattiva ta’ E. coli W (ATCC 9637) matul perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-2′-FL prodott b’razza derivattiva ta’ E. coli W (ATCC 9637) u tar-referenza għad-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tiegħu, ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jintroduċu fis-suq l-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tkun abbażi ta’ informazzjoni li tkun inkisbet legalment biex tappoġġa tali awtorizzazzjoni.

(14)

Jixraq li l-inklużjoni tat-2′-FL prodott bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli W (ATCC 9637) bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(15)

It-2′-FL prodott bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli W (ATCC 9637) jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   It-2′-Fukosillattożju miksub mill-fermentazzjoni bil-mikrobi bl-użu ta’ razza derivattiva tal-Escherichia coli (“E. coli”) W (ATCC 9637) huwa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

It-2′-Fukosillattożju miksub mill-fermentazzjoni bil-mikrobi bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli W (ATCC 9637) għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kumpanija Kyowa Hakko Bio Co., Ltd (21) biss hija awtorizzata li tintroduċi fis-suq l-ikel il-ġdid, imsemmi fl-Artikolu 1, fl-Unjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-19 ta’ Awwissu 2024, sakemm ma jkunx hemm xi applikant sussegwenti li jikseb awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi qbil ma’ Kyowa Hakko Bio Co., Ltd.

Artikolu 3

L-istudji xjentifiċi u d-data xjentifika li jinsabu fil-fajl tal-applikazzjoni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr qbil ma’ Kyowa Hakko Bio Co., Ltd.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj.

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51). ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj.

(4)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2019, 2020, 2021, u 2022 (mhux ippubblikat).

(5)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(6)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(7)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(8)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(9)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(10)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(11)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(12)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021, 2022, u 2023 (mhux ippubblikat).

(13)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021 (mhux ippubblikat).

(14)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021 u 2023 (mhux ippubblikat)

(15)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2020 (mhux ippubblikat).

(16)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2022 (mhux ippubblikat).

(17)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2019 (mhux ippubblikat).

(18)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2020 (mhux ippubblikat).

(19)  Kyowa Hakko Bio Co., Ltd, 2021 u 2022 (mhux ippubblikat).

(20)  EFSA Journal 2023;21(11):8333.

(21)  Indirizz: Nakano Central Park South, Nakano 4-10-2, Nakano-ku, Tokyo 164-0001, il-Ġappun.


ANNESS

Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 l-entrata għal 2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċifikazzjonijiet

 

Protezzjoni tad-data

 

Definizzjoni:

Isem kimiku: α-L-Fukopiranosil-(1→2)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukopiranożju

Formula kimika: C18H32O15

Nru CAS: 41263-94-9

Piż molekulari: 488,44 g/mol

It-2′-Fukosillattożju prodott b’razza ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 awtorizzat fis-16 ta’ Mejju 2023. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika proprjetarja u data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: “Advanced Protein Technologies Corporation”, 7th Floor GyeongGi-BioCenter, 147, Gwanggyo-ro, Yeongtong-gu, Suwon-si Gyeonggi-do, 16229 il-Korea t’Isfel. Matul il-perjodu ta’ protezzjoni tad-data, it-2′-Fukosillattożju prodott b’razza ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 hija awtorizzata għall-introduzzjoni fis-suq fl-Unjoni biss minn “Advanced Protein Technologies Corporation” sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika proprjetarja jew għad-data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bil-qbil ta’ “Advanced Protein Technologies Corporation”.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: is-16 ta’ Mejju 2028.

It-2′-Fukosillattożju prodott b’razza ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli W (ATCC 9637) awtorizzat fid-19 ta’ Awwissu 2024. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika proprjetarja u data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: “Kyowa Hakko Bio Co., Ltd”, 1-9-2, Otemachi, Choyoda-ku Tokyo, 100-0004 il-Ġappun. Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, it-2′-Fukosillattożju prodott minn razza derivattiva tal-Escherichia coli W (ATCC 9637) huwa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni minn “Kyowa Hakko Bio Co., Ltd” biss, sakemm ma jkunx hemm xi applikant sussegwenti li jikseb l-awtorizzazzjoni għall-ikel il-ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika proprjetarja jew għad-data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi qbil ma’ “Kyowa Hakko Bio Co., Ltd”.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: id-19 ta’ Awwissu 2029”.

2′-Fukosillattożju

(sors mikrobjali)

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli K-12

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli BL-21

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032

Sors: Razza modifikata ġenetikament tal-Escherichia coli W ATCC 9637

Deskrizzjoni:

It-2′-Fukosillattożju huwa trab b’kulur li jagħti minn abjad sa abjad miksur li jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobijoloġiku.

Deskrizzjoni:

It-2′-Fukosillattożju huwa trab ta’ lewn abjad sa abjad miksur u s-soluzzjoni milwiema tal-konċentrat likwidu (45 % ± 5 % piż skont il-volum) hija soluzzjoni milwiema ċara bla kulur sa lewn kemxejn isfar. It-2′-Fukosillattożju jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobijoloġiku.

Deskrizzjoni:

It-2′-fukosillattożju huwa trab b’kulur li jagħti minn abjad sa abjad miksur/avorju li jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobjali.

Deskrizzjoni:

It-2′-fukosillattożju huwa trab b’kulur li jagħti minn abjad sa abjad miksur/avorju li jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobjali.

Purità:

2′-Fukosillattożju: ≥ 83 %

D-Lattożju: ≤ 10,0 %

L-Fukożju: ≤ 2,0 %

Difukosil-D-lattożju: ≤ 5,0 %

2′-Fukosil-D-lattulożju: ≤ 1,5 %

Is-somma tas-sakkaridi (2′-Fukosillattożju, D-Lattożju, L-Fukożju, Difukosil-D-lattożju, 2′-Fukosil-D-lattulożju): ≥ 90 %

pH (20 °C, soluzzjoni ta’ 5 %): 3,0-7,5

Ilma: ≤ 9,0 %

Irmied sulfatat: ≤ 2,0 %

Aċidu aċetiku: ≤ 1,0 %

Proteini residwi: ≤ 0,01 %

Kriterji mikrobijoloġiċi:

L-għadd totali ta’ batterji meżofiliċi aerobiċi: ≤ 3 000 CFU/g

Ħmira: ≤ 100 CFU/g

Moffa: ≤ 100 CFU/g

Endotossini: ≤ 10 EU/mg

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw Kolonji (Colony Forming Units); EU: Unitajiet ta’ Endotossini (Endotoxin Units)

Purità:

2′-Fukosillattożju: ≥ 90 %

Lattożju: ≤ 5,0 %

Fukożju: ≤ 3,0 %

3-Fukosillattożju: ≤ 5,0 %

Fukosilgalattożju: ≤ 3,0 %

Difukosillattożju: ≤ 5,0 %

Glukożju: ≤ 3,0 %

Galattożju: ≤ 3,0 %

Ilma: ≤ 9,0 % (trab)

Irmied, sulfatat: ≤ 0,5 % (trab u likwidu)

Proteini residwi: ≤ 0,01 % (trab u likwidu)

Metalli Tqal:

Ċomb: ≤ 0,02 mg/kg (trab u likwidu)

Arseniku: ≤ 0,2 mg/kg (trab u likwidu)

Kadmju: ≤ 0,1 mg/kg (trab u likwidu)

Merkurju: ≤ 0,5 mg/kg (trab u likwidu)

Kriterji Mikrobijoloġiċi:

Għadd totali tal-kolonji: ≤ 104 CFU/g (trab), ≤ 5 000 CFU/g (likwidu)

Ħmira u Moffa: ≤ 100 CFU/g (trab); ≤ 50 CFU/g (likwidu)

Enterobacteriaceae/Koliformi: assenti fi 11 g (trab u likwidu)

Salmonella: negattiv/100 g (trab), negattiv/200 ml (likwidu)

Cronobacter: negattiv/100 g (trab), negattiv/200 ml (likwidu)

Endotossini: ≤ 100 EU/g (trab), ≤ 100 EU/ml (likwidu)

Aflatossina M1: ≤ 0,025 μg/kg (trab u likwidu)

CFU: Colony Forming Units (unitajiet li jiffurmaw il-kolonji); EU: Endotoxin Units (unitajiet ta’ endotossini)

Purità:

2′-Fukosillattożju (w/w materja niexfa): ≥ 94,0 %

D-Lattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

L-Fukożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

3-Fukosillattożju (w/w materja niexfa): ≤ 3,0 %

Difukosillattożju (w/w materja niexfa): ≤ 2,0 %

D-Glukożju (w/w materja niexfa): ≤ 3,0 %

D-Glukożju (w/w materja niexfa): ≤ 3,0 %

Ilma: ≤ 9,0 %

Irmied: ≤ 0,5 %

Proteini residwi: ≤ 0,005 %

Kontaminanti:

Arseniku: ≤ 0,03 mg/kg

Aflatossina M1: ≤ 0,025 μg/kg

Etanol: ≤ 1 000  mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd tal-kolonji aerobiċi: ≤ 500 CFU/g

Ħmira u Moffa: ≤ 100 CFU/g

Enterobacteriaceae: assenti f’10 g

Salmonella: assenti f’25 g

Cronobacter spp.: assenti f’10 g

Endotossini: ≤ 100 EU/g

CFU: Colony Forming Units (unitajiet li jiffurmaw il-kolonji); EU: Endotoxin Units (unitajiet ta’ endotossini)

Purità:

2′-Fukosillattożju (w/w materja niexfa): ≥ 82,0 %

D-Lattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 5,0 %

L-Fukożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 1,0 %

Fukosilgalattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

Difukosillattożju (w/w materja niexfa): ≤ 3,0 %

Total ta’ D-Glukożju u D-Galattożju (w/w materja niexfa): ≤ 1,0 %

Total ta’ karboidrati oħraa (%w/w ta’ materja niexfa): ≤ 8,0 %

Ilma: ≤ 9,0 %

Irmied: ≤ 0,5 %

Proteini residwi: ≤ 0,01 %

pH (5 % ta ‘soluzzjoni, 25 °C): 4,5–8,5

Kontaminanti:

Arseniku: ≤ 0,2 mg/kg

Ċomb: ≤ 0,02 mg/kg

Kadmju: ≤ 0,1 mg/kg

Merkurju: ≤ 0,1 mg/kg

Aflatossina M1: ≤ 0,025 μg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali tal-kolonji: ≤ 1 000 CFU/g

Ħmira u Moffa: ≤ 100 CFU/g

Enterobacteriaceae: assenti f’10 g

Salmonella: assenti f’25 g

Cronobacter spp.: Assenti f’10 g

Listeria monocytogenes: Assenti f’25 g

Bacillus cereus preżuntiv: ≤ 50 CFU/g

Endotossini: ≤ 10 EU/mg

a Total ta’ karboidrati oħra = 100 % w/w materja niexfa – 2’-FL (% ta’ materja niexfa skont il-piż) – (% materja niexfa ta’ karboidrati kwantifikati (jiġifieri D-lattożju, L-fukożju, D-glukożju u D-galattożju, fukosilgalattożju, u difukosillattożju) – irmied (% ta’ materja niexfa skont il-piż).

CFU: Colony Forming Units (unitajiet li jiffurmaw il-kolonji); EU: Endotoxin Units (unitajiet ta’ endotossini)


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2036/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)