|
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/626
tat-13 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2022/263 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/628 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 (3), inklużi ċerti restrizzjonijiet għall-kummerċ fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk. |
|
(2) |
Fl-isfond tal-kriżi umanitarja li rriżultat mill-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, fit-13 ta’ April 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/628, li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 sabiex jiġu inklużi eċċezzjonijiet li jippermettu lil kategoriji definiti b’mod ċar ta’ korpi, persuni, entitajiet, organizzazzjonijiet u aġenziji, sabiex jipprovdu oġġetti u teknoloġija għall-użu f’ċerti setturi, kif ukoll servizzi u assistenza ristretti relatati ma’ tali oġġetti u teknoloġija, lil persuni, entitajiet u korpi fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk jew għall-użu f’dawk iż-żoni, fejn dan ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji. Bl-istess mod, l-eċċezzjonijiet jippermettu l-għoti ta’ servizzi u assistenza ristretti relatati direttament ma’ ċerti infrastrutturi fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk, fejn meħtieġ għal finijiet umanitarji. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (UE) 2022/263, jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:
“Artikolu 4a
1. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ma għandhomx japplikaw għal:
|
(a) |
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew teknoloġija elenkati fl-Anness II; |
|
(b) |
l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija relatati ma’ oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti; jew |
|
(c) |
l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fit-territorji speċifikati jew għall-użu fit-territorji speċifikati minn:
|
2. B’deroga mill-Artikolu 4, f’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet ġenerali jew speċifiċi, b’dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li huma jqisu xierqa, għal:
|
(a) |
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew teknoloġija elenkati fl-Anness II; |
|
(b) |
l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija relatati ma’ oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti; jew |
|
(c) |
l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II, |
lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fit-territorji speċifikati jew għall-użu fit-territorji speċifikati, dment li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 2 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
4. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (*1).
Artikolu 5a
1. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta’ assistenza teknika, jew ta’ servizzi ta’ senserija, ta’ kostruzzjoni jew ta’ inġinerija relatati direttament mal-infrastrutturi fit-territorji speċifikati fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4(1) kif definiti abbażi tal-Anness II, indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u tat-teknoloġija, minn:
|
(a) |
korpi pubbliċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati; |
|
(b) |
organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati mill-Unjoni abbażi tal-pilastri u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati; |
|
(c) |
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati; jew |
|
(d) |
l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati. |
2. B’deroga mill-Artikolu 5(1), f’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet ġenerali jew speċifiċi, b’dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li huma jqisu xierqa, għall-għoti ta’ assistenza teknika, jew ta’ servizzi ta’ senserija, ta’ kostruzzjoni jew ta’ inġinerija relatati direttament mal-infrastrutturi fit-territorji speċifikati fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4(1) kif definit abbażi tal-Anness II, indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u t-teknoloġija, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 2 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
4. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 77).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta’Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 109).