|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1731 |
11.8.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1731
tat-8 ta’ Awwissu 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-karċinoġeni, il-mutaġeni taċ-ċelloli ġerminali jew it-tossikanti għar-riproduzzjoni soġġetti għal restrizzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu, għall-forniment lill-pubbliku ġenerali, ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni taċ-ċelloli ġerminali jew tossikanti għar-riproduzzjoni (CMR) tal-kategoriji 1A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u li huma elenkati fl-Appendiċijiet 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn li huma ogħla mill-konċentrazzjonijiet speċifikati. |
|
(2) |
L-Appendiċijiet 2, 4 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex ikunu jirriflettu l-klassifikazzjoni l-ġdida tas-sustanzi bħala CMR fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/197 (3). Għalhekk jixraq li s-sustanzi CMR tal-kategorija 1B li għadhom kif ġew ikklassifikati jiġu inklużi fl-Appendiċijiet 2, 4 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(3) |
Il-klassifikazzjoni tas-sustanzi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2024/197 se tapplika mill-1 ta’ Settembru 2025. Għalhekk, ir-restrizzjoni introdotta b’dan ir-Regolament fir-rigward tas-sustanzi kklassifikati bir-Regolament Delegat (UE) 2024/197 bħala CMR tal-kategorija 1B jenħtieġ li tapplika mill-istess data. Id-data tal-applikazzjoni ma tipprevjenix lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1B elenkati fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/197 iktar kmieni. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1132 (4) inkluda l-kumen fl-Appendiċi 2 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-1 ta’ Diċembru 2023. Il-kumen jinsab f’ċerti fjuwils tal-avjazzjoni għal ajruplani żgħar, inkluż dawk li jittajru minn bdoti mhux professjonali. Dawn il-bdoti mhux professjonali huma membri tal-pubbliku ġenerali kif imsemmi fl-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għaldaqstant, il-kumen ma jistax jitqiegħed fis-suq jew jintuża fi fjuwils tal-avjazzjoni għall-forniment lil bdoti mhux professjonali f’konċentrazzjoni ta’ 0,1 % w/w jew aktar mill-1 ta’ Diċembru 2023. |
|
(5) |
L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma japplikawx, inter alia, għal diversi fjuwils u prodotti taż-żejt, inkluż fjuwils tal-magni koperti mid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Tali fjuwils tal-magni jinkludu fjuwils tal-petrol u tad-diżil għall-vetturi tat-triq mgħammra b’magni ta’ tqabbid bl-ispark u ta’ tqabbid bil-kompressjoni. Għalhekk, ir-restrizzjoni fuq il-kumen ma tapplikax għat-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ fjuwils tal-magni għall-forniment lil sewwieqa mhux professjonali tal-karozzi. |
|
(6) |
Fid-dawl tas-similaritajiet bejn l-użu tal-fjuwils tal-magni minn sewwieqa mhux professjonali tal-karozzi u l-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni minn bdoti mhux professjonali tal-ajruplani ż-żgħar, u l-fatt li hemm ħafna inqas bdoti mhux professjonali tal-ajruplani ż-żgħar li jużaw fjuwils tal-avjazzjoni minn sewwieqa mhux professjonali tal-karozzi li jużaw fjuwils tal-magni u l-fatt li d-Direttiva 98/70/KE nnifisha ma tirrestrinġix il-kumen f’tali fjuwils tal-magni, il-kumen preżenti fil-fjuwil tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġi eżentat mir-restrizzjoni tal-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, l-Appendiċi 11 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun jirrifletti dik id-deroga. |
|
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (1), (2) u (3) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/197 tad-19 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fir-rigward tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi (ĠU L, 2024/197, 5.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/197/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1132 tat-8 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni soġġetti għal restrizzjonijiet (ĠU L 149, 9.6.2023, p. 49, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1132/oj).
(5) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/70/oj).
ANNESS
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:
|
|
(2) |
fl-Appendiċi 4, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:
|
|
(3) |
fl-Appendiċi 6, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:
|
|
(4) |
fl-Appendiċi 11, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1731/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)