|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6053 |
7.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12183 – BLACKSTONE / AMTRUST / MGA BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6053)
1.
Fit-22 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti), |
|
— |
AmTrust International Limited (“AmTrust”, l-Istati Uniti), |
|
— |
AmTrust’s Managing General Agent and fee business (“MGA business”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn AmTrust, (l-Istati Uniti). |
Blackstone u AmTrust jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MGA business.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Blackstone hija maniġer tal-assi alternattivi globali, |
|
— |
AmTrust hija kumpanija multinazzjonali tal-assigurazzjoni tal-proprjetà u tad-diżgrazzji li tispeċjalizza fil-kopertura għal negozji żgħar sa ta’ daqs medju u li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York City. AmTrust tissottoskrivi u tipprovdi prodotti ta’ assigurazzjoni tal-proprjetà u tad-diżgrazzji fl-Istati Uniti u internazzjonalment. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża MGA business huma dawn li ġejjin:MGA business tipprovdi sottoskrizzjoni, distribuzzjoni, ġestjoni tal-pretensjonijiet u servizzi anċillari oħra fis-suq għal linji ta’ assigurazzjoni ta’ speċjalità, inkluż iċ-ċibernetika, id-diretturi u l-uffiċjali, is-saħħa tal-aċċidenti, u l-protezzjoni tal-pagamenti fl-UE, fir-Renju Unit, u fl-Istati Uniti.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12183 — BLACKSTONE / AMTRUST / MGA BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6053/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)