Official Journal L 108 , 18/04/2001 P. 0004 - 0005
Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija li tistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni ta' trasport ikkumbinat (Test b'relevanza ŻEE) (2001/265/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 71 u 93 flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) miġjuba fih, Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija jistabbilixxi xi kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u għall-promozzjoni tat-trasport ikkumbinat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") jipprevedi mezz xieraq għal aktar żvilupp tar-relazzjonijiet tat-trasport bejn il-Partijiet Kontraenti. (2) Il-konklużjoni tal-Ftehim jikkontribwixxi għat-tħaddim mingħajr tfixkil tas-suq intern għaliex jinkoraġġixxi t-transitu tat-traffiku mir-Repubblika tal-Bulgarija għat-trasport intern bejn il-Greċja u l-Istati Membri l-oħra u dan jippermetti li l-kummerċ intra-Komunitarju isir bl-anqas spejjeż possibbli għall-pubbliku in ġenerali u li jnaqqas għall-anqas livell possibbli t-tfixkil amministrattiv u tekniku li jaffettwah. (3) Il-konklużjoni tal-Ftehim jinkoraġġixxi t-trasport ikkumbinat, bl-iskop li jħares l-ambjent. (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità, IDDEĊIEDA SKOND DAN LI ĠEJ: L-Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija li jistabbilixxi xi kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport ikkumbinat huwa b'din approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 19 tal-Ftehim. L-Artikolu 3 Il-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill, jirrappreżentaw lill-Komunità fil-Kumitat tat-Trasport Komunità/Bulgarija (minn issa 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") imwaqqaf bl-Artikolu 13 tal-Ftehim. Il-pożizzjoni li tittieħed mill-Komunità fil-Kumitat tiġi adottata mill-Kunsill li jkun qed jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mingħand il-Kummissjoni. Il-Kunsill irid jaġixxi b'maġġoranza sempliċi meta d-deċiżjoni li l-Kumitat jipproponi li jieħu jkollha x'taqsam mar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat. Id-deċiżjonijiet mittieħda mill-Kumitat jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2001. Għall-Kunsill Il-President M. Winberg [1] ĠU Ċ 89 E, 28.3.2000, p. 52. [2] Opinjoni mogħtija fil- 25.10.2000 (li għadha mhix ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). -------------------------------------------------- FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet dwar it-transitu ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni ta' trasport mgħaqqad IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "il-Komunità"; min-naħa l-waħda, u IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "Il-Bulgarija"; min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "il-Partijiet Kontraenti", WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi s-sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, tat-8 ta' Marzu 1993 u partikolarment, il-punt 3 ta' l-Artikolu 57, tiegħu; WARA LI KKUNSIDRAW li hu essenzjali għall-Komunità, fil-kuntest għat-twettiq tas-suq intern u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija komuni tat-trasport, biex ikun assigurat li l-merkanzija tal-Komunità fi transitu ma' tul il-Bulgarija, tkun tista tgħaddi b'ħeffa u effiċċjenza kemm jista' jkun possibbli mingħajr xkiel u diskriminazzjoni; WARA LI KKUNSIDRAW li l-Bulgarija għandha interess li tiżviluppa aktar mal-Komunità drittijiet reċiproki u obbligazzjonijiet eżistenti li jirigwardjaw l-aċċess għas-suq tat-trasport u transitu bħala l-ewwel pass fil-kisba ta'ftehim għat-trasport intern kif previst fil-Ftehim Ewropew hawn fuq imsemmi; WARA LI KKUNSIDRAW, aktar minn hekk, li hu meħtieġ li jkun assigurat żvilupp koordinat tat-trasport bejn u ma' tul it-territorji tal-Partijiet Kontraenti, partikolarment bl-introduzzjoni u l-iżvilupp ta'pakkett ta'miżuri kkoordinati fuq it-toroq u t-trasport mgħaqqad fuq bażi kompetittivi permezz tal-promozzjoni ta' vetturi li jirrispettaw l-ambjent u jirrispettaw il-prinċipju ta' mobbiltà sostenibbli, FTIEHMU KIF ĠEJ: IT-TITOLU I GĦAN, SKOP U DEFINIZZJONIJIET L-Artikolu 1 Għan L-għan ta'dan il-Ftehim hu li jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti dwar it-trasport ta' merkanzija, u, partikolarment, transitu ta' traffiku fuq it-toroq, u li jassigura għal dan il-għan li trasport bejn u matul it-territorji tal-Partijiet Kontraenti jkun żviluppat b'mod ikkoordinat. L-Artikolu 2 Skop 1. Il-kooperazzjoni għandha tkopri t-trasport ta' merkanzija fuq it-toroq u t-trasport mgħaqqad. 2. F'din il-konnessjoni, l-iskop ta'dan il-Ftehim għandu jkopri partikolarment: - aċċess għas-suq għat-traffiku ta' transitu fil-qasam tat-trasport ta' merkanzija fuq it-toroq, - miżuri ta' sostenn legali u amministrattiv li jinkludu miżuri kummerċjali, ta' tassazzjoni, soċjali u tekniċi, - kooperazzjoni fl-iżvilupp ta'sistema ta' trasport li twettaq, inter alia, il-ħtiġiet ambjentali - skambju regolari ta' l-informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' strateġija tat-trasport tal-Partijiet Kontraenti L-Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) traffiku ta' transitu: vjaġġ imwettaq fuq it-toroq matul it-territorju ta' Stat(i) Membru(i) tal-Komunità jew matul it-territorju tal-Bulgarija, indipendentament jekk tkunx vettura tat-triq mgħobbija jew le mingħajr tagħbija mingħajr ma jitwettqu operazzjonijiet ta' tagħbija jew ta' ħatt f'dawn it-territorji; (b) trasport mgħaqqad: it-trasport ta' merkanzija bejn jew matul il-Partijiet Kontraenti meta trakk, trejler, semi-trejler, b'unit tat-tratturi jew le, qafas li jinbidel jew kontenitur ta'20 pied jew iktar jagħmel użu mit-triq fil-bidu jew fil-parti finali tal-vjaġġ u fuq xi parti oħra, ferrovija jew passaġġi fuq l-ilma interni jew servizzi marittimi meta din is-sezzjoni teċċedi 100 km f'linja dritta, u jagħmlu l-parti inizjali jew il-parti finali tat-trasport bit-triq ta' dan il-vjaġġ: - bejn il-punt ta' fejn il-merkanzija kienet mgħobbija u l-eqreb stazzjon tal-ferrovija għat-tagħbija addattat għall-parti inizjali, u bejn l-eqreb stazzjon tal-ferrovija addattat u l-punt ta' fejn il-merkanzija tinħatt għall-parti finali, jew - f'raġġ li ma jeċċedix 150 km f'linja dritta mill-port tal-passaġġi fuq l-lima interni jew il-port tal-baħar tat-tagħbija jew il-ħatt; (ċ) vettura tat-triq: vettura reġistrata f'waħda mill-Partijiet Kontraenti jew għaqda ta'vetturi li l-vettura bil-mutur tagħhom tkun għall-anqas irreġistrata f'waħda mill-Partijiet Kontraenti u li huma użati esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija; (d) tariffi fuq l-użu: pagament mhux diskriminatorju ta' ammont speċjali li jikkonferixxi d-dritt għall-vettura li tuża l-infrastruttura partikolari għall-perjodu speċifikat; (e) in-noll: pagament ta' ammont speċifiku għall-vettura tat-triq li tivvjaġġa d-distanza bejn żewġ punti ma' tul infrastruttura; l-ammont għandu jkun ibbażat fuq id-distanza vvjaġġata u fuq il-kategorija tal-vettura. IT-TITOLU II TRASPORT MGĦAQQAD L-Artikolu 4 Dispożizzjonijiet ġenerali Il-Partijiet Kontraenti għandhom jadottaw miżuri kkoordinati reċiproki meħtieġa għall-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta' trasport mgħaqqad bħala mezz li jassigura li proporzjon kbir mit-trasport internazzjonali tagħhom ikun imwettaq permezz ta' kondizzjonijiet aħjar għall-ambjent. L-Artikolu 5 Miżuri ta' sostenn Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex itejbu l-kompetittività tat-trasport mgħaqqad speċjalment billi: (a) jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-utenti u l-kunsinnaturi li jużaw trasport mgħaqqad billi: - jtejbu l-kompetittività tat-tipi kollha tat-trasport mgħaqqad vis-à-vis t-triq permezz ta' għajnuna finanzjarja għall-proġetti tat-trasport mgħaqqad ġdid mill-Komunità jew mill-Bulgarija, - jinkoraġġixxu l-użu mhux akkumpanjat ta' trasport mgħaqqad u jinkoraġġixxu, partikolarment, l-użu ta' oqfsa li jinbidlu, kontenituri jew semi-trejlers, - jeħilsu, f'qafas xieraq, il-parti inizjali u/jew finali tas-servizz tal-ġarr, li tifforma parti integrali ta' l-operazzjoni tat-trasport mgħaqqad, minn sistemi tal-kwota u sistemi ta' awtorizzazzjoni, - jikkunsidraw li jagħtu tnaqqis minn taxxi tal-vetturi għall-vetturi tat-triq meta użati f'ġemgħat ta' trasport mgħaqqad, - itejbu l-veloċità tat-trasport mgħaqqad u jiċċekkjaw li huwa ta' min jorbot fuqu u partikolarment: (i) billi jinkoraġġixxu ż-żieda tal-frekwenza tas-servizzi tat-trasport mgħaqqad bi qbil mal-ħtiġijiet tal-kunsinnaturi u l-utenti, (ii) billi jinkoraġixxu t-tnaqqis ta' ħin ta'stennija fit-terminali u jżidu l-produttività tagħhom, (iii) billi jiffaċilitaw il-kontrolli fuq il-fruntieri li jaffettwaw it-trasport mgħaqqad, jittrasferixxu dawk il-kontrolli għall-merkanzija kollha minbarra oġġetti li huma soġġetti għall-kontrolli veterinarji u fitosanitarji għat-trasport mgħaqqad ta' l-annimali mill-aktar fis possibbli, - jassiguraw aċċess mhux diskriminatorju fit-terminali meta jkunu ffinanzjati jew parzjalment iffinanzjati mill-fondi pubbliċi, - li jagħtu, meta prattiku, allokazzjoni bi prijorità ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' transitu bit-triq, miftiehma fl-Artikolu 6(2) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti, lilr-rimorkaturi tat-triq skond l-użu tagħhom tat-trasport mgħaqqad kif mitkejjel bid-data statisitika disponibbli għal kull Parti Kontraenti. - li jikkunsidraw, meta meħtieġ għall-kompatibilità mal-qisien tal-linji tal-ferrovija, il-piż, id-dimensjonijiet u l-karatterisitiċi tekniċi ta' tagħmir għal trasport mgħaqqad speċjalizzat u jikkunsidraw azzjoni kkoordinata sabiex u biex ipoġġu għas-servizz ċertu tagħmir kif ikun mitlub mil-livell tat-traffiku; (b) jagħmlu aċċessibbli, fuq talba, l-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna azzjonijiet ġodda għat-trasport mgħaqqad li jinkludu proġetti ta' riċerka fit-teknoloġija (parzjalment) iffinanzjati minn dik il-Parti Kontraenti, permezz ta'sommarju eżekuttiv, billi jistabbilixxu l-kontenuti, ir-riżultati u l-impatt ta' l-azzjoni jew tal-proġett teknoloġiku; (ċ) joħolqu infrastruttura addattata permezz ta': - l-introduzzjoni tal-wisa' UIC C1 fuq linji ewlenin ġodda u jibdlu linji ewlenin eżistenti ma' ta' l-inqas id-daqs B (kif miftiehem skond l-AGTC, il-Ftehim Ewropew dwar ir-rabtiet tat-trasport internazzjonali mgħaqqad importanti u l-istallazzjonijiet relatati ta' l-1 ta'Frar 1991), jekk mezzi oħra li jilħqu inter-operabbiltà tal-qafas ma jkunux miksuba, - it-tneħħija ta' sezzjonijiet dojoq fuq it-toroq tar-rotot ta' l-aċċess lejn it-terminali tat-trasport mgħaqqad sabiex itejbu l-użu tat-trasport mgħaqqad; (d) jikkunsidraw l-azzjonijiet segwenti: - jeżaminaw il-possibbilitajiet li jippermettu vetturi ta' 44 tunnellata fuq sitt fusien waqt il-fażi tal-vjaġġ tal-bidu u finali tat-trasport mgħaqqad, - jagħmlu eċċezzjonijiet għall-restrizzjonijiet fis-sewqan ta' tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi għall-fażi tal-bidu u tat-tmiem tal-vjaġġi tat-trasport mgħaqqad, - jippermettu aċċess reċiproku għall-operaturi tat-trasport mgħaqqad fuq ferroviji fil-kuntest ta'ftehim ġdid. IT-TITOLU III TRASPORT FUQ IT-TOROQ L-Artikolu 6 Dispożizzjonijiet ġenerali 1. B'kunsiderazzjoni lejn aċċess reċiproku għas-swieq tat-trasport, il-Partijiet Kontraenti ftiehmu, inizjalment u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, li jżommu d-drittijiet eżistenti li jirriżultaw minn ftehim bilaterali jew ftehim bilaterali ieħor konkluż bejn kull Stat Membru tal-Komunità u l-Bulgarija. B'dana kollu, waqt l-istennija tal-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq, kif previst fl-Artikolu 7, il-Bulgarija għandha tikkoopera ma' l-Istati Membri tal-Komunità biex temenda dan il-ftehim bilaterali u/jew l-arranġamenti skond kif possibbilment jista' jkun meħtieġ biex jiġi addattat għal dan il-Ftehim. 2. B'żieda għall-awtorizzazzjonijiet ipprovduti fir-reġim deskritti fil-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti hawnhekk jaqblu li jagħtu, għal kull sena kalendarja, aċċess għal transitu tat-traffiku minn vetturi li jġorru l-merkanzija matul it-territorju ta' l-Istati Membri tal-Komunità u l-Bulgarija b'effett mid-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, permezz ta' l-awtorizzazzjonijiet kif ġej: (a) il-Komunità għandha tirċievi: 13000 awtorizzazzjoni valida fil-Bulgarija; (b) Il-Bulgarija għandha tirċievi: 6000 awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri tal-Komunità li għalihom timbri adeżivi ġew imwaħħla; (ċ) Il-Bulgarija għandha tirċievi: 3000 timbru adeżiv għal kull Stat Membru tal-Komunità; (d) l-awtorizzazzjonijiet li hemm referenza dwarhom permezz ta' (a) u (b) għandhom jikkorrispondu mal-mudelli fl-Anness 1a u fl-Anness 1b rispettivament; (e) it-timbri adeżivi li hemm referenza dwarhom permezz ta' (ċ) għandhom jikkorrispondu mal-mudell fl-Anness 1c; (f) l-awtorizzazzjonijiet li hemm referenza dwarhom permezz ta' (a) u (b) għandhom ikunu forniti mis-servizzi tal-Kummissjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jew, fil-każ tal-Komunità, lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimlew l-awtorizzazzjoni apparti milli għall-intestaturi "Nru tar-Reġistrazzjoni tal-vettura", "Vjaġġ 'il barra" u "Vjaġġ ta'ritorn" u għandhom iqassmuhom lill-operaturi għat-trasport bi ħlas li jkopri biss l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli; (g) it-timbri adeżivi li hemm referenza dwarhom permezz ta' (ċ) għandhom ikunu pprovduti mis-servizzi tal-Kummissjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija. Dawn it-timbri adeżivi għandhom jitwaħħlu ma' l-awtorizzazzjoni qabel l-użu tagħha sabiex jindikaw għall-liema Stat Membru tal-Komunità l-awtorizzazzjoni hija valida; (h) il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-ebda taxxa jew xi noll simili ma jkunu magħmula fuq l-użu ta' l-awtorizzazzjonijiet li hemm referenza dwarhom permezz ta' (a) u (b); (i) l-awtorizzazzjonijiet u t-timbri adeżivi għandhom ikunu validi għall-sena kalendarja waħda sal-31 ta'Jannar tas-sena ta' wara u jistgħu jintużaw għall-vjaġġ il-barra wieħed, u vjaġġ ta' ritorn wieħed biss. 3. L-awtorizzazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 jistgħu jintużaw biss minn vetturi li huma konformi minn ta' l-anqas man-normi tal-EURO 1 jew ma' dispożizzjonijiet taċ-"ċertifikat l-aħdar tat-trakk" kif riprodott fl-Anness 4. L-evidenza għall-konformità ma'din id-dispożizzjoni għandha tinżamm f'din il-vettura matul il-vjaġġ kollu. 4. Jekk id-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ bi qbil ma l-Artikolu 19 ma tkunx l-1 ta'Jannar, in-numru ta' l-awtorizzazzjonijiet u timbri adeżivi speċifikati fil-paragrafu 2 għandhom jitnaqqsu pro rata għas-sena kalendarja li fiha l-Ftehim jidħol fis-seħħ. 5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija permezz ta' dan il-ftehim biss għall-burdnara li huma awtorizzati permezz tal-leġislazzjoni ta'dik il-Parti Kontraenti biex jitqabbdu għall-operazzjonijiiet għat-trasport fuq it-toroq. L-awtorizzazzjoni għandha tinżamm fil-vettura. Fil-każ ta' għaqda ta'vetturi doppji għandha takkumpanja l-vettura bil-mutur. Dan ikopri l-għaqda ta'vetturi doppji anke jekk it-trejler jew is-semi-trejler ma jkunx irreġistrat fl-isem ta' minn hu fil-pussess ta' l-awtorizzazzjoni, jew jekk tkunx irreġistrata f'pajjiż ieħor. 6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jibqgħu lura milli jieħdu kull azzjoni unilaterali li tista' twassal għal diskriminazzjoni bejn ir-rimorkaturi tal-Komunità u l-Bulgarija jew vetturi. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiffaċilita t-trasport fuq it-toroq li hemm referenza dwaru f'dan il-Ftehim minn jew lejn it-territorju tagħhom. L-Artikolu 7 Aċċess għas-suq Il-Partijiet Kontraenti, għandhom, bħala fatt ta' prijorità u billi jikkunsidraw l-adozzjoni mill-Bulgarija tar-regoli fiskali, soċjali u tekniċi tal-Komunità, jintrabtu li jaħdmu flimkien biex ifittxu sistema komuni ħalli jirregolaw it-trasport fuq it-toroq għall-futur fl-aċċess għas-suq bejn il-Partijiet Kontraenti. L-Artikolu 8 Dispożizzjonijiet fiskali Fil-każ ta' l-oprazzjonijiet tat-trasport bi qbil ma'dan il-Ftehim: 1. il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw li l-prinċipju mhux diskriminatorju f'termini ta' nazzjonalità jew il-lokalità ta' l-istabbiliment ikun applikat fit-tassazzjoni tat-vettura tat-triq, impenji tassattivi, in-noll u kull forma oħra ta' taraffi fuq min jagħmel użu magħmula għall-użu ta' l-infrastruttura tat-trasport fuq it-toroq; 2. vetturi rreġistrati f'xi Parti Kontraenti waħda għandhom ikunu eżentati mit-taxxi kollha tal-vetturi u l-imposti intaxxati dwar iċ-ċirkulazzjoni jew il-pussess ta' vetturi kif ukoll mit-taxxi speċjali kollha jew imposti intaxxati fuq l-operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra. Vetturi m'għandhomx ikunu eżentati minn ħlas ta' taxxi jew minn imposti fuq il-karburant tal-vetturi, in-noll tat-toroq u l-imposti intaxxati lill-utenti għall-użu ta' l-infrastruttura; 3. il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw li n-nollijiet u kull forma oħra ta' imposti fuq l-użu ma jistgħux ikunu imposti fl-istess ħin għall-użu ta' sezzjoni tat-triq waħda. B'dana kollu, il-Partijiet Kontraenti jistgħu ukoll jimponu n-noll dwar oqfsa meta t-tarriffi għall-użu jkunu intaxxati, għall-użu ta' pontijiet, mini u pasaġġi fil-muntanji. 4. id-dettalji segwenti għandhom ikunu eżentati mid-dazji doganali u mit-taxxi u l-imposti kollha: (a) il-karburant li jkun fit-tankijiet tal-vetturi tat-triq fil-waqt ta' l-importazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, meta t-tankijiet ikunu dawk iddisinjati mill-fabbrikant għat-tip tal-vettura tat-triq f'dak il-każ; (b) il-karburant li jkun fit-tankijiet tat-trejlers u semi-trejlers użati fis-sistemi tat-tkessiħ tar-refriġeraturi; (ċ) il-lubrikanti fi kwantitajiet meħtieġa għall-użu matul il-vjaġġ; (d) partijiet ta' tibdil (spare parts) u għodod meħtieġa għat-tiswija ta' vetturi li jkun ġralhom il-ħsara waqt it-twettiq ta' l-operazzjoni tat-trasport fuq it-toroq internazzjonali. Il-partijiet ta' tibdil li jkunu mibdula għandhom ikunu esportati mill-ġdid jew meqruda taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra; 5. mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, jekk it-toqol, il-qisien jew it-tagħbija totali ta' vettura teċċedi l-limiti massimi fis-seħħ fit-territorju tal-Bulgarija waqt li l-vettura tkun konformi mad-dispożizzjonijiet kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE dwar it-toqol u l-qisien, il-vettura m'għandhiex tkun suġġetta għal xi imposti speċjali basta li żżomm mar-rotot tat-transitu ewlenin ikkonċernati fil-Bulgarija kif speċifikat fl-Anness 5. L-Artikolu 9 Dispożizzjonijiet soċjali Il-Partijiet Kontraenti ta'dan il-Ftehim għandhom jimplimentaw il-Ftehim Ewropew li jirrigwarda x-xogħol ta' l-ekwipaġġi tal-vetturi ingaġġati fit-trasport fuq it-toroq internazzjonali (ERTA) ta' l-1 ta' Lulju 1970, kif inhu fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ ta'dan il-Ftehim jew għandhom japplikaw regolamenti identiċi mar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 kif sussegwentament emendati. L-Artikolu 10 Dispożizzjonijiet tekniċi 1. Il-Bulgarija għandha tadotta miżuri ekwivalenti ma' dawk mogħtija fl-Anness 2 saż-żmien fid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u għal dawk mogħtija fl-Anness 3 fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. 2. Il-Partijiet Kontraenti ta' dan il-Ftehim għandhom jimplimentaw il-Ftehim Ewropew li jittratta t-transitu internazzjonali ta' merkanzija perikoluża fuq it-toroq (ADR) tat-30 ta' Settembru 1957, kif fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. 3. Il-Bulgarija għandha tagħmel ħilitha biex tarmonizza fuq il-bażi tar-regoli tal-Komunità, il-leġislazzjoni tagħha dwar it-transitu ta' l-oġġetti li jistgħu jeħżienu, annimali ħajjin u l-oġġetti perikolużi. 4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiġbru l-esperjenza tagħhom u jagħmlu skambju ta' l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni tagħhom sabiex itejbu l-moviment u s-salvagwardja tat-traffiku matul perjodi ta' użu qawwi (tmiem il-ġimgħa, festi pubbliċi, staġuni turistiċi). 5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw fl-inkoraġġiment għall-introduzzjoni, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni għat-traffiku tat-toroq inter-operabbli. 6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu l-għalmu tagħhom ukoll biex jarmonizzaw l-assistenza teknika li għandha tkun ipprovduta lis-sewwieqa, id-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni essenzjali dwar it-traffiku u s-servizzi ta' l-emerġenza li jinkludu s-servizzi ta' l-ambulanzi u fatturi oħra li jikkonċernaw lis-sewwieqa. IT-TITOLU IV SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET L-Artikolu 11 Simplifikazzjoni tal-formalitajiet 1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jissimplifikaw il-formalitajiet li jirrigwardaw il-moviment tal-merkanzija ttrasportata bi qbil mal-Ftehim preżenti. 2. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jibdew negozjati bil-għan li jikkonkludu ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-kontrolli u l-formalitajiet li jirrigwardaw it-transitu tal-merkanzija. 3. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, sal-limitu meħtieġ, li jieħdu azzjoni konġunta dwar, u biex jinkoraġġixxu, l-adozzjoni ta' aktar miżuri ta' simplifikazzjoni. IT-TITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI L-Artikolu 12 Twessigħ ta' l-iskop Jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti tikkonkludi, fuq il-bażi ta' l-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, li miżuri oħra li ma jidħlux fl-ambitu ta' dan il-Ftehim ikunu fl-interess ta' strateġija kkoordinata għat-trasport Ewropew u, partikolarment, li tista' tgħin biex issolvi l-problemi tat-transitu tat-traffiku, hi għandha tagħmel suġġerimenti f'dan ir-rigward lill-Parti Kontraenti l-oħra. L-Artikolu 13 Kumitat Konġunt Il-korp responsabbli għall-kooperazzjoni għandu jkun Kumitat Konġunt li jkun magħruf bħala il-"Kumitat tat-Trasport tal-Komunità/Bulgarija". Il-Kumitat għandu: - jkun magħmul minn rappreżentanti appuntati mill-Komunità u mill-Bulgarija, - jiltaqa' mat-talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, alternattivament fit-territorju ta' kull waħda mill-Partijiet Kontraenti, - jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu, - jaġixxi bi ftehim reċiproku, - jassigura l-implimentazzjoni xierqa ta' dan il-Ftehim u, partikolarment: (a) għandu jeżamina mezzi ta' kooperazzjoni u jħeġġeġ it-trasport mgħaqqad, u għandu jirrevedi minn ta' l-anqas kull sentejn il-progress magħmul lejn ir-realizzazzjoni ta' dawn l-għanijet, (b) għandu jirrevedi l-l-annessi għal dan il-Ftehim minn ta' l-anqas kull sentejn, (ċ) għandu jirrisolvi kull disgwid li jista' jinqala matul l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, id-deċiżjoni għanda tkun irreferuta għal-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat Konġunt li għandu jinżamm fi żmien xahrejn mid-data tar-referenza bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tiegħu tal-proċedura, d) għandu jikkoordina l-immonitorjar, ibassar statistiki oħra li jirrelataw ix-xogħol mat-triq internazzjonali u trasport mgħaqqad u, partikolarment, tansitu tat-traffiku tat-toroq, (e) għandu, kif meħtieġ, jadotta miżuri li jikkonċernaw l-adattazzjoni teknika tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim preżenti, (f) għandu jipprepara xi rakkomandazzjonijiet għal żieda possibbli fin-numru ta' l-awtorizzazzjonijiet/timbri adeżivi, (g) għandu jiddiskuti, kif meħtieġ, it-topiki relevanti l-oħra kollha għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-Artikolu 14 Ksur tal-liġi 1. Fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim minn vettura tat-triq, jew minn sewwieq ta' vettura bħal dik, l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tiegħu ikun seħħ il-ksur jista' jinnotifika dak il-ksur lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra, li tista' tieħu l-passi kif hemm ipprovdut mil-liġijiet nazzjonali tiegħu. 2. L-awtorità kompetenti li tirċievi notifikazzjoni bħal din għandha mill-aktar fis possibbli tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra bl-azzjoni meħuda. 3. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-sanzjonijiet legali li jistgħu jkunu applikati mill-qrati jew mill-awtoritajiet tar-rinfurzar, ta' xi wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jew tal-Bulgarija, li fit-territorju tiegħu jkun seħħ il-ksur. L-Artikolu 15 Tul taż-żmien tal-Ftehim Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perjodu ta' ħames snin. Jekk l-ebda Parti Kontraenti ma tiddenunzjah, fi żmien sitt xhur qabel id-data ta' l-għeluq ta' dan il-perjodu, il-Ftehim għandu jkun awtomatikament imġedded għall-perjodu ta' tliet snin. L-Artikolu 16 Denunzja tal-Ftehim Kull Parti tista' tiddenunzja l-Ftehim b'avviż ta' sitt xhur li jkun innotifikat lill-Parti l-oħra. L-Artikolu 17 L-Annessi L-Annessi għandhom jiffurmaw parti integrali ta' dan il-Ftehim. L-Artikolu 18 Lingwi Dan il-Ftehim għandu jkun imħejji f'żewġ kopji f'dawn l-ilsna: Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Protugiż, Spanjol, Svediż u Bulgaru, bit-test f'kull waħda minnhom ikun ugwalment awtentiku. L-Artikolu 19 Dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż bi qbil mall-proċeduri tal-Partijiet Kontraenti. Dan għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop. V Bruselu dne dvacátého šestého července dva tisíce.Hecho en Bruselas, el veintiseis de julio del año dos mil.Udfærdiget i Bruxelles den seksogtyvende juli to tusind.Geschehen zu Brüssel am sechsundzwanzigsten Juli zweitausend.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι έξι Ιουλίου δύο χιλιάδες.Done at Brussels on the twenty-sixth day of July in the year two thousand.Fait à Bruxelles, le vingt-six juillet deux mille.Fatto a Bruxelles, addì ventisei luglio duemila.Gedaan te Brussel, de zesentwintigste juli tweeduizend.Feito em Bruxelas, em vinte e seis de Julho de dois mil.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhatta.Som skedde i Bryssel den tjugosjätte juli tjugohundra.Подписано на 26 юли 2000 г. в Брюксел Za Evropské společenstvíPor la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ 3а Република България +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------