Official Journal L 088 , 04/04/2002 P. 0012 - 0013
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2002 ta' l-1 ta' Frar 2002 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Numru 158/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/53/KE ta' l-10 ta' Lulju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar apparat tal-baħar [2] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt numru 56d (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) ta' L-Anness XIII tal-Ftehim: "- 32001 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/53/KE ta' l-10 ta' Lulju 2001 (ĠU L 204, tat-28.7.2001, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2001/53/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fil-qasam Supplimentari tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2001, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Frar 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 36. [2] ĠU L 204, tat-28.7.2001, p. 1. [3] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------