<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-559/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0559</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:512">EU:C:2021:512</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>35</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>35</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210624">24.6.2021</DATE> – Kawża C‑559/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Spanja (Deterjorazzjoni taż-żona naturali ta’ Doñana)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210624">24 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 258 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Żona naturali protetta ta’ Doñana (Spanja)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/60/KE</KEYWORD><KEYWORD>Qafas għal politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(b)(i), Artikolu 5, Artikolu 11(1), Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e), kif ukoll Artikolu 11(4)</KEYWORD><KEYWORD>Deterjorazzjoni tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art li huma meqjusa bħala li huma esposti għal riskju ta’ deterjorazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri bażiċi u miżuri supplimentari adegwati</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(2)</KEYWORD><KEYWORD>Deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑559/19,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fit‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn C. Hermes, E. Manhaeve u E. Sanfrutos Cano, sussegwentement minn C. Hermes, E. Manhaeve u M. Jáuregui Gómez, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, inizjalment irrappreżentat minn L. Aguilera Ruiz, sussegwentement minn J. Rodríguez de la Rúa Puig u M.‑J. Ruiz Sánchez, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħda taġixxi bħala Mħallef tal-Ewwel Awla, M. Safjan, P. G. Xuereb, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tal-Ewwel Awla, u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, minn naħa, taħt l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20001023">23 ta’ Ottubru 2000</DATE> li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, L 327, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="260" PAGE.FIRST="70" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 260, p. 70</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 353, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2000/60<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri flimkien mal-Artikolu 1(a) u mal-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II tagħha, u taħt l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e) kif ukoll taħt l-Artikolu 11(4) tal-imsemmija direttiva, u, min-naħa l-oħra, taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, fir-rigward tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art u tal-habitats fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana (Spanja).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2000/60</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/60:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ interni, ilmijiet temporanji, ilmijiet tal-kosta u ilmijiet ta’ taħt l-art li:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jipprevjeni aktar deterjorazzjoni u jipproteġi u jżid l-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi u, bil-konsiderazzjoni tal-ħtiġiet tagħhom ta’ l-ilma, ekosistemi terrestri u artijiet mistagħdra li jiddependu direttament fuq ekosistemi akkwatiċi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>u b’hekk jikkontribwixxi:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>sabiex ikun provdut il-forniment suffiċjenti ta’ kwalità tajba ta’ ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ kif meħtieġ għal użu ta’ l-ilma b’mod sostenibbli, bilanċjat u ekwitabbli,</P></ITEM><ITEM><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 4(4) ta’ din id-direttiva jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-ilma ta’ taħt l-art</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul tal-kontaminanti fl-ilma ta’ taħt l-art u biex jipprevjenu id-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu11(3)(j);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jridu jipproteġu, jiżviluppaw u jsaħħu l-korpi kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, jiżguraw bilanċ bejn estrazzjoni u charge mill-ġdid ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, bil-mira għal ksib ta’ stat tajjeb ta’ l-ilma ta’ taħt l-art mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, skond mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu11(3)(j);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex terġa tinġieb lura kif kienet kull trend fiż-żieda sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjoni ta’ kull kontaminant li jirriżulta mill-impatt ta’ attività umana sabiex progressivament jitnaqqas it-tniġġiż ta’ l-ilma ta’ taħt l-art.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għal żoni protetti</TXT><P>L-Istati Membri jridu jikkonformaw ma’ kull standard u ma’ l-għanijiet mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, sakemm ma’ jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt liema, l-oqsma protetti individwali jkunu twaqqfu.</P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-finijiet ta’ kisba tal-għanijiet f’fażijiet għal korpi ta’ ilma, sakemm ma titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp tal-ilma affettwat meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu:</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull Stati Membru jrid jiżgura li għal kull distrett tal-baċin tax-xmara jew għal parti ta’ distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa fi ħdan it-territorju tiegħu:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>analiżi tal-karatteristiċi tiegħu,</P></ITEM><ITEM><P>reviżjoni tal-impatt ta’ attività umana fuq l-istat ta’ l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ, u</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>analiżi ekonomika ta’ użu ta’ l-ilma</P></ITEM></LIST></P><P>hija marbuta skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa fl-Anness II u III u li huwa komplut sa’ l-anqas erba snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-analiżi u riviżjonijiet imsemmija taħt paragrafu 1 iridu jiġu riveduti, u jekk meħtieġ aġġornati sa’ l-anqas 13 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull wara sitt xhur [sitt snin].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jrid jiżgura li jkun stabbilit għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, jew għall-parti ta’ distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara fi ħdan it-territorju tiegħu, programm ta’ miżuri, b’konsiderazzjoni tar-riżultati ta’ l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, sabiex jinkisbu l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4. Dawn il-programmi ta’ miżuri jistgħu jirreferu għal miżuri li joħorġu minn leġislazzjoni adottata f’livell nazzjonali u tkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru. Fejn hu xieraq, Stat Membru jista’ jadotta miżuri applikabbli għad-distretti kollha tal-baċin tax-xmara u/jew il-parti ta’ distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa’ fi ħdan it-territorju tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull programm ta’ miżuri jrid jinkludi l-miżuri <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> speċifikati f’paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, miżuri <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Miżuri bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> huma l-ħtiġiet minimi li jridu jiġu mħarsa u jikkonsistu f’:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dawk il-miżuri meħtieġa biex jimplimetaw leġislazzjoni Komunitarja għall-protezzjoni ta’ l-ilma, inklużi miżuri meħtieġa taħt il-leġislazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 u f’parti A ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>miżuri biex jippromwovu użu effiċjenti u sostenibbli ta’ l-ilma sabiex ma tkunx kompromessa il-kisba ta’ l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 4;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>kontrolli fuq l-estrazzjoni ta’ ilma ħelu tal-wiċċ u tal-qiegħ, u sekwestru ta’ ilma ħelu tal-wiċċ, inkluż reġistru jew reġistri ta’ l-estrazzjoni ta’ l-ilma u ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal estrazzjoni u sekwestru. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn dawn il-kontrolli, estrazzjonijiet jew teħid li m’għandhomx impatt sinifikanti fuq stat ta’ l-ilma;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Miżuri <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> huma dawk il-miżuri ddisinjati u implimentati b’żieda mal-miżuri bażiċi, bl-għan tal-kisba ta’ l-għanijiet stabbiliti skond l-Artikolu 4. Parti B ta’ l-Anness VI fiha lista mhux esklussiva ta’ dawn il-miżuri.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu ukoll jadottaw aktar miżuri supplimentarji sabiex jipprovdu protezzjoni addizzjonali jew meljorament ta’ ilmijiet koperti minn din id-Direttiva, inklużi fl-implimentazzjoni tal-ftehim relevanti internazzjonali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 2.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Karatterizzazzjoni inizjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Istati Membri jridu jagħmlu karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art biex jistmaw l-użu tagħhom u l-grad fejn huma jkunu fir-riskju li jonqsu li jilħqu l-għanijiet għal kull korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art skond l-Artikolu 4. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu fi grupp korpi ta’ l-ilma tal-qiegħ flimkien ma’ l-iskopijiet ta’ din il-karatterizzazzjoni inizjali. Din l-analiżi tista’ tagħmel użu ta’ data eżistenti idroloġikali, ġeoloġiċi, pedoloġikali, użu fuq l-art, ħruġ, estrazzjoni u fatti magħrufa data oħra imma trid tidentifika:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-lokazzjoni u l-fruntieri tal-korp jew korpi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art,</P></ITEM><ITEM><P>il-pressjonijiet li għalihom il-korp jew korpi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art huma sottoposti, inklużi:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>sorsi ta’ tixrid ta’ tniġġiż</P></ITEM><ITEM><P>sorsi ta’ punt ta’ tniġġiż</P></ITEM><ITEM><P>estrazzjoni</P></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 2.2 tal-Anness II ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Aktar karatterizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Skond din il-karatterizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri jridu jagħmlu aktar karatterizzazzjoni minn dawk il-korpi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jew mill-gruppi ta’ korpi li ġew identifikati bħala li jkunu fir-riskju, sabiex tkun stabbilita stima aktar preċiża tas-sinifikat ta’ dan ir-riskju u identifikazzjoni tal-miżuri kollha li jinħtieġu taħt l-Artikolu 11. Għalhekk, din il-karatterizzazzjoni trid tinkludi informazzjoni relevanti fuq l-impatt ta’ attività umana u, fejn relevanti, informazzjoni fuq:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>karatteristiċi ġeoloġiċi tal-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art inkluż l-estent u t-tip ta’ unitajiet ġeoloġiċi,</P></ITEM><ITEM><P>karatteristiċi idroġeoloġiċi tal-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art inkluża konduttività idrawlika, porożità u għeluq,</P></ITEM><ITEM><P>karatteristiċi tad-depożiti superfiċjali u ħamriji fil-wesgħa minn fejn il-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu, inkluża l-ħxuna, porożità, konduttività idrawlika, u propjetajiet assorbenti tad-depożiti u ħamriji,</P></ITEM><ITEM><P>karatteristiċi ta’ stratifikazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art fi ħdan il-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art,</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>inventorju ta’ sistemi assoċjati tal-wiċċ, inklużi ekosistemi terrestri u korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ, li magħhom il-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art huwa dinamikament magħqud,</P></ITEM><ITEM><P>stimi tad-direzzjonijiet u rati ta’ skambju ta’ l-ilma bejn il-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art u sistemi assoċjati tal-wiċċ,</P></ITEM><ITEM><P>data suffiċenti biex tiġi kalkulata r-rata medja annwali taż-żmien twil ta’ recharge ġenerali,</P></ITEM><ITEM><P>karatterizzazzjoni tal-kompożizzjoni kimika ta’ l-ilma ta’ taħt l-art, inkluża speċifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet minn attività umana. L-Istati Membri jistgħu jużaw tipoloġiji għal karatterizzazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art meta jkunu stabbiliti livelli naturali ta’ sfond għal dawn il-korpi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt 2.1.2 tal-Anness V tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Definizzjoni ta’ stat kwantitattiv<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[l]ivell ta’ l-ilma ta’ taħt l-art<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-livell ta’ l-ilma ta’ taħt l-art fil-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art huwa tant li riżorsi disponibbli ta’ l-ilma ta’ taħt l-art ma’ jaqbżux ir-rata medja annwali ta’ żmien twil ta’ estrazzjoni.</P><P>Skond, il-livell ta’ l-ilma ta’ taħt l-art ma’ jkunx soġġett għal alterazzjonijiet antropoġeniċi tant li jirriżulta:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>nuqqas ta’ ksib tal-għanjiet ambjentali speċifikati taħt l-Artikolu 4 għal ilmijiet tal-wiċċ assoċjati,</P></ITEM><ITEM><P>kull nuqqas sinifikanti fl-istat ta’ ċerta ilmijiet,</P></ITEM><ITEM><P>kull ħsara sinifikanti f’ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq il-korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art</P></ITEM></LIST></P><P>u alterazzjonijiet f’direzzjonijiet ta’ tnixxija li jirriżultaw minn bdil tal-livell jistgħu jseħħu temporanjament, jew kontinwament f’żona spazjali limitata, imma ċerta dawrien bil-kontra tad-direzzjoni ma’ jikkawżawx ilma mielaħ jew intrużjoni oħra, u ma’ jindikax trend indotta antropoġenikalment sostnuta u identifikata b’mod ċar fid-direzzjoni tal-fluss li x’aktarx tirriżulta f’dawn l-intrużjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 92/43</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(e) tad-Direttiva 92/43 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali jfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq l-habitat naturali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet kif ukoll l-għajxien fit-tul ta’ l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2.</TXT><P>L-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali jitqies <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> meta:</P><?PAGE NO="7"?><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-medda naturali tiegħu u ż-żoni li jkopri f’dik il-medda huma stabbli jew qed jiżdiedu,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun mantenut fit-tul jeżistu u x’aktarx jibqgħu jeżistu fil-ġejjieni prevedibbli,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi tipiċi hu favorevoli kif imfisser f’(i)<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) u (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanjiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandhom jissostitwixxu kull obbligu li joħroġ mill-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva [tal-Kunsill] 79/409/KEE [tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE> Dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) dwar iż-żoni klassifikati skond l-Artikolu 4(1) jew meqjusa bl-istess mod skond l-Artikolu 4(2) tiegħu, mid-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mid-data tal-klassifikazzjoni jew għarfien minn Stat Membru skond id-Direttiva [79/409], meta d-data ta’ l-aħħar tiġi aktar tard.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għat-tilwima u l-proċedura prekontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Doñana hija żona naturali protetta li tinsab fil-Lbiċ ta’ Spanja (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>żona naturali protetta ta’ Doñana<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Din iż-żona tinkludi kemm il-park nazzjonali ta’ Doñana, maħluq fl-1969, u l-park naturali ta’ Doñana, maħluq fl-1989 u estiż fl-1997. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad‑<DATE ISO="20060719">19 ta’ Lulju 2006</DATE> li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 142M, p. 64</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni inkludiet f’dan l-elenku tliet żoni protetti li jinsabu f’dan il-park tal-aħħar, jiġifieri Doñana, li hija meqjusa bħala żona ta’ protezzjoni speċjali u li għandha l-kodiċi ZEPA/LIC ES0000024, Doñana Norte y Oeste, li hija wkoll meqjusa bħala żona ta’ protezzjoni speċjali u li għandha l-kodiċi ZEPA/LIC ES6150009, u Dehesa del Estero y Montes de Moguer, li hija meqjusa bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni u li għandha l-kodiċi ZEC ES6150012. Dawn iż-żoni huma protetti permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni<?PAGE NO="8"?> dwar il-preservazzjoni tan-natura. B’mod partikolari, l-għadajjar temporanji Mediterranji taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, indikati bil-kodiċi 3170*, bħala tip ta’ habitat ta’ prijorità, jikkostitwixxu l-ekosistema li tikkaratterizzahom bl-aħjar mod u li l-importanza tagħha ġiet irrikonoxxuta fil-livell internazzjonali, minn naħa, mill-konvenzjoni konkluża fit‑<DATE ISO="19710202">2 ta’ Frar 1971</DATE> f’Ramsar, dwar l-artijiet mistagħdra ta’ importanza internazzjonali speċjalment bħala l-habitat għall-għasafar tal-ilma, u, min-naħa l-oħra, mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), li inkludiethom fil-lista tal-patrimonju dinji fl-1994.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60, iż-żona naturali protetta ta’ Doñana ġiet integrata f’korp wieħed ta’ ilma ta’ taħt l-art, dik ta’ Almonte-Marismas (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>akwifer ta’ Almonte-Marismas<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fil-Plan Hidrológico del Guadalquivir 2009-2015 (il-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015), approvat, taħt l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, permezz tar-Real Decreto 355/2013 por el que se aprueba el Plan Hidrológico de la Demarcación Hidrográfica del Guadalquivir (id-Digriet Irjali 355/2013 li Japprova l-Pjan Idroloġiku tad-Distrett Idrografiku tal-Guadalquivir), tas‑<DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE> (BOE Nru 121, tal‑<DATE ISO="20130521">21 ta’ Mejju 2013</DATE>, p. 38229, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). Dan il-pjan ġie ssostitwit bil-Plan Hidrológico del Guadalquivir 2015-2021 (il-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021), approvat permezz tar-Real Decreto 1/2016 por el que se aprueba la revisión de los Planes Hidrológicos de las demarcaciones hidrográficas del Cantábrico Occidental, Guadalquivir, Ceuta, Melilla, Segura y Júcar, y de la parte española de las demarcaciones hidrográficas del Cantábrico Oriental, Miño-Sil, Duero, Tajo, Guadiana y Ebro (id-Digriet Irjali 1/2016 li Japprova r-Reviżjoni tal-Pjanijiet Idroloġiċi tad-Distretti Idrografiċi ta’ Cantábrico Occidental, Guadalquivir, Ceuta, Melilla, Segura u Júcar, kif ukoll tal-Parti Spanjola tad-Distretti Idrografiċi ta’ Cantábrico Oriental, Miño-Sil, Duero, Tajo, Guadiana u Ebro), tat‑<DATE ISO="20160108">8 ta’ Jannar 2016</DATE> (BOE Nru 16, tad‑<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, p. 2972, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). F’dan it-tieni pjan, l-akwifer ta’ Almonte-Marismas ġie diviż f’ħames korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art, jiġifieri dawk ta’ Manto eólico de Doñana, ta’ Marismas de Doñana, ta’ Marismas, ta’ Almonte u ta’ La Rocina (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>akwifer ta’ Doñana<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul is-sena 2009, il-Kummissjoni rċeviet diversi lmenti dwar id-deterjorazzjoni tal-habitats taż-żona naturali protetta ta’ Doñana. Dawn l-ilmenti kienu jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-isfruttament eċċessiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ta’ din iż-żona li magħhom huma konnessi ż-żoni mistagħdra tal-imsemmija żona naturali. It-tħassib espress permezz tal-imsemmija lmenti tressaq ukoll għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew fil-forma ta’ mistoqsijiet bil-miktub jew ta’ petizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20141017">17 ta’ Ottubru 2014</DATE>, fi tmiem proċedura miftuħa fil-kuntest tal-mekkaniżmu EU-Pilot dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea mir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni bagħtet lil dan l-Istat Membru ittra ta’ intimazzjoni fejn informatu li fil-fehma tagħha huwa kien naqas milli jwettaq, minn naħa, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-Artikolu 1(a) u mal-punt 2.1.2 tal-Anness V tagħha, taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II tagħha, u taħt l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e) u l-Artikolu 11(4) tal-imsemmija direttiva, kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, fir-rigward kemm tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art kif ukoll tal-habitats taż-żona naturali protetta ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja wieġeb għal din l-ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li eżaminat it-tweġiba tar-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni ħarġet, fid‑<DATE ISO="20160429">29 ta’ April 2016</DATE>, opinjoni motivata (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>opinjoni motivata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), li fiha tenniet il-pożizzjoni tagħha espressa fl-ittra ta’ intimazzjoni tagħha, fis-sens li dan l-Istat Membru naqas:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel, milli jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni, milli jwettaq karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas li huma esposti għal riskju ta’ deterjorazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet, milli jfassal miżuri bażiċi u miżuri supplimentari adegwati sabiex jinkludi dawn il-miżuri fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015 u fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, kif ukoll</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’, milli jadotta l-miżuri adegwati sabiex jevita d-deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi li jinsabu fiż-żoni protetti tar-Reġjun ta’ Doñana, b’mod partikolari fiż-żoni Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012), imsemmija fil-punt 12 ta’ din is-sentenza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’din l-opinjoni motivata, il-Kummissjoni stiednet lir-Renju ta’ Spanja jirrimedja n-nuqqasijiet ikkonstatati qabel id‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20160809">9 ta’ Awwissu 2016</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja wieġeb għall-opinjoni motivata u informa lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati sabiex jiġu rrimedjati l-imsemmija nuqqasijiet, miżuri li huwa jsostni huma essenzjalment inklużi fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021. Ir-Renju ta’ Spanja enfasizza wkoll il-miżuri adottati fil-pjan speċjali ta’ ġestjoni taż-żoni ta’ irrigazzjoni li jinsabu fit-Tramuntana tal-qasam forestali ta’ Doñana, approvat fl-2014 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>pjan speċjali ta’ irrigazzjoni ta’ Doñana tal-2014<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li qieset li l-miżuri kkomunikati mir-Renju ta’ Spanja kienu insuffiċjenti sabiex tintemm is-sitwazzjoni ta’ nuqqas identifikata fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana, il-Kummissjoni ddeċidiet, fl‑<DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE>, li tippreżenta r-rikors ineżami.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-preżentazzjoni ta’ provi ġodda wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20210414">14 ta’ April 2021</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja talab li jiġi awtorizzat jipproduċi provi ġodda wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura, taħt l-Artikolu 128(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, u ppreżenta lil din tal-aħħar id-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Rapport iffinalizzat tal-missjoni konġunta tal-monitoraġġ reattiv taċ-Ċentru tal-Patrimonju Dinji/UICN/Ramsar tal-Park Nazzjonali ta’ Doñana<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, mibgħut mill-UNESCO lil dan l-Istat Membru fit‑<DATE ISO="20210408">8 ta’ April 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 128(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li tkun tixtieq tipproduċi provi jew tipproponi provi ġodda wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura għandha tagħti r-raġunijiet għaliex dawn il-provi ġew ippreżentati tard u l-President jista’, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, jagħti terminu lill-parti l-oħra sabiex tieħu pożizzjoni dwar dawn il-provi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha diġà l-parti l-kbira tal-informazzjoni li tinsab f’dan ir-rapport u tqis li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tagħti deċiżjoni mingħajr ma huwa meħtieġ li l-kawża tinqata’ fuq il-bażi ta’ provi ġodda li ma kinux is-suġġett ta’ dibattitu bejn il-partijiet. Għaldaqstant, ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tar-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2000/60 fir-rigward tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żoni protetti taż-żona naturali protetta ta’ Doñana kif ukoll milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 92/43 fir-rigward tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi li jinsabu fl-imsemmija żoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qiegħda essenzjalment takkuża lir-Renju ta’ Spanja li naqas milli jadotta l-miżuri meħtieġa mid-Direttiva 2000/60 sabiex tiġi rrimedjata d-deterjorazzjoni tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana. Skont il-Kummissjoni, din id-deterjorazzjoni hija dovuta, b’mod partikolari, għal attivitajiet antropoġeniċi li għandhom l-effett li jibdlu l-bilanċ bejn l-estrazzjoni u r-rikostituzzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka tliet ilmenti, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-Artikolu 1(a) u mal-punt 2.1.2 tal-Anness V tagħha, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II tal-imsemmija direttiva, u, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 11(1), tal-Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e), kif ukoll tal-Artikolu 11(4) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, bi ksur tal-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana. Hija tosserva li din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-punt 2.1.2 tal-Anness V ta’ din id-direttiva, timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jevitaw li interventi antropoġeniċi jibdlu l-livell tal-ilma ta’ taħt l-art filwaqt li jikkawżaw, b’hekk, ħsara għall-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament minn dawn il-korpi ta’ ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza, b’mod partikolari, li l-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015 kif ukoll il-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 juru li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, meta jindika b’mod żbaljat, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas jinsab fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, ir-Renju ta’ Spanja evalwa b’mod baxx wisq id-deterjorazzjoni kostanti kkawżata mill-isfruttament eċċessiv tal-akwiferi tar-Reġjun ta’ Doñana permezz ta’ estrazzjoni eċċessiva ta’ ilma għall-artijiet irrigabbli li dejjem jiżdiedu u ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi evitata din id-deterjorazzjoni. Il-Kummissjoni tenfasizza,<?PAGE NO="11"?> f’dan ir-rigward, li t-tnaqqis fil-livelli tal-ilma ta’ taħt l-art fl-imsemmi akwifer kkawża l-aċidifikazzjoni tal-għadajjar temporanji, u b’hekk ikkawża ħsara sinjifikattiva lill-ekosistemi terrestri li kienu jiddependu direttament minn dan l-istess akwifer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ssostni li d-deterjorazzjoni invokata ġiet ikkonfermata bl-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, li fih l-akwifer ta’ Almonte-Marismas ġie diviż f’ħames korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art. Il-Kummissjoni tosserva li, f’dan il-pjan idroloġiku, ġie rrikonoxxut b’mod uffiċjali li tlieta minn dawn il-korpi ta’ ilma, jiġifieri dawk ta’ Marismas, ta’ Almonte u ta’ La Rocina (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tliet korpi ta’ ilma<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), kienu jinsabu fi stat kwantitattiv ħażin u li tnejn minnhom, jiġifieri dawk ta’ Marismas u ta’ Almonte, kienu jinsabu wkoll fi stat kimiku ħażin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenfasizza li d-deterjorazzjoni tat-tliet korpi ta’ ilma, li jalimentaw l-akwifer ta’ Almonte-Marismas, għadha għaddejja attwalment, kif juri r-rapport tal-Confederación Hidrográfica del Guadalquivir (il-Konfederazzjoni Idrografika tal-Guadalquivir, Spanja), u għadha tikkawża ħsara lill-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament mill-imsemmija korpi ta’ ilma, anki wara l-adozzjoni tal-miżuri inklużi fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni u jsostni li l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60 ġew osservati b’mod sħiħ, l-ewwel permezz tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, u mbagħad permezz tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/60 jipprevedi l-possibbiltà li tiġi posposta l-osservanza tal-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 4(1)(b) ta’ din id-direttiva għall-finijiet tat-twettiq progressiv tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>għanijiet għal kopri ta’ l-ilma<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li uża din il-possibbiltà peress li kkonstata, wara d-dħul fis-seħħ tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, li ma kienx possibbli li jintlaħaq l-għan ta’ stat kwantitattiv tajjeb tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas, b’mod partikolari fir-rigward tat-tliet korpi ta’ ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Renju ta’ Spanja jallega li miżuri adegwati kienu ġew stabbiliti sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60 u sabiex b’hekk jiġu evitati deterjorazzjonijiet ġodda tal-korpi ta’ ilma kkonċernati. Dawn il-miżuri kienu jinkludu t-tnaqqis b’madwar 10 % tal-estrazzjoni totali ta’ ilma mill-korpi ta’ ilma, il-klassifikazzjoni tat-tliet korpi ta’ ilma li ma rnexxielhomx jilħqu l-għan ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala korpi ta’ ilma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>li jinsabu fir-riskju li ma jilħqux stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, is-sostituzzjoni tal-estrazzjoni ta’ ilma ta’ taħt l-art b’estrazzjoni ta’ ilma tal-wiċċ, l-intensifikazzjoni sa mis-sena 2015 tal-ispezzjonijiet fir-Reġjun ta’ Doñana bil-għan li tiġi evitata l-estrazzjoni ta’ ilma mingħajr awtorizzazzjoni kif ukoll il-ftuħ ta’ fajls ta’ sanzjonijiet u l-għeluq ta’ spieri illegali għall-estrazzjoni ta’ ilma. Ir-Renju ta’ Spanja josserva li l-miżuri adottati rriżultaw effettivi sa fejn, minn naħa, id-deterjorazzjoni kostanti tal-korp ta’ ilma ta’ Almonte waqfet u, min-naħa l-oħra, l-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ La Rocina u ta’ Marismas tjieb.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2000/60 hija direttiva qafas adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 175(1) KE (li sar l-Artikolu 192(1) TFUE). Hija tistabbilixxi prinċipji komuni u qafas globali ta’ azzjoni għall-protezzjoni tal-ilmijiet u tiżgura l-koordinazzjoni, l-integrazzjoni kif ukoll, fuq perijodu itwal, l-iżvilupp ta’ prinċipji ġenerali u ta’ strutturi li jippermettu l-protezzjoni<?PAGE NO="12"?> u użu ekoloġikament vijabbli tal-ilma fl-Unjoni Ewropea. Il-prinċipji komuni u l-qafas globali ta’ azzjoni stabbiliti minnha għandhom jiġu żviluppati iktar mill-Istati Membri permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri partikolari konformement mat-termini previsti f’din id-direttiva. Madankollu, l-għan ta’ din id-direttiva ma huwiex armonizzazzjoni kompleta tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-ilma (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:433">EU:C:2015:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 2000/60, l-għan tagħha huwa li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, tal-ilmijiet temporanji, tal-ilmijiet tal-kosta u tal-ilmijiet ta’ taħt l-art li jipprevjeni kull deterjorazzjoni ulterjuri, li jħares u li jtejjeb l-istat tal-ekosistemi akkwatiċi u tal-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament minnhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:433">EU:C:2015:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għan finali tad-Direttiva 2000/60 huwa li jintlaħaq, permezz ta’ azzjoni kkoordinata, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>istat tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tal-ilmijiet kollha tal-Unjoni, inklużi l-ilmijiet ta’ taħt l-art.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-għanijiet ambjentali li l-Istati Membri huma obbligati jilħqu fir-rigward tal-ilmijiet ta’ taħt l-art huma speċifikati fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni timponi żewġ obbligi distinti minn, iżda intrinsikament marbuta ma’ xulxin. Minn naħa, konformement mal-punt (i) ta’ din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu jew jillimitaw ir-rimi ta’ kontaminanti fl-ilmijiet ta’ taħt l-art u sabiex jipprevjenu d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art. Min-naħa l-oħra, skont il-punti (ii) u (iii) tal-imsemmija dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jipproteġu, itejbu u jistabbilixxu mill-ġdid il-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art sabiex jintlaħaq stat tajjeb sa mhux iktar tard mill-aħħar tas-sena 2015. Minn dan isegwi li l-ewwel obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60 jikkostitwixxi obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art, filwaqt li t-tieni obbligu, stabbilit fl-Artikolu 4(1)(b)(ii) u (iii) ta’ din id-direttiva, jikkostitwixxi obbligu ta’ titjib ta’ dan l-istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60 jistabbilixxi rabta bejn il-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa sabiex tiġi pprevenuta d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art li l-Istati Membri huma obbligati jadottaw skont din id-dispożizzjoni u l-eżistenza minn qabel ta’ pjan ta’ ġestjoni għad-distrett idrografiku kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jwettqu l-għanijiet kwalitattivi mfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni, jiġifieri l-preservazzjoni jew l-istabbiliment mill-ġdid ta’ stat kwantitattiv u kimiku tajjeb tal-ilmijiet ta’ taħt l-art, id-Direttiva 2000/60 tipprevedi sensiela ta’ dispożizzjonijiet, fosthom dawk tal-Artikoli 5 u 11 kif ukoll tal-Anness V, li jistabbilixxu proċess kumpless u li jinkludu diversi stadji rregolati fid-dettall, bil-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa, skont l-aspetti speċifiċi u l-karatteristiċi tal-korpi ta’ ilma identifikati fit-territorji tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:433">EU:C:2015:433</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-formulazzjoni, mill-istruttura u mill-għan tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 jirriżulta li l-obbligi previsti fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-ilmijiet tal-wiċċ u fir-rigward tal-ilmijiet ta’ taħt l-art huma ta’ natura vinkolanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif issostni l-Kummissjoni, li l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60 ma huwiex biss formulazzjoni programmatika ta’ sempliċi għanijiet ta’ ppjanar ta’ ġestjoni, iżda għandu effetti vinkolanti ladarba jiġi ddeterminat l-istat ekoloġiku tal-korp ta’ ilma kkonċernat, f’kull stadju tal-proċedura prevista f’din id-direttiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:391">EU:C:2020:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-ilment, il-Kummissjoni takkuża lir-Renju ta’ Spanja li naqas biss milli jwettaq l-obbligu li jipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art previst fl-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sa minn dan l-istadju, għandu jiġi miċħud l-argument tar-Renju ta’ Spanja li l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/60 jippermettilu jipposponi l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 4(1)(b) ta’ din id-direttiva fir-rigward, b’mod partikolari, tat-tliet korpi ta’ ilma li jinsabu fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana. Fil-fatt, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 153 tal-konklużjonijiet tagħha, l-eċċezzjoni dwar il-posponiment tat-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60 tapplika biss għall-obbligu ta’ titjib stabbilit fil-punt (ii) ta’ din id-dispożizzjoni, iżda mhux għall-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni previst fil-punt (i) tagħha, li n-nuqqas ta’ twettiq tiegħu qiegħed jiġi invokat mill-Kummissjoni f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk ir-Renju ta’ Spanja naqasx milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, bi ksur tal-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ proċedura dwar nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu, hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-eżistenza tan-nuqqas allegat u li għandha tipproduċi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi meħtieġa għall-verifika minn din tal-aħħar tal-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, u dan mingħajr ma l-Kummissjoni tista’ tibbaża ruħha fuq xi tip ta’ preżunzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ċipru (Ġbir u purifikazzjoni tal-ilma urban mormi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:171">EU:C:2020:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa biss meta l-Kummissjoni tkun ipprovdiet biżżejjed elementi sabiex tistabbilixxi l-eżistenza tan-nuqqas allegat li l-Istat Membru jkollu jikkontesta b’mod sostanzjali u ddettaljat l-elementi hekk ippreżentati u l-konsegwenzi li joħorġu minnhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (Sistema ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma użat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑427/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:269">EU:C:2019:269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-ġurisprudenza, mill-istruttura tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 jirriżulta li d-deterjorazzjonijiet tal-istat ta’ korp ta’ ilma, anki jekk tranżitorji, huma awtorizzati biss taħt kundizzjonijiet severi u li l-livell li minnu jiġi kkonstatat ksur tal-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat ta’ korp ta’ ilma għandu jkun baxx (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:433">EU:C:2015:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punti 123 sa 134 tal-konklużjonijiet tagħha, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-kuntest tal-ilmijiet ta’ taħt l-art li jkunu diġà fi stat ħażin, jeħtieġ żieda addizzjonali fid-defiċit diġà eżistenti u għalhekk sfruttament eċċessiv addizzjonali meta mqabbel ma’ sitwazzjoni preċedenti. F’dan id-dawl, l-assenza ta’ bilanċ bejn l-estrazzjoni u t-tiġdid tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tfisser li korp ta’ ilma ta’ taħt l-art ma jinsabx fi stat kwantitattiv tajjeb, kif iddefinit fil-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, mingħajr ma tikkostitwixxi, fiha nnifisha, deterjorazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b)(i) ta’ din id-direttiva. L-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħaq dan il-bilanċ, bħalma huma l-waqfien tal-estrazzjoni eċċessiva, u, għalhekk, sabiex jintlaħaq stat tajjeb tal-korp ta’ ilma ta’ taħt l-art inkwistjoni, tagħmel parti mill-obbligu ta’ titjib taħt l-Artikolu 4(1)(b)(ii) tal-imsemmija direttiva. Għaldaqstant, sakemm il-livell ta’ sfruttament eċċessiv ta’ korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fi stat kwantitattiv ħażin ma jiżdiedx, ma jkunx hemm deterjorazzjoni ta’ dan l-istat li tmur kontra l-obbligu previst fl-Artikolu 4(1)(b)(i) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li hemm deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, għar-raġunijiet, l-ewwel, li l-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015 fih żball ta’ klassifikazzjoni tal-istat kwantitattiv tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas, it-tieni, li l-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 jikkwalifika t-tliet korpi ta’ ilma bħala li jinsabu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>stat kwantitattiv ħażin<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u, it-tielet, li b’konsegwenza tal-miżuri insuffiċjenti stabbiliti fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, l-istat tat-tliet korpi ta’ ilma ddeterjora.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iżball ta’ klassifikazzjoni tal-istat kwantitattiv tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas imwettaq fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni takkuża lir-Renju ta’ Spanja, fl-ewwel lok, li indika b’mod żbaljat, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas kien jinsab fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, u li qies, għaldaqstant, li l-livell tal-ilma ta’ taħt l-art tal-imsemmi akwifer ma kienx suġġett għal bidliet antropoġeniċi li setgħu jwasslu sabiex ma jintlaħqux l-għanijiet ambjentali previsti f’din id-direttiva jew ma setax jikkawża ħsara ambjentali lill-ekosistemi li kienu jiddependu direttament minnu. Skont il-Kummissjoni, din il-klassifikazzjoni żbaljata tikkostitwixxi l-prova tan-nuqqas min-naħa tar-Renju ta’ Spanja li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art fir-Reġjun ta’ Doñana, b’mod partikolari sabiex titnaqqas l-estrazzjoni eċċessiva ta’ ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, fid-data tal-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, jiġifieri fis‑<DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, kien hemm indizji suffiċjenti sabiex jitqies li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi kklassifikat bħala korp ta’ ilma li jinsab fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni pprovdiet diversi dokumenti li joriġinaw minn diversi sorsi xjentifiċi u uffiċjali, li hija ppreżentat bħala annessi mar-rikors tagħha, li juru li, fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-imsemmi pjan, l-akwifer ta’ Almonte-Marismas kien fir-riskju li ma jilħaqx l-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60 minħabba bidliet antropoġeniċi u, b’mod partikolari, minħabba estrazzjoni eċċessiva ta’ ilma minn artijiet irrigabbli fir-Reġjun ta’ Doñana</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif issostni l-Kummissjoni, il-pjan għall-użu tat-territorju tar-Reġjun ta’ Doñana, approvat permezz tad-Decreto 341/2003 del Gobierno de la Comunidad Autónoma de Andalucía por el que se aprueba el Plan de Ordenación del Territorio del ámbito de Doñana y se crea su Comisión de Seguimiento (id-Digriet Irjali 341/2003 tal-Gvern tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía li Japprova l-Pjan għall-Użu tat-Territorju tar-Reġjun ta’ Doñana u li Joħloq il-Kumitat ta’ Monitoraġġ Tiegħu), tad‑<DATE ISO="20031209">9 ta’ Diċembru 2003</DATE> (BOJA Nru 22, tat‑<DATE ISO="20040103">3 ta’ Jannar 2004</DATE>, p. 2866), kien diġà rrakkomanda lill-amministrazzjoni idrawlika Spanjola sabiex tiddikjara li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas kollu kien suġġett għal sfruttament eċċessiv jew kien jinsab f’riskju ta’ tali sfruttament, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta’ sfruttament eċċessiv u ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilmijiet ta’ dan l-akwifer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li l-elementi msemmija fil-punti 53 u 54 ta’ din is-sentenza, li huma mis-snin 2003, 2008, 2009 u 2012, jistgħu juru li, fid-data tal-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, l-akwifer ta’ Almonte-Marismas ma kienx jinsab fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, tali elementi, għall-kuntrarju, ma jippermettux li jiġi kkonstatat li l-klassifikazzjoni żbaljata tal-istat kwantitattiv ta’ dan l-akwifer, imwettqa fl-imsemmi pjan, kellha bħala konsegwenza li l-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana ġarrbu deterjorazzjoni, kif iddefinita fil-punt 48 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, taħt l-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, meta kklassifika b’mod żbaljat l-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni tat-tliet korpi ta’ ilma bħala li jinsabu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>stat kwantitattiv ħażin<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-prova tad-deterjorazzjoni tal-istat kwantitattiv tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas tirriżulta mill-fatt li, meta ġie approvat il-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, f’Jannar 2016, dan l-akwifer ġie diviż f’ħames korpi ta’ ilma, li minnhom it-tliet korpi ta’ ilma tqiesu li kienu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>stat kwantitattiv ħażin<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60. Skont il-Kummissjoni, l-emenda tal-imsemmi pjan tikkostitwixxi manifestazzjoni impliċita tal-eżistenza ta’ deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana meta mqabbel mal-istat tagħhom kif ippreżentat fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, tali argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-klassifikazzjoni l-ġdida tal-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana ma hijiex ħlief il-konsegwenza tad-diviżjoni tal-akwifer kollu ta’ Almonte-Marismas f’ħames korpi ta’ ilma distinti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tiegħu. Fil-fatt, b’konsegwenza ta’ din id-diviżjoni, l-istat kwantitattiv ħażin tat-tliet korpi ta’ ilma ħareġ fid-deher, filwaqt li, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, l-akwifer ta’ Almonte-Marismas, li kien ġie evalwat fl-intier tiegħu, tqies li kien fi stat kwantitattiv tajjeb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>B’hekk, kif stabbilixxa r-Renju ta’ Spanja, wara l-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, l-informazzjoni miġbura progressivament uriet li dan il-pjan kellu nuqqas ta’ preċiżjoni teknika fir-rigward tal-ewwel miżuri ta’ implimentazzjoni<?PAGE NO="16"?> tad-Direttiva 2000/60. Għal din ir-raġuni, l-akwifer ta’ Almonte-Marismas ġie diviż f’ħames korpi ta’ ilma distinti fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, bil-għan li jkun jista’ jiġi identifikat b’mod iktar faċli fejn hemm problemi fil-livell territorjali, bil-għan li jiġu identifikati b’mod iktar preċiż iż-żoni esposti għar-riskju li ma jintlaħqux l-għanijiet stabbiliti permezz tal-imsemmija direttiva u bil-għan li b’hekk titfassal risposta iktar effettiva u adegwata, li tikkonsisti essenzjalment fit-tnaqqis tal-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-provi prodotti mill-Kummissjoni ma humiex ta’ natura li jistabbilixxu li t-tliet korpi ta’ ilma meqjusa li jinsabu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>stat kwantitattiv ħażin<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> kienu fi stat aħjar qabel id-diviżjoni tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas. Għall-kuntrarju, kif jirriżulta mill-punt 52 ta’ din is-sentenza, id-dokumenti pprovduti mill-Kummissjoni jistabbilixxu li kien hemm indizji suffiċjenti, qabel l-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, sabiex jitqies li dan l-akwifer ma kienx fi stat kwantitattiv tajjeb. Għaldaqstant, mill-indikazzjoni, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, tal-istat kwantitattiv ħażin tat-tliet korpi ta’ ilma ma jistax jiġi dedott li dan l-istat kompla jiddeterjora meta mqabbel ma’ dak indikat fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-bidla tal-klassifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas, kif tinsab fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, bl-indikazzjoni, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, li t-tliet korpi ta’ ilma jinsabu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>stat kwantitattiv ħażin<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, kienet il-konsegwenza ta’ deterjorazzjoni tal-istat tal-imsemmi akwifer, kif iddefinita fil-punt 48 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-deterjorazzjoni tal-korpi tal-ilma fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana b’konsegwenza tal-miżuri insuffiċjenti allegatament stabbiliti fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, b’konsegwenza tal-miżuri insuffiċjenti adottati permezz tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, għadha għaddejja u għadha ma ġietx irrimedjata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, bir-riskju li l-istat kwantitattiv tajjeb tat-tliet korpi ta’ ilma ma huwiex ser jintlaħaq fit-termini previsti fl-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta’ nuqqas għandha tiġi evalwata fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat kif kienet tinsab fit-tmiem tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u l-bidliet li jseħħu sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L‑Irlanda (Sistema ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma użat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑427/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:269">EU:C:2019:269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata huwa d‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, għandha tiġi mwarrba parti mill-elementi prodotti mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi deterjorazzjoni kontinwa tal-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, b’mod partikolari l-parti l-kbira tal-artikli fl-istampa Spanjola u r-rapporti tal-organizzazzjoni mhux governattiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>World Wildlife Fund<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (WWF) li jinkludu informazzjoni dwar is-snin 2017, 2018 u 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk ir-Renju ta’ Spanja naqasx milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jipprevjeni d-deterjorazzjoni ta’ dawn il-korpi ta’ ilma sad‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni essenzjalment tqis li d-deterjorazzjoni attwali u kontinwa tal-istat kwantitattiv tal-imsemmija<?PAGE NO="17"?> korpi ta’ ilma hija murija, minn naħa, mill-estrazzjoni eċċessiva u kontinwa tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana u, min-naħa l-oħra, mid-deterjorazzjonijiet tal-ilmijiet tal-wiċċ u tal-ekosistemi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-estrazzjoni eċċessiva u kontinwa tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana, il-Kummissjoni ssostni li diversi provi li joħorġu minn studji xjentifiċi, minn rapporti tal-awtoritajiet Spanjoli u minn artikli tal-istampa, li l-kopji tagħhom huma annessi mar-rikors tagħha, jikkonfermaw iż-żieda b’ritmu baxx u kostanti, sa mis-sena 2000, fid-daqs tal-artijiet irrigati fir-Reġjun ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa minnu li tali elementi jistgħu jikkostitwixxu indizji ta’ sfruttament eċċessiv kontinwu tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas, xorta waħda jibqa’ l-fatt li dawn id-dokumenti ma jistabbilixxux li tali sfruttament eċċessiv sar iktar estiż, b’tali mod li kkawża deterjorazzjoni tal-imsemmi akwifer wara l-approvazzjoni, fit‑<DATE ISO="20160108">8 ta’ Jannar 2016</DATE>, tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, b’mod partikolari r-rapport tal-Konfederazzjoni Idrografika tal-Guadalquivir, ta’ April 2017, dwar l-istat tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas fir-rigward tas-sena idroloġika 2015 sa 2016, kif ukoll ir-rapport tad-Defensor del Pueblo (l-Ombudsman ta’ Spanja), tal‑<DATE ISO="20180810">10 ta’ Awwissu 2018</DATE>, annessi mar-rikors, sempliċement iwissu li l-użu kostanti tar-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art jikkostitwixxi theddida għall-istat tajjeb ta’ dan l-akwifer u tal-ekosistemi terrestri li jiddependu minnu, bir-riskju li ma jintlaħaqx stat kwantitattiv tajjeb fir-rigward tat-tliet korpi ta’ ilma meqjusa li huma fi stat kwantitattiv ħażin. Issa, il-fatt li korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art jibqgħu fi stat kwantitattiv ħażin ma jfissirx, fih innifsu, kif ġie osservat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, li dan l-istat iddeterjora iktar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 130 tal-konklużjonijiet tagħha, fil-każ ta’ stat kwantitattiv ħażin tal-ilmijiet ta’ taħt l-art, l-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni ta’ dan l-istat, previst fl-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, ma jistax jeżiġi li l-estrazzjoni eċċessiva tal-ilmijiet ta’ taħt l-art titnaqqas sal-punt li jintlaħaq il-bilanċ bejn din l-estrazzjoni u t-tiġdid tal-ilmijiet ta’ taħt l-art. Dan il-bilanċ jikkorrispondi għad-definizzjoni ta’ stat kwantitattiv tagħha, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 2.1.2 tal-Anness V ta’ din id-direttiva, li għandu jintlaħaq fil-kuntest tal-obbligu ta’ titjib previst fl-Artikolu 4(1)(b)(ii) u (iii) tal-imsemmija direttiva, li l-osservanza tiegħu ma ġietx ikkontestata fil-kuntest ta’ dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-każ ta’ stat kwantitattiv ħażin tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art, kif ikkonstatat fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, l-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat kwantitattiv ta’ dawn il-korpi ta’ ilma, previst fl-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60, jeħtieġ biss li l-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art ma tkomplix tiżdied sabiex ma jkunux aggravati l-kawżi tal-istat kwantitattiv ħażin ikkonstatat. Issa, il-Kummissjoni ma ressqitx prova li l-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art żdiedet wara l-approvazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 u lanqas li l-kawżi tal-istat kwantitattiv ħażin tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas aggravaw ruħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta data ta’ sorveljanza miġbura mill-Konfederazzjoni Idrografika tal-Guadalquivir li tindika li, sa minn tal-inqas mis-sena 2015, l-indikatur tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas qiegħed ixaqleb lejn li jilħaq mill-ġdid il-livelli preċedenti tiegħu, tendenza din li ġiet osservata kemm għall-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas u kemm għat-tliet korpi ta’ ilma, b’mod<?PAGE NO="18"?> partikolari għal dak ta’ La Rocina. B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li, skont ir-reġistri uffiċjali disponibbli, sa bejn wieħed u ieħor mis-sena 2015, il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana għaddew minn bidla pożittiva żgħira ħafna wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti intiżi li titnaqqas l-estrazzjoni ta’ ilma ta’ taħt l-art fir-Reġjun ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-istat kwantitattiv ħażin tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana aggrava minħabba estrazzjoni ikbar, bi ksur tal-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art previst fl-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deterjorazzjonijiet tal-ilmijiet tal-wiċċ u tal-ekosistemi, għandu jiġi osservat, kif għamlet l-Avukata Ġenerali fil-punt 149 tal-konklużjonijiet tagħha, li dawn id-deterjorazzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu indizji ta’ stat kwantitattiv ħażin tal-korp ta’ ilma ta’ taħt l-art inkwistjoni, iżda mhux indizji li jindikaw deterjorazzjonijiet addizzjonali ta’ dan l-istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni lanqas ma stabbilixxiet li tali indizji juru aggravazzjoni tal-istat kwantitattiv ħażin tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx id-deterjorazzjoni tat-tliet korpi ta’ ilma b’konsegwenza tal-miżuri li kienu ġew stabbiliti fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja ma applikax b’mod korrett l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II ta’ din id-direttiva, billi naqas milli jwettaq karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana li kienu jinsabu f’riskju li ma jilħqux l-għanijiet stabbiliti fl-imsemmija direttiva u, għaldaqstant, billi naqas milli jiddetermina l-miżuri neċessarji sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Hija essenzjalment takkuża lir-Renju ta’ Spanja li evalwa b’mod baxx wisq, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, l-impatti tal-estrazzjoni ta’ ilma fuq il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana u li ma identifikax il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art li kienu jinsabu f’riskju li ma jilħqux l-imsemmija għanijiet. Skont il-Kummissjoni, din il-karatterizzazzjoni inizjali insuffiċjenti waslet sabiex ir-Renju ta’ Spanja ma wettaqx karatterizzazzjoni iktar iddettaljata, kif jeżiġi l-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, u dan wassal għall-assenza sussegwenti ta’ adozzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-istess għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-karatterizzazzjoni mwettqa fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 ma rrimedjatx il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60, sa fejn din il-karatterizzazzjoni l-ġdida għadha mhix sħiħa u ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari dawk dwar id-determinazzjoni korretta tal-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva, l-ewwel, li<?PAGE NO="19"?> d-diviżjoni tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas f’ħames korpi distinti ta’ ilma ta’ taħt l-art ma fihiex deskrizzjoni suffiċjentement preċiża tal-istat kimiku u tal-istat kwantitattiv ta’ dawn il-korpi ta’ ilma, u dan jipprekludi li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60. It-tieni, il-Kummissjoni tinvoka n-natura insuffiċjenti tal-informazzjoni xjentifika disponibbli meta twettqet il-karatterizzazzjoni tal-imsemmija korpi ta’ ilma. It-tielet, hija tosserva li l-analiżi tal-pressjonijiet u tal-impatti tal-estrazzjoni fuq il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana fiha nuqqasijiet kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Spanjoli ma evalwawx b’mod korrett l-istat kwantitattiv tal-imsemmija korpi ta’ ilma sa fejn, li kieku saret evalwazzjoni adegwata, kien joħroġ fid-deher li l-korpi ta’ ilma kkonċernati kollha kienu jinsabu fir-riskju li ma jintlaħqux l-għanijiet ambjentali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jirribatti dawn l-argumenti u jsostni li huwa kkonforma debitament ruħu mal-obbligu, impost fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60, li jwettaq studju ta’ karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati, konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi II u III ta’ din id-direttiva. Skont ir-Renju ta’ Spanja, dan l-istudju twettaq inizjalment fl-2013, fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, u mbagħad fl-2016, fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li huwa wettaq karatterizzazzjoni inizjali adegwata tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art tad-distrett idrografiku ta’ Doñana. Huwa jsostni li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas tqies, b’mod globali, li għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, li kien jeżentah milli jwettaq studju ta’ karatterizzazzjoni iktar iddettaljata konformement mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60. Barra minn hekk, l-imsemmi pjan idroloġiku inkluda dan l-akwifer fost il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ta’ natura strateġika rriżervati fundamentalment għall-konsum mill-bniedem konformement mal-Artikolu 4(3) tal-istess pjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li, fil-kuntest tar-reviżjoni mwettqa fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, il-karatterizzazzjoni tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas ġiet emendata u dan l-akwifer ġie diviż għal raġunijiet idroġeoloġiċi u għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, kif ukoll mal-użu u mal-ġestjoni tat-territorju. Huwa jsostni li din id-diviżjoni tal-imsemmi akwifer f’ħames korpi distinti ta’ ilma ta’ taħt l-art ippermettiet evalwazzjoni iktar preċiża u iktar rappreżentattiva tal-istat ta’ kull wieħed minn dawn il-korpi ta’ ilma kif ukoll applikazzjoni iktar effettiva tal-programm ta’ miżuri stabbilit minn dan il-pjan idroloġiku. Skont ir-Renju ta’ Spanja, din il-karatterizzazzjoni tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas mhux biss hija kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60, iżda hija wkoll adegwata u suffiċjenti sabiex jiġi vverifikat sa fejn intlaħqu l-għanijiet stabbilita minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju ta’ Spanja, li jsostni li l-karatterizzazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60 twettqet permezz ta’ diversi studji idroloġiċi li fihom data u informazzjoni li l-volum u l-kwalità tagħhom huma diffiċli li jitqabblu ma’ dawk ta’ pjanijiet idroloġiċi oħra fi Spanja, isostni li dawn l-istudji għandhom jitqiesu bħala sors ta’ informazzjoni valida għall-finijiet ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Sabiex jissodisfaw l-għanijiet ambjentali ddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri għandu jkollhom stampa globali tal-karatteristiċi tal-korpi ta’ ilma kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, konformement mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri għandhom l-ewwel nett jidentifikaw il-baċini idrografiċi, jassenjawhom lil distretti u jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Sussegwentement, huma għandhom iwettqu l-karatterizzazzjoni tal-korpi ta’ ilma prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60 u fl-Annessi II u III tagħha. Skont din id-dispożizzjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li, għal kull distrett idrografiku li jinsab fit-territorju tiegħu, jitwettqu analiżi tal-karatteristiċi tiegħu, studju tal-impatti tal-attività tal-bniedem fuq l-istat tal-ilma ta’ taħt l-art u analiżi ekonomika tal-użu tal-ilma, konformement b’mod partikolari mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-imsemmija Annessi II u III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-analiżi u l-istudji msemmija fl-Artikolu 5(1) tagħha għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, aġġornati sa mhux iktar tard minn tlettax-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija direttiva u, imbagħad, kull sitt snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għandu jiġi osservat li l-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60 jistabbilixxi fid-dettall ir-rekwiżiti li l-Istati Membri għandhom josservaw fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art, u, jekk ikun meħtieġ, fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-punt 2.1 tal-Anness II ta’ din id-direttiva jistabbilixxi d-dettalji ta’ din il-karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-użu tagħhom u ta’ sa fejn jinsabu fir-riskju li ma jissodisfawx l-għanijiet ta’ kull korp ta’ ilma ta’ taħt l-art previsti fl-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom iwettqu, wara l-karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art, karatterizzazzjoni iktar iddettaljata ta’ dawk il-korpi li jkunu ġew identifikati bħala li huma esposti għal riskju li ma jissodisfawx l-imsemmija għanijiet, sabiex tiġi stabbilita evalwazzjoni iktar preċiża tal-portata ta’ dan ir-riskju u sabiex tiġi ddeterminata kull miżura meħtieġa skont l-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva. Din il-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata għandha tinkludi informazzjoni rilevanti dwar l-impatt tal-attività tal-bniedem fuq l-istat tal-imsemmija korpi ta’ ilma u, jekk ikun il-każ, informazzjoni rilevanti dwar karatteristiċi oħra tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-ilment, il-Kummissjoni takkuża, fl-ewwel lok, lir-Renju ta’ Spanja li ma wettaqx din il-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015 u, fit-tieni lok, li wettaqha b’mod inkomplet fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tagħha, li mill-Artikolu 5(1) u mill-Artikolu 13(6) kif ukoll mill-Anness VII tad-Direttiva 2000/60 jirriżulta li l-karatterizzazzjoni tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art għandha titfassal qabel l-istabbiliment tal-pjan ta’ ġestjoni u qabel ma’ din il-karatterizzazzjoni sservi ta’ bażi għall-kontenut ta’ dan il-pjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ingħad fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-mument tat-tfassil tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, kien hemm indizji suffiċjenti sabiex jitqies li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas, kif iddefinit f’dan il-pjan, kien is-suġġett ta’ sfruttament eċċessiv u kien fir-riskju li ma jilħaqx l-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-pjan ta’ użu tat-territorju tar-Reġjun ta’ Doñana, imsemmi fil-punt 54 ta’ din is-sentenza, kien jipproponi li dan l-akwifer jiġi ddikjarat bħala suġġett għal sfruttament eċċessiv jew kien fir-riskju li jkun suġġett għal tali sfruttament. Barra minn hekk, fir-replika tagħha, il-Kummissjoni ssemmi żewġ rapporti maħruġa mill-Instituto Geológico y Minero de España (l-Istitut Ġeoloġiku u tal-Minjieri ta’ Spanja) u mill-Consejo Superior de Investigaciones Científicas (il-Kunsill Superjuri tar-Riċerki Xjentifiċi, Spanja), rispettivament fl-2009 u fl-2017, li hija ppreżentat bħala annessi mar-rikors tagħha, li kienu kkonstataw ukoll l-estrazzjoni eċċessiva ta’ ilma ta’ taħt l-art fl-imsemmi akwifer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jammetti li r-riskju li ma jintlaħqux l-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60 kien diġà tqajjem f’rapport inizjali ppubblikat fl-2004 u fl-2005, li kien tfassal fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art prevista fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva. Madankollu, huwa josserva li, wara li wettaq evalwazzjoni globali tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas, huwa qies li dan l-akwifer, fl-intier tiegħu, kien jinsab fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, u li dan kien jeżentah milli jwettaq studju ta’ karatterizzazzjoni iktar iddettaljata konformement mal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva. Barra minn hekk, huwa jsostni li din l-evalwazzjoni ġiet ikkorreġuta u mtejba hekk kif kiseb informazzjoni iktar preċiża u li huwa kellu jistenna l-pubblikazzjoni tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, konformement mal-kalendarju previst fid-Direttiva 2000/60, sabiex jieħu nota tat-titjib ikkonstatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-punti 84 sa 87 tal-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>evalwazzjoni globali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> msemmija fil-punt preċedenti ma kinitx tippermetti lir-Renju ta’ Spanja jeskludi r-riskju li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas jew partijiet minnu jistgħu ma jissodisfawx l-għanijiet previsti fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, dan ir-riskju kien imissu ġie kkonstatat fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi kollha ta’ ilma ta’ taħt l-art meħtieġa mid-Direttiva 2000/60, konformement mal-punt 2.1 tal-Anness II tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tagħha, skont il-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, karatterizzazzjoni iktar iddettaljata hija meħtieġa meta jkun hemm riskju ta’ stat kwantitattiv ħażin tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati, jiġifieri meta jkun hemm riskju li korp ta’ ilma ma jissodisfax l-għanijiet previsti fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, ir-Renju ta’ Spanja ma jistax jallega li din il-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati la kienet neċessarja, la kienet adegwata u lanqas ma kienet dovuta fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, peress li kien paċifiku li kien hemm tali riskju u li dan ir-riskju ma setax jiġi eskluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60 billi naqas milli jikkonstata, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015, ir-riskju li l-akwifer ta’ Almonte-Marismas ma jilħaqx l-għanijiet<?PAGE NO="22"?> stabbiliti f’din id-direttiva, konformement mal-punt 2.1 tal-Anness II tagħha, u, għaldaqstant, billi ma ppreżentax karatterizzazzjoni iktar iddettaljata taħt il-punt 2.2 tal-Anness II tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punti 64 u 65 ta’ din is-sentenza, l-eżistenza ta’ nuqqas għandha tiġi evalwata, f’din il-kawża, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-akwifer ta’ Doñana hekk kif din kienet tinsab fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, jiġifieri fid‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Issa, f’dik id-data, il-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, approvat fit‑<DATE ISO="20160108">8 ta’ Jannar 2016</DATE>, kien diġà applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan il-pjan, ir-Renju ta’ Spanja wettaq karatterizzazzjoni iktar iddettaljata skont il-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60. Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li l-informazzjoni xjentifika użata għal dan il-għan kienet insuffiċjenti. Hija ssostni li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, ir-Renju ta’ Spanja bbaża ruħu biss fuq l-evoluzzjoni fil-livell tal-ilmijiet tal-akwifer ta’ Doñana, b’mod partikolari fuq id-data tan-network pjeżometriku ta’ Doñana, u li, għaldaqstant, il-konklużjonijiet li huwa silet minn din l-evoluzzjoni huma inkompleti fir-rigward tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 5, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II, tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Kummissjoni tallega n-natura insuffiċjenti tal-informazzjoni xjentifika disponibbli għall-karatterizzazzjoni tal-korpi ta ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021. B’mod partikolari, hija tikkritika l-fatt li dan il-pjan kien ibbażat fuq rapport dwar l-istat tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas għas-sena idroloġika 2012 sa 2013, imfassal mill-Konfederazzjoni Idrografika tal-Guadalquivir, li ma kienx jindika punt ta’ kejl tal-livell tal-ilmijiet ta’ taħt l-art għall-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ta’ La Rocina u ta’ Marismas de Doñana. Madankollu, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni la tispjega kif u lanqas ma tistabbilixxi li din id-data kienet essenzjali sabiex tiġi stabbilita tali karatterizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħmel biss riferiment għal sit internet tal-Gvern Spanjol, li fih informazzjoni ġeografika, mingħajr ma tindika kif tista’ tinstab l-informazzjoni invokata minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kummissjoni tikkritika lill-awtoritajiet Spanjoli li wettqu stimi bbażati fuq il-livell pjeżometriku tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art tal-akwifer ta’ Doñana. Hija ssostni li dawn l-istimi jieħdu inkunsiderazzjoni biss l-evoluzzjoni tal-livell tal-ilmijiet ta’ dan l-akwifer u li għalhekk ma humiex suffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat l-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana. Barra minn hekk, hija tosserva li t-tendenza globali tal-pjeżometri kollha hija negattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-punt 2.1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60 jipprevedi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>il-livell ta’ l-ilma ta’ taħt l-art<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> bħala parametru għall-klassifikazzjoni tal-istat kwantitattiv tal-ilmijiet ta’ taħt l-art, mingħajr ma jindika kif għandu jiġi ddeterminat dan il-livell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni ma tressaq ebda prova ta’ natura li tistabbilixxi, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, li l-metodu użat mir-Renju ta’ Spanja ma huwiex suffiċjenti sabiex titwettaq il-karatterizzazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60. Fil-fatt, il-fatt li l-akwifer ta’ Doñana huwa suġġett għal sfruttament eċċessiv u li l-istat kwantitattiv tajjeb tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ta’ dan l-akwifer ma huwiex ser jintlaħaq sas-sena 2027 ma<?PAGE NO="23"?> jistabbilixxix li l-livell tal-imsemmija korpi ta’ ilma ma huwiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat l-istat kwantitattiv tal-imsemmi akwifer konformement mar-rekwiżiti tal-Anness V ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju ta’ Spanja jistabbilixxi li huwa ħa inkunsiderazzjoni, fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, parametri oħra sabiex jevalwa l-istat kwantitattiv tal-akwifer ta’ Doñana, bħall-bilanċ bejn l-estrazzjoni tal-ilma u r-riżorsi ta’ ilma disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 u taħt il-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60 billi uża d-data pjeżometrika sabiex jiddetermina l-istat kwantitattiv tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>It-tielet, il-Kummissjoni tallega li l-analiżi tal-pressjonijiet u tal-impatti tal-estrazzjoni tal-ilma fuq il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana fiha nuqqasijiet kunsiderevoli. B’mod partikolari, hija tikkritika l-fatt li l-Anness 3 tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ibbażat fuq inventarju tas-sena 2008, sempliċement jikkalkola l-volumi ta’ ilma meħtieġa mid-diversi użi fir-reġjun, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti, fir-rigward tal-għelejjel irrigati, il-pressjonijiet kbar eżerċitati mill-estrazzjoni illegali ta’ ilma. Barra minn hekk, hija tosserva l-assenza ta’ analiżi tal-impatt tal-estrazzjoni ta’ ilma intiż għall-provvista urbana, b’mod partikolari għaż-żona turistika kostali ta’ Matalascañas (Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 ma jiħux inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni mwettqa taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60, il-pressjonijiet li joriġinaw mill-estrazzjoni illegali kif ukoll mill-estrazzjoni intiża għall-provvista urbana, b’mod partikolari għall-imsemmija żona turistika. Fil-fatt, minn naħa, il-punt 5.2 tal-Anness 2 tal-imsemmi pjan, li jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>il-karatterizzazzjoni tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, jiddeskrivi biss b’mod ġenerali s-sorsi u l-metodoloġija użati għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-estrazzjoni totali mill-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art. Min-naħa l-oħra, il-punt 5.2 tal-Anness 3 tal-istess pjan, dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>il-pressjonijiet fuq il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, ma jindikax li l-estrazzjoni illegali ta’ ilma kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-pressjonijiet li joriġinaw mill-artijiet irrigabbli. Barra minn hekk, għalkemm l-impatt tal-pressjonijiet urbani jissemma f’dan l-anness, huwa diffiċli li dan l-impatt jiġi evalwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, evalwazzjoni iktar preċiża tal-portata tar-riskju inkwistjoni, b’mod partikolari tal-estrazzjoni illegali u tal-estrazzjoni għall-produzzjoni ta’ ilma tax-xorb, hija meħtieġa sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 108 tal-konklużjonijiet tagħha, fl-assenza ta’ tali evalwazzjoni, l-istat tal-korp ta’ ilma ta’ taħt l-art ma jistax jiġi evalwat b’mod korrett u, għaldaqstant, ikun diffiċli li jiġi ddeterminat jekk il-miżuri stabbiliti sabiex jintlaħaq stat kwantitattiv tajjeb tal-ilmijiet ta’ taħt l-art ikkonċernati, b’mod partikolari l-miżuri intiżi sabiex tiġi miġġielda l-estrazzjoni illegali ta’ ilma, humiex suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li l-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 ma fihx l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jiġi ddeterminat l-impatt tal-attività tal-bniedem fuq il-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana, fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-punt 2.2. tal-Anness II tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II ta’ din id-direttiva, billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-estrazzjoni illegali ta’ ilma u l-estrazzjoni ta’ ilma intiża għall-provvista urbana meta wettaq l-istima tal-estrazzjoni ta’ ilmijiet ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet ilment</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja, billi naqas milli jinkludi miżuri bażiċi u miżuri supplimentari adegwati fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015 u fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1), taħt l-Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e) kif ukoll taħt l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2000/60. Barra minn hekk, hija ssostni li numru sinjifikattiv ta’ miżuri mħabbra minn dan l-Istat Membru għadhom ma ġewx implimentati, mingħajr ma indika r-raġunijiet għal dan id-dewmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li l-miżuri stabbiliti f’dawn il-pjanijiet huma essenzjalment intiżi li jirregolaw il-problema tal-estrazzjoni illegali ta’ ilma iżda ma jipprovdu ebda soluzzjoni sabiex titnaqqas il-pressjoni eżerċitata fuq l-akwiferi taż-żona naturali protetta ta’ Doñana jew id-domanda attwali għal ilma. Barra minn hekk, hija tikkritika l-fatt li l-pjan speċjali ta’ irrigazzjoni ta’ Doñana tal-2014 iqis bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>artijiet agrikoli irrigabbli<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> artijiet li, minkejja ma ngħata ebda dritt f’dan is-sens, ilhom jiġu irrigati mill-inqas mis-sena 2004, li tikkorrispondi għad-data li fiha daħal fis-seħħ il-pjan dwar l-użu tat-territorju tar-Reġjun ta’ Doñana msemmi fil-punt 54 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-pjan speċjali ta’ irrigazzjoni ta’ Doñana tal-2014 jagħti importanza eċċessiva lit-trasferimenti ta’ ilma mingħajr ma jsolvi l-problemi marbuta mal-istat kwalitattiv tal-ilmijiet u, fuq kollox, mal-istat kimiku tajjeb tagħhom. Skont il-Kummissjoni, l-imsemmi pjan lanqas ma jiżgura l-konservazzjoni tal-ekosistemi li jiddependu mill-ilmijiet ta’ taħt l-art. Barra minn hekk, hija tqis li t-tnaqqis fil-livelli ta’ estrazzjoni ta’ ilmijiet ta’ taħt l-art miksub permezz tat-trasferimenti ta’ ilma huwa xi drabi miġjub fix-xejn biż-żieda fid-drittijiet ta’ irrigazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, minkejja li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li wħud mill-miżuri kkomunikati mir-Renju ta’ Spanja jistgħu jirrimedjaw id-deterjorazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana u jistgħu b’hekk jiżguraw l-osservanza tal-obbligi taħt id-Direttiva 2000/60, hija ssostni li r-riżorsi allokati għal dawn il-miżuri huma insuffiċjenti, u li dan inaqqas l-effettività tagħhom. Hija tirreferi b’mod partikolari għall-miżuri intiżi li jikkontrollaw l-użu tal-ilma, bħalma huma l-ispezzjonijiet u l-identifikazzjoni ta’ spieri illegali, kif ukoll għall-miżuri intiżi li jissanzjonaw u li jwaqqfu l-estrazzjoni illegali ta’ ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni ssostni li r-rapport annwali tad-Defensor del Pueblo (l-Ombudsman ta’ Spanja) dwar is-sena 2018 jenfasizza li l-imsemmija nuqqasijiet jirriżultaw mill-fatt li l-Konfederazzjoni Idrografika tal-Guadalquivir ma teżerċitax b’mod suffiċjentement strett is-setgħat mogħtija lilha mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ilma. Huwa għalhekk li, skont il-Kummissjoni, dan l-ombudsman issuġġerixxa lil din il-konfederazzjoni, minn naħa, tiddikjara t-tliet korpi ta’ ilma bħala akwiferi suġġetti għal sfruttament eċċessiv. Min-naħa l-oħra,<?PAGE NO="25"?> l-imsemmi ombudsman irrakkomanda l-approvazzjoni ta’ programm ta’ azzjoni intiż li jirregola l-estrazzjoni ta’ ilma u li jikkoordina l-miżuri previsti fid-diversi strumenti ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-ilma, tal-attività agrikola u tal-protezzjoni taż-żoni naturali, sabiex jiġi ggarantit l-użu sostenibbli tal-ilma. Il-Kummissjoni ssostni li sorsi mhux governattivi jikkonfermaw il-konklużjonijiet ta’ dan l-istess ombudsman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri mħabbra mir-Renju ta’ Spanja ma jipprovdu ebda soluzzjoni għall-problema tal-użu eċċessiv tal-ilma minħabba t-turiżmu, b’mod partikolari fiż-żona kostali ta’ Matalascañas, li diversi studji jidentifikaw bħala l-kawża prinċipali tal-isfruttament eċċessiv ta’ ċerti korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Renju ta’ Spanja naqas milli japplika u milli jimplimenta l-miżuri ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sanzjoni li kienu neċessarji sabiex jiġu dissważi b’mod effettiv il-persuni li jwettqu estrazzjoni mhux awtorizzata ta’ ilma u li jimplimentaw installazzjonijiet illegali. Skont il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas ukoll milli jadotta l-miżuri adegwati sabiex il-volum ta’ estrazzjoni ta’ ilma jiġi aġġustat għal livell sostenibbli li jiggarantixxi l-kisba ta’ stat kwantitattiv u kimiku tajjeb għall-ilmijiet ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana kif ukoll stat ta’ konservazzjoni favorevoli għall-habitats relatati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni takkuża lir-Renju ta’ Spanja li ma adottax miżuri li jistgħu jadattaw il-volum ta’ ilma disponibbli għas-settur agrikolu tar-reġjun, inaqqsu l-konsum jew jinkoraġġixxu użu iktar raġonevoli tal-ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta dawn l-allegazzjonijiet filwaqt li jsostni li ma humiex preċiżi u li huma infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li huwa ssodisfa l-obbligi imposti mill-Artikolu 11(2), mill-Artikolu 11(3)(a) u (ċ) kif ukoll mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2000/60 bis-saħħa tal-miżuri adottati fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 bil-għan li jiġi stabbilit mill-ġdid l-istat tajjeb tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana u li jiġi ggarantit l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma permezz tal-ġestjoni tal-estrazzjoni ta’ ilma u tal-koordinazzjoni tad-diversi strumenti ta’ ppjanar f’dak li jikkonċerna r-riżorsi tal-ilma, l-attività agrikola u l-protezzjoni taż-żoni naturali. Ir-Renju ta’ Spanja josserva, f’dan ir-rigward, li l-effettività ta’ dawn il-miżuri ġiet ikkonstatata fl-aħħar rapporti annwali dwar l-istat tal-akwiferi taż-żona naturali protetta ta’ Doñana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-Renju ta’ Spanja jenfasizza li huwa adotta miżuri ġodda wara t-tfassil tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 intiżi li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60. Dawn il-miżuri jinkludu l-iżvilupp ta’ proċess ta’ regolarizzazzjoni tal-estrazzjoni tal-ilma, it-tfassil tar-rapport dwar l-istat tal-akwifer ta’ Doñana li jikkorrispondi għas-snin 2017 u 2018, it-tfassil ta’ dokument intiż li tiġi mnedija proċedura ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku, il-monitoraġġ tal-artijiet ikkultivati permezz ta’ tekniki ta’ rilevament diġitali, il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ta’ riċerka fl-ilmijiet ta’ taħt l-art, it-twettiq ta’ spezzjonijiet, il-ftuħ ta’ fajls ta’ sanzjoni u ta’ fajls ta’ infurzar fil-kuntest tal-estrazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ ilma, l-għeluq ta’ spieri illegali għall-estrazzjoni ta’ ilma, l-eżami mill-ġdid ta’ fajls li jikkonċernaw id-drittijiet mogħtija għall-estrazzjoni ta’ ilma fil-korp ta’ ilma ta’ La Rocina u l-ispezzjoni ta’ fajls dwar xoljiment minħabba nuqqas ta’ użu jew nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ estrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja josserva l-importanza tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni tat-tliet korpi ta’ ilma bħala korpi ta’ ilma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>li jinsabu fir-riskju li ma jilħqux l-istat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Huwa josserva li din il-proċedura tikkostitwixxi l-iktar għodda amministrattiva b’saħħitha<?PAGE NO="26"?> disponibbli fl-ordinament ġuridiku Spanjol fil-qasam tal-ilma ta’ taħt l-art, sa fejn tippermetti li jiġu stabbiliti limiti għall-estrazzjoni ta’ ilma, li tiġi sfurzata l-kostituzzjoni ta’ komunitajiet ta’ utenti tal-ilma u li jiġu adottati programmi ta’ azzjoni speċifiċi sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi identifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-agrikoltura pprattikata f’ċerti żoni ġirien taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, b’mod partikolari t-tkabbir ta’ frott aħmar, tikkostitwixxi l-mutur ekonomiku prinċipali tar-reġjun. Dan huwa settur ikkonsolidat, li josserva l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tal-ilma u li ma jistax jiġi eliminat fid-dawl tan-natura fundamentali tiegħu għas-sostenibbiltà ekonomika tar-reġjun. Skont ir-Renju ta’ Spanja, l-għan huwa li dan is-settur jiġi adattat għall-possibbiltajiet offruti mir-riżorsi ta’ ilma fir-reġjun, filwaqt li jiġu rrispettati l-utenti li għandhom drittijiet legali fir-rigward tal-użu tal-ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ effettività tal-miżuri ta’ trasferiment ta’ ilma applikati minn dan l-Istat Membru, billi jqis li l-Kummissjoni qiegħda tibbaża l-kritika tagħha fuq informazzjoni li ma hijiex reali jew li ma hijiex ivverifikata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, ladarba jkunu stabbilixxew il-klassifikazzjoni tal-istat kwantitattiv tal-ilmijiet ta’ taħt l-art konformement mal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, fir-rigward tal-korpi ta’ ilma kkonċernati, il-mod kif għandu jintlaħaq l-istat kwantitattiv tajjeb jew, minn tal-inqas, il-potenzjal ekoloġiku tajjeb, kif ukoll għandhom jipprevjenu d-deterjorazzjoni tal-istat tal-imsemmija korpi ta’ ilma, konformement mal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, konformement mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-programmi ta’ miżuri, imfassla għal kull distrett idrografiku jew għall-parti tad-distrett idrografiku internazzjonali li tinsab fit-territorju tagħhom. Dawn il-programmi jikkostitwixxu strumenti ta’ ppjanar bażiċi li jippermettu reazzjoni għall-pressjonijiet osservati fuq il-korpi ta’ ilma kkonċernati u li jintlaħaq stat tajjeb tal-ilmijiet fil-baċini idrografiċi jew fil-korpi ta’ ilma. Għal dan il-għan, huma għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-analiżi previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tagħha. Barra minn hekk, l-imsemmija programmi ta’ miżuri jistgħu jagħmlu riferiment għall-miżuri li joħorġu mil-leġiżlazzjoni adottata fil-livell nazzjonali li tkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Dawn l-istess programmi ta’ miżuri jinkludu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>miżuri bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, bħala rekwiżiti minimi li għandhom jiġu osservati, previsti fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60, u, jekk ikun meħtieġ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>miżuri supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, previsti fl-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva u ddefiniti fil-Parti B tal-Anness VI tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkontesta, fl-ewwel lok, sensiela ta’ miżuri individwali stabbiliti mir-Renju ta’ Spanja, bħal dawk esposti fil-punti 110 sa 112 ta’ din is-sentenza. Madankollu, din l-istituzzjoni ma tipprovdi ebda prova li tista’ turi li l-miżuri kkontestati ma humiex adegwati sabiex jintlaħaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>stat kwantitattiv tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tal-korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art ikkonċernati, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni la tispjega r-raġunijiet għaliex ir-Renju ta’ Spanja, fil-fehma tagħha, kiser l-Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e) kif ukoll l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2000/60 billi adotta l-miżuri kkontestati u lanqas ir-raġunijiet għaliex tali miżuri huma allegatament insuffiċjenti fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-fatt, il-Kummissjoni tikkontesta biss fil-fatt li l-miżuri stabbiliti huma intiżi essenzjalment sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema ta’ estrazzjoni illegali ta’ ilma, li l-pjan speċjali ta’ irrigazzjoni ta’ Doñana tal-2014 jagħti importanza eċċessiva lit-trasferimenti ta’ ilma, li r-riżorsi allokati ma humiex suffiċjenti kif ukoll is-segretezza tal-awtoritajiet Spanjoli fir-rigward tal-ispezzjoni u tal-għeluq tal-ispieri illegali jew tal-problema ta’ użu eċċessiv ta’ ilma minħabba t-turiżmu. Issa, il-Kummissjoni la tispjega u lanqas ma tistabbilixxi għalfejn dawn l-azzjonijiet jew dawn il-miżuri kkontestati huma kuntrarji għal jew insuffiċjenti fid-dawl tal-Artikolu 11(3)(a), (ċ) u (e) kif ukoll tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja naqas milli japplika u milli jimplimenta sensiela ta’ miżuri. Issa kif ġie pprovat minn dan l-Istat Membru, kemm bil-miktub u kemm matul is-seduta, ġew stabbiliti u implimentati numru ta’ miżuri, b’mod partikolari miżuri ta’ kontroll u ta’ spezzjoni. F’dan ir-rigward, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod iktar speċifiku mill-annessi tar-risposta u tal-kontroreplika, jirriżulta li dan l-Istat Membru stabbilixxa sensiela ta’ miżuri ta’ kontroll u ta’ spezzjoni bil-għan li titwaqqaf l-estrazzjoni illegali ta’ ilma, liema miżuri jinkludu sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri mħabbra mir-Renju ta’ Spanja fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 ma jipprovdu ebda soluzzjoni għall-problema tal-użu eċċessiv tal-ilma minħabba t-turiżmu, b’mod partikolari fiż-żona kostali ta’ Matalascañas. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-impatt tal-estrazzjoni ta’ ilma għall-provvista urbana fuq il-konservazzjoni tal-habitats, minħabba l-viċinanza ġeografika tagħhom, ġie stabbilit f’diversi studji xjentifiċi. Skont il-Kummissjoni, il-miżuri meħuda mir-Renju ta’ Spanja, b’mod partikolari dawk inklużi fil-pjan speċjali ta’ irrigazzjoni ta’ Doñana tal-2014 u fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ma humiex adegwati sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, bħalma tagħmel l-Avukata Ġenerali fil-punti 162, 180 u 181 tal-konklużjonijiet tagħha, li, skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(1)(ċ), l-Artikolu 6 u l-Anness IV tad-Direttiva 2000/60, permezz tal-adozzjoni tal-programmi ta’ miżuri taħt l-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx biss jilħqu l-għanijiet ambjentali marbuta mal-ilma stabbiliti f’din l-istess direttiva, iżda għandhom jiżguraw ukoll l-osservanza tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar iż-żoni protetti inkwistjoni qabel is-sena 2015. Ir-Renju ta’ Spanja, għalhekk, kien obbligat ukoll jimplimenta l-mekkaniżmi previsti fid-Direttiva 2000/60 sabiex jiġu osservati l-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 92/43 fir-rigward tal-habitats taż-żona naturali protetta ta’ Doñana qabel l-imsemmija sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kif jirriżulta wkoll mill-punti 152 u 153 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43 jimponi fuq l-Istati Membri obbligu ġenerali li jieħdu miżuri adegwati sabiex jiġu evitati, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorazzjoni tal-habitats u d-disturbi sinjifikattivi tal-ispeċi li fir-rigward tagħhom ġew identifikati dawn iż-żoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>WWF Italia Onlus <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:580">EU:C:2020:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="28"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-programm ta’ miżuri previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60 għandu jkollu wkoll bħala għan l-istabbiliment tal-miżuri meħtieġa sabiex tiġi evitata kull deterjorazzjoni taż-żoni protetti previsti fid-Direttiva 92/43.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 155 ta’ din is-sentenza, sabiex jiġi stabbilit ksur tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ probabbiltà jew ta’ riskju li azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni jipprovokaw deterjorazzjoni jew disturb sinjifikattiv għall-habitats jew għall-ispeċi kkonċernati. Kif osservat, essenzjalment, l-Avukata Ġenerali fil-punt 185 tal-konklużjonijiet tagħha, minn dan jirriżulta li, fir-rigward tal-eżami tal-ħtieġa li jiġu adottati miżuri taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60 sabiex jiġi osservat l-obbligu li joħroġ mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, ma jistax jiġi rikjest livell ta’ prova ogħla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, minn naħa, li hemm indizji suffiċjenti sabiex jitqies li l-estrazzjoni eċċessiva ta’ ilma għall-provvista urbana taż-żona turistika ta’ Matalascañas ikkawżat ħsara lill-konservazzjoni tal-habitats ta’ prijorità identifikati bil-kodiċi 3170*, bħala l-għadajjar temporanji Mediterranji taż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024) li tinsab fil-viċinanza ta’ dan iċ-ċentru urban, u, min-naħa l-oħra, li r-Renju ta’ Spanja ma stabbilixxiex, taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, il-miżuri neċessarji sabiex tiġi evitata eventwali deterjorazzjoni taż-żoni protetti li jinsabu fil-viċinanza taż-żona turistika ta’ Matalascañas, kif jeżiġi l-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Fil-fatt, diversi studji msemmija kif ukoll ippreżentati mill-Kummissjoni insostenn ta’ dawn l-allegazzjonijiet, annessi mar-rikors u mar-risposta, juru l-impatt tal-estrazzjoni ta’ ilma għall-provvista urbana taż-żona turistika ta’ Matalascañas fuq l-ekosistemi taż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), b’mod partikolari fuq il-habitats ta’ prijorità identifikati bil-kodiċi 3170*, jiġifieri l-għadajjar temporanji Mediterranji. Dawn l-istudji jenfasizzaw it-tendenza inkwetanti ta’ tnaqqis tal-għadajjar temporanji tar-riżerva ta’ Doñana u ta’ nixfa ta’ Charco del Toro u tal-għadira ta’ El Brezo, li huma marbuta mal-effetti dannużi tal-estrazzjoni ta’ ilma sabiex tiġi żgurata l-provvista taċ-ċentru turistiku ta’ Matalascañas b’ilma tax-xorb, b’ilma għal finijiet rikreattivi jew għat-tisqija ta’ ċentri tal-golf. Skont dawn l-istudji, l-estrazzjoni lokalizzata u intensiva ta’ ilma ta’ taħt l-art sabiex tiġi żgurata l-provvista taċ-ċentru turistiku kollu ta’ Matalascañas għandha effett negattiv manifest ukoll fuq il-livell tal-ilma ta’ taħt l-art u, għaldaqstant, fuq il-ħtiġijiet ta’ ilma tal-ambjent, bħalma hija l-veġetazzjoni jew l-għargħar tal-artijiet mistagħdra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod suffiċjenti l-probabbiltà li l-estrazzjoni eċċessiva ta’ ilma għall-provvista urbana taż-żona ta’ Matalascañas ikkawżat disturbi sinjifikattivi fil-habitats protetti taż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024) li tinsab fil-viċinanza taċ-ċentru turistiku ta’ Matalascañas. Dan id-disturb tal-habitats protetti kien imissu, għalhekk, ittieħed inkunsiderazzjoni, kif jirriżulta mill-punti 132 sa 134 ta’ din is-sentenza, fil-programm ta’ miżuri mfassal mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, bil-għan li tintemm id-deterjorazzjoni diġà kkonstatata fit-tipi ta’ habitats protetti bħalma huma l-għadajjar temporanji Mediterranji skont l-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Issa, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-programm ta’ miżuri invokat mir-Renju ta’ Spanja, kif iddefinit fl-Anness 12 tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ma fihx miżuri intiżi sabiex tintemm id-deterjorazzjoni diġà kkonstatata tat-tipi ta’ habitats protetti fiż-żona protetta li tinsab fil-viċinanza ta’ Matalascañas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="29"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60, diġà kkonstatat fil-punti 108 sa 110 ta’ din is-sentenza, jippermetti li jiġi konkluż li l-informazzjoni dwar l-estrazzjoni ta’ ilma għaż-żona urbana ta’ Matalascañas fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021 ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġu stabbiliti miżuri adegwati sabiex tintemm id-deterjorazzjoni diġà kkonstatata tat-tipi ta’ habitats protetti, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, fl-assenza ta’ evalwazzjoni iktar preċiża u adegwata tal-portata tar-riskji li joriġinaw mill-estrazzjoni ta’ ilma tax-xorb għaż-żona turistika ta’ Matalascañas, ir-Renju ta’ Spanja, fi kwalunkwe każ, ma setax jimplimenta l-miżuri meħtieġa u effettivi, previsti fl-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, sabiex jiġi evitat kull disturb taż-żoni protetti li jinsabu fil-viċinanza ta’ Matalascañas marbut mal-estrazzjoni ta’ ilma ta’ taħt l-art.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, billi, fil-programm ta’ miżuri stabbilit fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ma ppreveda ebda miżura sabiex jipprevjeni disturb tat-tipi ta’ habitats protetti li jinsabu fiż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024) permezz tal-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art għall-bżonnijiet taż-żona turistika ta’ Matalascañas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 92/43</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva. Hija tqis li l-awtoritajiet Spanjoli ma adottawx il-miżuri adegwati sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi li jinsabu fiż-żoni protetti tar-Reġjun ta’ Doñana, b’mod partikolari fiż-żoni Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012). Hija tispeċifika li l-isfruttament eċċessiv tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas wassal għan-nixfa tal-għadajjar tad-duni tal-park nazzjonali ta’ Doñana u, għaldaqstant, għad-deterjorazzjoni tal-ispeċi naturali protetti li jiddependu minn dan l-akwifer, b’mod partikolari ta’ diversi habitats naturali u ta’ habitats ta’ speċi protetti mid-Direttiva 92/43.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni, l-ewwel, li d-deterjorazzjoni tal-habitats protetti taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, li tirriżulta mill-isfruttament eċċessiv tal-akwifer tagħha, ġiet stabbilita permezz ta’ diversi provi xjentifiċi kif ukoll permezz ta’ diversi rapporti uffiċjali. Skont il-Kummissjoni, l-iktar tipi ta’ habitats protetti sensittivi għan-nixfa, permezz tat-tnaqqis tal-ilma ta’ taħt l-art, kienu l-għadajjar temporanji Mediterranji, li huma habitats protetti identifikati bil-kodiċi 3170*, kif ukoll il-passaġġi ta’ ilma tal-wiċċ (xmajjar żgħar, kanali u passaġġi inferjuri) u l-habitats ta’ max-xatt (foresti żgħar u msaġar). Dawn jospitaw varjetà ta’ speċi ta’ pjanti u ta’ annimali, li jeżistu f’numri żgħar u li huma mhedda minn din in-nixfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-bidla fil-klima seta’ kellha impatt fuq id-deterjorazzjoni progressiva ta’ dawn it-tipi ta’ habitats, kif jallega r-Renju ta’ Spanja. Madankollu, hija ssostni li, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>miżuri adegwati<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, dan l-Istat Membru għandu jadotta miżuri intiżi li jiġġieldu kontra l-kawża prinċipali tad-deterjorazzjoni tal-habitats protetti taż-żona naturali protetta ta’ Doñana, jiġifieri<?PAGE NO="30"?> l-estrazzjoni ta’ ilma ta’ taħt l-art, anki jekk dawn il-miżuri jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-aggravazzjoni tad-deterjorazzjoni tal-habitats dovuta, b’mod parallel u sekondarju, għall-effetti tal-bidla fil-klima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>It-tielet, il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri meħuda mir-Renju ta’ Spanja, b’mod partikolari dawk inklużi fil-pjan speċjali ta’ irrigazzjoni ta’ Doñana tal-2014 u fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ma humiex adegwati sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi protetti, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43. Barra minn hekk, minkejja li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li wħud mill-miżuri adottati mir-Renju ta’ Spanja bil-għan li jiġu stabbiliti mill-ġdid il-habitats affettwati, bħal b’mod partikolari l-eliminazzjoni progressiva tal-pjantaġġuni tal-ewkaliptu fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana, l-akkwist ta’ proprjetajiet u tad-drittijiet tagħhom ta’ aċċess għall-ilma jew it-trasferimenti ta’ ilma minn baċini oħra, għandhom effetti potenzjalment pożittivi, hija tqis li dawn il-miżuri mhux dejjem huma biżżejjed sabiex jiġu osservati l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jirribatti l-argumenti tal-Kummissjoni u jqis li ma naqasx milli jwettaq l-obbligi li joħorġu minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens li ż-żoni naturali kollha tar-Reġjun ta’ Doñana huma konnessi mal-akwifer ta’ Almonte-Marismas. Huwa jispeċifika li huma biss iż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024) u Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) li huma konnessi mal-imsemmi akwifer, kif iddefinit fil-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2009 sa 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa jsostni li l-opinjoni motivata kienet tikkonċerna biss l-akwifer ta’ Almonte-Marismas u li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-portata tar-rikors għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ma tistax tiġi estiża lil hinn mis-suġġett ta’ din l-opinjoni motivata. Għaldaqstant, il-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-konnessjonijiet u mal-effetti li jikkonċernaw dawn it-tliet żoni protetti, minħabba t-tnaqqis fil-livelli tal-ilma ta’ taħt l-art tal-imsemmi akwifer, ma humiex ammissibbli fir-rigward taż-żona protetta Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>It-tieni, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-bidliet u d-deterjorazzjoni taż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024) huma dovuti għad-danni mġarrba matul l-aħħar seklu miż-żoni mistagħdra li jikkostitwixxuha u li għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala l-bażi tan-nuqqasijiet fil-konfront tad-Direttiva 92/43. Barra minn hekk, dan l-Istat Membru jsostni li, attwalment, żoni mistagħdra kbar u sistemi ta’ żoni bl-ilma għaddew minn stabbiliment mill-ġdid ekoloġiku permezz tad-diversi proġetti ta’ azzjoni applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>It-tielet, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li huwa adotta miżuri adegwati u effettivi sabiex jevita d-deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi protetti skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43. Minn naħa, huwa jsostni li dawn il-miżuri kkontribwixxew sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi li jaffettwaw ir-Reġjun ta’ Doñana u li qamu qabel ma l-Kummissjoni kklassifikat lil dan ir-reġjun bħala sit ta’ interess Komunitarju. Min-naħa l-oħra, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/43 jipprevedi li l-miżuri meħuda skont din id-direttiva għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni rekwiżiti ekonomiċi, soċjali u kulturali kif ukoll karatteristiċi partikolari reġjonali u lokali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="31"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Ir-raba’, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Kummissjoni ma ressqitx provi suffiċjenti sabiex tistabbilixxi l-eżistenza tad-deterjorazzjoni allegata tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorazzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi kif ukoll id-disturbi li jaffettwaw l-ispeċi li minħabba fihom ġew identifikati ż-żoni, sa fejn dawn id-disturbi jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni timponi fuq l-Istati Membri obbligu ġenerali li jieħdu miżuri adegwati sabiex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorazzjoni tal-habitats u d-disturbi sinjifikattivi tal-ispeċi li minħabba fihom ġew identifikati dawn iż-żoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>WWF Italia Onlus <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:580">EU:C:2020:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Dan l-obbligu ġenerali jikkorrispondi għall-għan, segwit fil-kuntest tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 191(1) TFUE, intiż għall-preservazzjoni, għall-protezzjoni u għat-titjib tal-kwalità tal-ambjent, kif ukoll għall-prinċipju li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f’ras il-għajn, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi stabbilit nuqqas fil-konfront tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, ma huwiex meħtieġ li l-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kawża u effett bejn l-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u deterjorazzjoni jew disturb sinjifikattiv ikkawżat lill-habitats jew lill-ispeċi kkonċernati. Fil-fatt, huwa biżżejjed li din l-istituzzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ probabbiltà jew ta’ riskju li din l-azzjoni jew dan in-nuqqas ta’ azzjoni jipprovokaw deterjorazzjoni jew disturb sinjifikattiv għal dawn il-habitats jew għal dawn l-ispeċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:8">EU:C:2016:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva 92/43 jiżgura l-istess livell ta’ protezzjoni, huwa l-kriterju ta’ eżami ta’ kompatibbiltà taħt l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva li għandu japplika. Skont din id-dispożizzjoni, pjan jew proġett jistgħu jiġu awtorizzati biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu kisbu ċ-ċertezza li l-imsemmi pjan jew l-imsemmi proġett ma għandhomx effetti dannużi dejjiema fuq is-sit ikkonċernat jew meta ma jkun għad fadal ebda dubju raġonevoli minn perspettiva xjentifika fir-rigward tal-assenza ta’ tali effetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni stabbilixxietx il-probabbiltà li l-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana tikkawża disturb sinjifikattiv għall-habitats naturali jew għall-habitats ta’ speċi li jinsabu fit-tliet żoni protetti, imsemmija fil-punt 12 ta’ din is-sentenza, u, jekk ikun il-każ, jekk ir-Renju ta’ Spanja kkonfutax tali probabbiltà b’mod xjentifiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="32"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li dan l-Istat Membru jqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fir-rigward tal-ilmenti ppreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dan in-nuqqas sa fejn jikkonċernaw iż-żona protetta Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012), u dan għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 147 u 148 ta’ din is-sentenza. F’dan ir-rigward, huwa jsostni li l-opinjoni motivata kienet tikkonċerna biss ksur tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 92/43 fir-rigward tal-akwifer ta’ Almonte-Marismas u li huma biss iż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024) u Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) li huma konnessi mal-imsemmi akwifer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirribatti dawn l-argumenti, filwaqt li tenfasizza li ż-żona protetta Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012) ġiet integrata fiż-żoni koperti minn dan in-nuqqas sa mill-bidu tal-proċedura prekontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu, skont l-Artikolu 258 TFUE, huwa stabbilit fl-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, b’tali mod li r-rikors għandu jkun ibbażat fuq l-istess raġunijiet u motivi bħal din l-opinjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:412">EU:C:2010:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:267">EU:C:2017:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li kemm l-istedina mibgħuta mill-Kummissjoni lir-Renju ta’ Spanja sabiex jippreżenta osservazzjonijiet u kemm l-opinjoni motivata jesponu b’mod espliċitu li s-suġġett ta’ din il-proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu kien jikkonċerna l-isfruttament eċċessiv tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana u d-deterjorazzjoni sussegwenti tal-habitats u tal-ekosistemi li jinsabu f’diversi żoni protetti mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari ż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012). B’hekk, minkejja li ż-żona protetta Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012) ma hijiex konnessa mal-akwifer ta’ Almonte-Marismas, iżda mal-korp ta’ ilma ta’ taħt l-art ta’ Condado, li jikkorrispondi għal pjan ta’ ġestjoni differenti minn dawk imsemmija fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tagħha, li dan il-fatt huwa irrilevanti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, peress li l-imsemmija żona protetta kienet is-suġġett, sa mill-bidu tal-proċedura prekontenzjuża, ta’ din il-proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mir-Renju ta’ Spanja għandha tiġi miċħuda u għandu jitqies, għaldaqstant, li l-ilmenti li jikkonċernaw in-nuqqas li jitwettqu l-obbligi li joħorġu mid-Direttiva 92/43 huma ammissibbli wkoll sa fejn jikkonċernaw iż-żona protetta Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-bidliet u d-deterjorazzjoni taż-żoni protetti taż-żona naturali protetta ta’ Doñana huma dovuti għad-danni mġarrba matul l-aħħar seklu miż-żoni mistagħdra li jikkostitwixxuha u li, għaldaqstant, ma jistgħux jitqiesu bħala li huma l-bażi tal-ksur fil-konfront tad-Direttiva 92/43.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Huwa minnu li dawn il-bidliet u din id-deterjorazzjoni preċedenti, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tagħha, ma jistgħux jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="33"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, fir-rigward tas-siti li jistgħu jiġu identifikati bħala li huma siti ta’ importanza Komunitarja (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>SIK<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>) inklużi fil-listi stabbiliti mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari fir-rigward tas-siti li jospitaw tipi ta’ habitats naturali ta’ prijorità, l-Istati Membri huma obbligati, skont din id-direttiva u fid-dawl tal-għan ta’ konservazzjoni tal-imsemmija direttiva, jieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni adegwati sabiex jitħares l-interess ekoloġiku rilevanti li għandhom dawn is-siti fil-livell nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050113">13 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dragaggi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:16">EU:C:2005:16</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-fatt li ma tiġix ippreġudikata l-integrità ta’ sit bħala habitat naturali, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, jeżiġi li dan is-sit jinżamm fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, li jimplika ż-żamma sostenibbli tal-karatteristiċi li jikkostitwixxu s-sit ikkonċernat, marbuta mal-preżenza ta’ tip ta’ habitat naturali li l-għan ta’ preservazzjoni tiegħu jkun iġġustifika l-inklużjoni ta’ dan is-sit fil-lista tas-SIK, fis-sens ta’ din id-direttiva (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181107">7 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Holohan <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:883">EU:C:2018:883</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar, minn naħa, li ż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012) tqiegħdu mill-Kummissjoni, fid‑<DATE ISO="20060719">19 ta’ Lulju 2006</DATE>, fil-lista tas-SIK u li, għaldaqstant, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43 huwa applikabbli b’effett minn dik id-data bis-saħħa tal-Artikolu 4(5) ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, il-provi prodotti mill-Kummissjoni li jikkonċernaw stadju preċedenti ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi kkonstatat ksur ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43 jistabbilixxi obbligu ġenerali li jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni adegwati, li jikkonsistu f’li jiġi evitat li, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni bħalma huwa l-każ fil-kawża ineżami, jimmaterjalizzaw deterjorazzjonijiet tal-habitats naturali u tal-habitats ta’ speċi kif ukoll disturbi li jaffettwaw l-ispeċi li minħabba fihom ġew identifikati ż-żoni, sa fejn dawn id-disturbi jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Issa, minn diversi elementi ta’ informazzjoni xjentifika li jinsabu fil-proċess jirriżulta li l-isfruttament eċċessiv tal-akwifer ta’ Doñana wassal għal tnaqqis fil-livell tal-ilmijiet ta’ taħt l-art, li jikkawża disturb kostanti għaż-żoni protetti taż-żona naturali protetta ta’ Doñana. B’mod partikolari, kif osservat fil-punt 137 ta’ din is-sentenza, diversi studji xjentifiċi juru l-impatt tal-estrazzjoni ta’ ilma għall-provvista urbana taż-żona turistika ta’ Matalascañas fuq l-ekosistemi taż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), b’mod partikolari fuq it-tipi ta’ habitats ta’ prijorità identifikati bil-kodiċi 3170*, jiġifieri l-għadajjar temporanji Mediterranji. Din id-data tikkonferma, minn naħa, li d-deterjorazzjonijiet ta’ dawn il-habitats għadhom eżistenti u li l-istat ta’ dawn il-habitats ser ikompli jiddeterjora minħabba t-tnaqqis fil-livell tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tal-imsemmi akwifer u, min-naħa l-oħra, li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex iwaqqaf tali deterjorazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punti 70 u 73 tal-konklużjonijiet tagħha, sabiex jirribatti dawn il-konstatazzjonijiet, ir-Renju ta’ Spanja kien imissu ppreżenta elementi li jippermettu li jiġi eskluż kull dubju raġonevoli li, mill-perspettiva xjentifika, iż-żamma tal-prassi attwali tal-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art ma għandha ebda impatt negattiv fuq l-imsemmija habitats protetti. Għal dan il-għan, kif ġie osservat fil-punt 156 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva 92/43 teżiġi eżami ta’ kompatibbiltà bħal dak li għandu jitwettaq taħt l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="34"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju ta’ Spanja ma wettaqx studju li jista’ jissodisfa r-rekwiżiti li joħorġu minn din id-dispożizzjoni u, għalhekk, lanqas ma stabbilixxa li ż-żamma tal-prassi attwali tal-estrazzjoni tal-ilma fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana ma għandha ebda impatt fuq il-habitats taż-żoni protetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li l-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod suffiċjenti, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 155 ta’ din is-sentenza, l-eżistenza tal-probabbiltà li l-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art li hija l-prassi fiż-żona naturali protetta ta’ Doñana kkawżat, sa mid‑<DATE ISO="20060719">19 ta’ Lulju 2006</DATE>, deterjorazzjoni tal-habitats protetti fiż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012) u li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jieħu l-miżuri adegwati sabiex jevita din id-deterjorazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43 billi naqas milli jieħu l-miżuri adegwati sabiex jevita d-disturbi sinjifikattivi tat-tipi ta’ habitats protetti li jinsabu fiż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012) ikkawżati mill-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana sa mid‑<DATE ISO="20060719">19 ta’ Lulju 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II ta’ din id-direttiva, billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-estrazzjoni illegali ta’ ilma u l-estrazzjoni ta’ ilma għall-provvista urbana meta stima l-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021;</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, billi, fil-programm ta’ miżuri stabbilit fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ma ppreveda ebda miżura sabiex jipprevjeni disturb tat-tipi ta’ habitats protetti li jinsabu fiż-żona protetta Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), permezz tal-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art għall-bżonnijiet taż-żona turistika ta’ Matalascañas, u</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, billi naqas milli jieħu l-miżuri adegwati sabiex jiġu evitati d-disturbi sinjifikattivi tat-tipi ta’ habitats protetti, li jinsabu fiż-żoni protetti Doñana (ZEPA/LIC ES0000024), Doñana Norte y Oeste (ZEPA/LIC ES6150009) u Dehesa del Estero y Montes de Moguer (ZEC ES6150012), ikkawżati mill-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana sa mid‑<DATE ISO="20060719">19 ta’ Lulju 2006</DATE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">V. Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fir-rigward ta’ talba waħda jew iktar, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="35"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li kemm il-Kummissjoni u kemm ir-Renju ta’ Spanja tilfu fir-rigward ta’ ċerti lmenti, huma għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu:</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20001023">23 ta’ Ottubru 2000</DATE> li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, moqri flimkien mal-punt 2.2 tal-Anness II ta’ din id-direttiva, billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-estrazzjoni illegali ta’ ilma u l-estrazzjoni ta’ ilma għall-provvista urbana meta stima l-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana (Spanja) fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni iktar iddettaljata tal-Plan Hidrológico del Guadalquivir 2015-2021 (Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021), approvat permezz tar-Real Decreto 1/2016 por el que se aprueba la revisión de los Planes Hidrológicos de las demarcaciones hidrográficas del Cantábrico Occidental, Guadalquivir, Ceuta, Melilla, Segura y Júcar, y de la parte española de las demarcaciones hidrográficas del Cantábrico Oriental, Miño-Sil, Duero, Tajo, Guadiana y Ebro (id-Digriet Irjali 1/2016 li Japprova r-Reviżjoni tal-Pjanijiet Idroloġiċi tad-Distretti Idrografiċi ta’ Cantábrico Occidental, Guadalquivir, Ceuta, Melilla, Segura u Júcar, kif ukoll tal-Parti Spanjola tad-Distretti Idrografiċi ta’ Cantábrico Oriental, Miño-Sil, Duero, Tajo, Guadiana u Ebro), tat‑<DATE ISO="20160108">8 ta’ Jannar 2016</DATE>;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, billi, fil-programm ta’ miżuri stabbilit fil-kuntest tal-Pjan Idroloġiku tal-Guadalquivir 2015 sa 2021, ma ppreveda ebda miżura sabiex jipprevjeni disturb tat-tipi ta’ habitats protetti li jinsabu fiż-żona protetta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Doñana<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> li għandha l-kodiċi ZEPA/LIC ES0000024, permezz tal-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art għall-bżonnijiet taż-żona turistika ta’ Matalascañas (Spanja), u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, billi naqas milli jieħu l-miżuri adegwati sabiex jiġu evitati d-disturbi sinjifikattivi tat-tipi ta’ habitats protetti, li jinsabu fiż-żona protetta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>Doñana<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> li għandha l-kodiċi ZEPA/LIC ES0000024, fiż-żona protetta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Doñana Norte y Oeste<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> li għandha l-kodiċi ZEPA/LIC ES6150009 u fiż-żona protetta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>Dehesa del Estero y Montes de Moguer<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> li għandha l-kodiċi ZEC ES6150012, ikkawżati mill-estrazzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art taż-żona naturali protetta ta’ Doñana sa mid‑<DATE ISO="20060719">19 ta’ Lulju 2006</DATE>.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>