7.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9052 — Kirin/Mitsui/Thorne)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 315/12)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Kirin Holdings Company, Limited (“Kirin”, il-Ġappun),

—

Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun),

—

Thorne Holding Corporation (“Thorne”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn west View Capital Partners u Tudor Venture Partners.

Kirin u Mitsui jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Thorne kollha. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Kirin: involviment f’negozji farmaċewtiċi, bijoteknoloġiċi u xorb integrat;

—   għal Mitsui: dar tal-kummerċ involuta f’għadd ta’ negozji ta’ komoditajiet u negozji oħra, inkluż il-bejgħ, id-distribuzzjoni, ix-xiri, it-tqegħid fis-suq u l-forniment ta’ prodotti f’oqsma ta’ negozju bħall-ħadid u l-azzar, il-faħam u l-metalli li ma fihomx ħadid, makkinarju, elettronika, kimiċi, komoditajiet relatati mal-enerġija;

—   għal Thorne: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ supplimenti nutrittivi tal-ogħla kwalità, prinċipalment għal prattikanti tal-kura tas-saħħa fl-Istati Uniti. Thorne tbigħ ukoll supplimenti nutrittivi tal-annimali kif ukoll testijiet ta’ awtodijanjosi għad-detezzjoni d-dar ta’ diversi problemi ta’ saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9052 — Kirin/Mitsui/Thorne

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.