|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 130/2015
tal-11 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/2165]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (1), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, skada fit-30 ta' Ġunju 2012, u konsegwentement ir-referenza li ssir għalih għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, skada fit-30 ta' April 2011, u konsegwentement ir-referenza li ssir għalih għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/424/KEE (3) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE (4); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 92/424/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/432/KEE (5) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE (6); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 92/432/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE (7) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/571/KE (8); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 93/14/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/297/KE (9), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadhiex valida u konsegwentement għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/957/KE (10), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1997, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/958/KE (11), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-It-Tlieta, 31 ta' Diċembru 1996, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/970/KE (12), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1997, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/971/KE (13), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1997, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/105/KE (14), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fl-1 ta' Jannar 1997, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/176/KE (15), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadhiex valida u konsegwentement għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/590/KE (16), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fl-1 ta' Jannar 2000, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/62/KE (17), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadhiex valida u konsegwentement għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/138/KE (18) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/783/KE (19), li ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE u b'konsegwenza r-referenza għad-Deċiżjoni 2001/138/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(16) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/551/KE (20), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fis-17 ta' Lulju 2002, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(17) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/552/KE (21) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/975/KE (22), li ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u b'konsegwenza r-referenza għad-Deċiżjoni 2002/552/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE (23) tħassret mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 (24); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 2003/630/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(19) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/253/KE (25) tħassret mir-Regolament (KE) Nru 1792/2006; ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 2004/253/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(20) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/402/KE (26) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE (27); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 2004/402/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(21) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/431/KE (28) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/19/KE (29); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 2004/431/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(22) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/435/KE (30) tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/18/KE (31); ladarba t-tnejn li huma huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ir-referenza għad-Deċiżjoni 2004/435/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(23) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/775/KE (32), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-30 ta' Ġunju 2005, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(24) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE (33), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadhiex valida u konsegwentement għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(25) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE (34), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-30 ta' Ġunju 2007, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(26) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/800/KE (35), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 2012, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(27) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE (36), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 2012, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(28) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/16/KE (37), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Awwissu 2007, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(29) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/870/KE (38), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 2008, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(30) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/77/KE (39), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 2008, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(31) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/838/KE (40), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Lulju 2009, u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(32) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(33) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punti 10 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/424/KEE), 11 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/432/KEE), 17 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE), 30 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/957/KE), 31 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/958/KE), 32 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/970/KE), 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/971/KE), 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/105/KE), 114 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE), 116 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/253/KE), 120 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/775/KE) u 133 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/16/KE) tal-Parti 1.2 jitħassar. |
|
2. |
It-test tal-punti 3 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/590/KE) u 11 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/62/KE) taħt l-intestatura “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI EFTA U MILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA” fil-Parti 1 jitħassar. |
|
3. |
It-test tal-punti 17 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/138/KE), 24 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/551/KE), 25 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/552/KE), 36 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE), 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) u 46 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010) fil-Parti 3.2 jitħassar. |
|
4. |
It-test tal-punti 3 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/297/KE), 5 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/176/KE), 25 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/402/KE), 26 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/431/KE), 27 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/435/KE), 32 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE), 36 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/800/KE), 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE), 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/870/KE), 44 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/77/KE), u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/838/KE) taħt l-intestatura “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI EFTA U MILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA” fil-Parti 3 jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.
(3) ĠU L 232, 14.8.1992, p. 34.
(4) ĠU L 323, 26.11.1997, p. 31.
(5) ĠU L 237, 20.8.1992, p. 29.
(6) ĠU L 323, 26.11.1997, p. 31.
(8) ĠU L 240, 23.9.2000, p. 14.
(9) ĠU L 131, 26.5.1994, p. 23.
(10) ĠU L 371, 31.12.1994, p. 19.
(11) ĠU L 371, 31.12.1994, p. 21.
(12) ĠU L 371, 31.12.1994, p. 41.
(13) ĠU L 371, 31.12.1994, p. 44.
(14) ĠU L 24, 31.1.1996, p. 32.
(15) ĠU L 65, 5.3.1998, p. 26.
(16) ĠU L 283, 21.10.1998, p. 25.
(17) ĠU L 22, 27.1.2000, p. 65.
(18) ĠU L 50, 21.2.2001, p. 17.
(19) ĠU L 293, 10.11.2001, p. 42.
(20) ĠU L 180, 10.7.2002, p. 22.
(21) ĠU L 180, 10.7.2002, p. 24.
(22) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 87.
(23) ĠU L 218, 30.8.2003, p. 55.
(24) ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1.
(25) ĠU L 79, 17.3.2004, p. 47.
(26) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 111.
(27) ĠU L 8, 13.1.2007, p. 26.
(28) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 41.
(29) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 38.
(30) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 56.
(31) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 36.
(32) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 29.
(33) ĠU L 118, 5.5.2005, p. 37.
(34) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 61.
(35) ĠU L 325, 24.11.2006, p. 35.
(36) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34.
(37) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 31.
(38) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 105.
(39) ĠU L 23, 26.1.2008, p. 28.
(40) ĠU L 299, 8.11.2008, p. 40.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.