|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1388 |
1.12.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11351 — ALLIANZ / TUA ASSICURAZIONI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1388)
1.
Fl-24 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Allianz S.p.A. (“Allianz”, l-Italja), finalment ikkontrollata minn Allianz SE (il-Ġermanja), |
|
— |
Tua Assicurazioni S.p.A. (“Tua Assicurazioni” jew il-“Kumpanija fil-Mira”, l-Italja), finalment ikkontrollata minn Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja). |
Allianz se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eskluiżiv ta’ Tua Assicurazioni.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Allianz hija attiva fil-forniment u d-distribuzzjoni kemm tal-assikurazzjoni tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja, kif ukoll fis-settur tar-riassikurazzjoni. Allianz hija parti minn grupp li l-kumpannija azzjonista tiegħu hija Allianz SE, bil-kwartieri ġenerali tagħha fi Munich u kkwotata inter alia fil-Borża ta’ Frankfurt, li tipprovdi servizzi finanzjarji prinċipalment fil-qasam tal-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u l-ġestjoni tal-assi; |
|
— |
TUA Assicurazioni hija attiva fis-suq tas-servizzi tal-assikurazzjoni mhux tal-ħajja fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11351 — ALLIANZ / TUA ASSICURAZIONI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1388/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)