|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1203 |
9.6.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1203
tat-8 ta’ Ġunju 2026
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu kif estiż għall-importazzjonijiet miġjuba f’installazzjonijiet offshore, għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mir-Renju tal-Marokk kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Renju tal-Marokk kif ukoll jekk le, u għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Turkija kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fit-Turkija kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”)imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ (“GFF”, glass fibre fabrics) minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) u mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu (“l-Eġittu”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 (3), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-GFF u emendat il-livell ta’ dazji anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/806 (4), il-Kummissjoni estendiet id-dazji anti-dumping u kompensatorji għall-GFF li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Eġittu, miġjuba lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew trasferibbli jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew taż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“UNCLOS”, United Nations Convention on the Law of the Sea). |
|
(4) |
Wara l-ewwel investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/302 (5) u (UE) 2022/301 (6), il-Kummissjoni estendiet id-dazji anti-dumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw miċ-Ċina kkonsenjati mir-Renju tal-Marokk (“il-Marokk”), kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le. |
|
(5) |
Wara riinvestigazzjoni tal-assorbiment, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1233 (7), il-Kummissjoni emendat il-livell tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mill-Eġittu. |
|
(6) |
Wara t-tieni investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1477 (8) u (UE) 2022/1478 (9), il-Kummissjoni estendiet id-dazji anti-dumping u kumpensatorji għall-importazzjonijiet tal-GFF ikkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta’ dawk esportati minn xi kumpaniji Torok speċifiċi. |
|
(7) |
Wara investigazzjoni interim parzjali, bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2169 (10) u (UE) 2023/2158 (11), żdied produttur esportatur Tork addizzjonali mal-lista ta’ eżenzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1477 u (UE) 2022/1478, rispettivament. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-kumpaniji fiċ-Ċina, id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw bejn 34,0 % u 69,0 %. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-kumpaniji fl-Eġittu, id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ huma ta’ 33,1 % għall-produtturi esportaturi kollha. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(10) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza imminenti (12), il-Kummissjoni irċeviet talba għal rieżami (jew “it-talba”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(11) |
It-talba għal rieżami ġiet sottomessa fit-3 ta’ Jannar 2025 minn Tech-Fab Europe e.V. (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-GFF fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(12) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-3 ta’ April 2025, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-GFF li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Eġittu (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(13) |
Fit-13 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza (14) tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Eġittu. |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(14) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikant, lill-produtturi l-oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fiċ-Ċina u fl-Eġittu, lill-importaturi, lid-distributuri u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(16) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ. |
1.6. Kummenti dwar il-bidu
|
(17) |
Il-Gvern tal-Eġittu (“GOE”, Government of Egypt) argumenta li l-investigazzjoni ma kellhiex tinbeda, billi sostna li kien hemm nuqqasijiet fil-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami kif ukoll evidenza insuffiċjenti dwar id-dumping, id-dannu, u l-kawżalità. |
|
(18) |
L-ewwel nett, il-GOE argumenta li l-asserzjoni li t-talba għal rieżami kienet appoġġata minn produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ma kinitx verifikabbli, peress li l-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ fil-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami ġew ippreżentati bħala indiċijiet biss. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din id-dikjarazzjoni, peress li kienet wettqet eżami tal-locus standi qabel il-bidu. Għal dan il-fini, il-produtturi kollha tal-Unjoni msemmija fit-talba għal rieżami u magħrufa b’xi mod ieħor mill-Kummissjoni qabel il-bidu ġew ikkuntattjati u ġew ikkunsidrati fil-kalkolu tar-rappreżentattività tal-ilmentaturi. |
|
(20) |
Fil-kuntest ta’ dan l-eżerċizzju, 11-il produttur tal-Unjoni ssottomettew tweġibiet tal-locus standi. Fil-verżjoni miftuħa tat-tweġibiet awtonomi tagħhom, kollha kemm huma indikaw li kienu favur il-bidu. Dawk il-verżjonijiet miftuħa tat-tweġibiet awtonomi kien fihom ukoll volumi tal-produzzjoni għal kull wieħed minn dawk il-produtturi tal-Unjoni, normalment espressi bħala meded, u b’hekk ippermettew fehim raġonevoli tad-daqs relattiv tagħhom. |
|
(21) |
In-Nota dwar il-Locus Standi, ippubblikata fil-fajl miftuħ fis-27 ta’ Marzu 2025, (15) indikat il-produzzjoni tal-Unjoni stmata totali tal-prodott taħt rieżami abbażi ta’ dawn it-tweġibiet tal-locus standi. Il-GOE ma għamel ebda kumment dwar din in-nota. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, kien possibbli li jiġi konkluż b’mod raġonevoli li l-produtturi tal-Unjoni kellhom locus standi. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(22) |
It-tieni, il-GOE sostna li l-applikant kellu juża jew il-prezzijiet domestiċi fl-Eġittu jew il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, minflok ma jibni l-valur normali. Il-GOE żied li l-valur normali fi kwalunkwe każ inħadem bi ksur tal-Artikoli 2.2 u tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-Kummerċ (GATT, General Agreement on Tariffs and Trade) 1994 (“ADA”, Anti-Dumping Agreement). Skont il-GOE, l-applikant ibbaża fuq il-proporzjonijiet tal-konsum tal-produtturi tal-Unjoni u fuq id-data minn sorsi pubbliċi biex jiġu stmati l-elementi tal-kost ewlenin (inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tax-xogħol u tal-elettriku). Il-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG & A”, selling, general, and administrative expenses) u l-marġnijiet tal-profitt ittieħdu wkoll minn rekords disponibbli pubblikament ta’ kumpaniji f’pajjiżi terzi. Il-GOE sostna li minflok kellhom jintużaw il-kostijiet reali, l-SG & A, u l-profitt tal-produtturi Eġizzjani. |
|
(23) |
Bħala punt addizzjonali, il-GOE żied li l-applikant uża data nieqsa dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni, u dan irriżulta fi tqabbil inġust tal-valur normali maħdum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-GOE oġġezzjona bil-kbir għall-fatt li l-applikant uża varjetà ta’ data disponibbli pubblikament (bħall-Eurostat, il-Global Trade Atlas (“GTA”), u kwotazzjonijiet tal-prezzijiet mill-intelliġenza tas-suq), li ġew aġġustati ħażin, biex jagħmel diversi kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping. Il-GOE sostna li għalhekk, l-applikant iddikjara żżejjed il-marġnijiet tad-dumping fit-talba tiegħu għal rieżami. |
|
(24) |
Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni enfasizzat li l-istandard legali tal-evidenza meħtieġa għal talba għal rieżami skont l-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku (“biżżejjed evidenza biex tiġġustifika li jingħata bidu lil investigazzjoni”) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fit-talba għal rieżami ma hijiex l-istess bħal dik li fuqha l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fi tmiem investigazzjoni. Fil-fatt, it-talba għal rieżami jeħtieġ li tinkludi biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu li hija raġonevolment disponibbli għall-applikant. |
|
(25) |
F’dan il-każ, l-analiżi tal-Kummissjoni tal-evidenza pprovduta mill-applikant, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, uriet li t-talba għal rieżami kien fiha biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, kif ukoll ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping u d-dannu allegat biex jinbeda l-proċediment. |
|
(26) |
Fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ, tal-kostijiet tal-produzzjoni, tal-SG & A u tal-livelli ta’ profitt tal-produtturi esportaturi tal-GFF fiċ-Ċina u fl-Eġittu, il-Kummissjoni indikat li l-applikant fil-fatt issodisfa b’mod preċiż l-istandards ta’ evidenza meħtieġa fl-istadju tat-talba għal rieżami. Din l-informazzjoni eżatta ma hijiex disponibbli għall-applikant. Għalhekk kien meħtieġ li jiġu stmati l-marġnijiet tad-dumping abbażi ta’ valur normali maħdum. Meta ħadmu, l-applikant ibbaża fuq parametri referenzjarji internazzjonali multipli verifikabbli u disponibbli pubblikament biex juri li d-dumping jeżisti f’bosta xenarji. |
|
(27) |
L-istess japplika għall-użu mill-applikant ta’ statistika kummerċjali internazzjonali biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-esportazzjoni, peress li dawn huma l-aktar sorsi affidabbli ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-Kummissjoni qieset li ġew aġġustati b’mod raġonevoli biex jiġi żgurat tqabbil ġust tal-prezzijiet tal-bejgħ mal-valur normali. Għalhekk, dawn it-talbiet ġew miċħuda. |
|
(28) |
It-tielet, il-GOE sostna li ma kienx hemm biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping biex jinbeda r-rieżami. It-talba għal rieżami wriet li l-esportazzjonijiet Eġizzjani lejn l-Unjoni kellhom sehem mis-suq baxx filwaqt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-GOE sostna li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ pprezzar predatorju jew ta’ dumping, jew li l-esportazzjonijiet Eġizzjani jiżdiedu jekk il-miżuri jiskadu. Il-GOE saħaq ulterjorment li d-dumping tal-passat ma huwiex ġustifikazzjoni biex jitkomplew il-miżuri. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll mad-dikjarazzjoni li ma kienx hemm biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping. Ma huwiex korrett li jiġi ddikjarat li d-dumping tal-passat kien il-fattur li tqies li ssodisfa l-istandard ta’ suffiċjenza tal-evidenza. Kif spjegat fil-premessi (24) u (25) hawn fuq, l-applikant issodisfa l-istandard legali għall-bidu, billi bbaża ruħu fuq diversi punti ta’ riferiment disponibbli pubblikament, biex juri li d-dumping kompla. Il-Kummissjoni qieset li l-evidenza fit-talba għal rieżami, li turi l-kontinwazzjoni ta’ dumping, kienet raġonevolment disponibbli għall-applikant u suffiċjenti biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(30) |
Ir-raba’, il-GOE sostna li r-raġuni sottostanti tat-talba kienet il-protezzjoniżmu aktar milli l-eliminazzjoni tad-dumping u tad-dannu allegati. Madankollu, minbarra l-fatt li r-raġuni ma hijiex fost il-kriterji legali rilevanti, il-GOE ma pprovda l-ebda evidenza biex jappoġġa din id-dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie ta’ dumping, ta’ dannu u ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(31) |
Il-ħames, il-GOE sostna li l-applikant inġustament rabat l-esportazzjonijiet Eġizzjani ma’ prattiki antiċirkomvenzjoni u ta’ assorbiment allegatament attribwiti liċ-Ċina. |
|
(32) |
Madankollu, it-talba rreferenzjat b’mod espliċitu r-regolamenti rilevanti dwar l-antiċirkomvenzjoni u l-assorbiment, li analizzaw l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani separatament. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-GOE, ma ġiet attribwita l-ebda prattika ta’ assorbiment liċ-Ċina. Minflok, instab li l-produtturi esportaturi Eġizzjani kienu qed jassorbu d-dazji, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1233 (ara t-taqsima 1.1). Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(33) |
Is-sitt, il-GOE sostna ulterjorment li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi rigward l-istrateġiji tagħhom influwenzaw b’mod inġust il-valutazzjoni tal-esportazzjonijiet Eġizzjani. Madankollu, il-GOE naqas milli juri li l-applikant kien ikkombina flimkien l-imġiba tal-esportaturi miż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(34) |
Is-seba’, il-GOE sostna li l-analiżi tad-dannu fit-talba kellha elementi neqsin, peress li ma indirizzatx l-indikaturi tad-dannu kollha — speċifikament, ir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital, u l-pagi. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni indikat li l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-fatturi kollha tad-dannu msemmija fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jiġu analizzati f’talba għal rieżami jew juru deterjorament biex tiġi stabbilita biżżejjed evidenza ta’ dannu materjali. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li t-talba għal rieżami jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum tal-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (iżda mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, it-talba inkludiet valutazzjoni tal-profittabbiltà, li hija marbuta mill-qrib mar-redditu fuq l-investiment u mal-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(36) |
It-tmien, il-GOE argumenta li l-importazzjonijiet Eġizzjani kienu minuri u stabbli matul il-perjodu kkunsidrat fit-talba għal rieżami u għalhekk ma setgħux ikkawżaw dannu materjali. Il-GOE sostna wkoll li d-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni kienu strutturali (pereż., il-kompetizzjoni fis-settur tal-enerġija mir-riħ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, is-saturazzjoni tas-suq, u l-bidliet globali fil-provvista) u kkaġunati minnha stess. Barra minn hekk, il-GOE sostna li t-talba kienet nieqsa minħabba li ma iżolatx l-effetti tal-importazzjonijiet Eġizzjani minn fatturi tad-dannu oħrajn. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni indikat li t-talba rrikonoxxiet li l-importazzjonijiet Eġizzjani rrappreżentaw sehem żgħir mill-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dan ma huwiex komuni fir-rieżamijiet ta’ skadenza, fejn il-miżuri jistgħu jħallu impatt fuq l-importazzjonijiet. Il-kunsiderazzjoni ewlenija f’tali każijiet hija l-impatt potenzjali li kieku l-miżuri kellhom jitħassru, u mhux is-sitwazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-preżenza ta’ fatturi tad-dannu oħrajn minbarra l-importazzjonijiet Eġizzjani ma tinnegax awtomatikament l-effett materjali possibbli ta’ dawn l-importazzjonijiet. Anke jekk l-importazzjonijiet Eġizzjani ma kellhom l-ebda effett dannuż matul il-perjodu kkunsidrat — dikjarazzjoni li l-GOE ma ssostanzjax — dan ma jimminax l-argument li d-dannu jista’ jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, il-GOE ma pprovdiex evidenza li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat minnha stess. Għalhekk, it-talbiet ġew miċħuda. |
|
(38) |
Id-disa’, il-GOE sostna li l-allegazzjoni fit-talba għal rieżami — li l-esportazzjonijiet Eġizzjani jiġu ridiretti lejn l-Unjoni jekk jitneħħew il-miżuri — kienet spekulattiva u mhux sostanzjata. |
|
(39) |
Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni, ibbażata fuq evidenza prima facie fit-talba għal rieżami, indikat li l-produtturi esportaturi Eġizzjani kellhom kapaċità sinifikanti li prinċipalment hija mmirata lejn is-suq tal-Unjoni u li s-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti għall-esportazzjonijiet. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, deher probabbli li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet Eġizzjani. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(40) |
L-għaxar, il-GOE sostna li t-talba kienet nieqsa minn biżżejjed evidenza ta’ twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz, peress li bbażat fuq tqabbil wiesa’ tal-prezz tas-suq minflok fuq data fil-livell tat-tranżazzjonijiet. |
|
(41) |
Fl-istadju tal-bidu, ipprezzar dettaljat tal-importazzjoni għal kull tip ta’ prodott ma huwiex disponibbli. Tali data ssir disponibbli biss wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, jekk tiġi preżunta l-kooperazzjoni. Għalhekk, ma huwiex realistiku li wieħed jistenna kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz speċifiċi għall-prodott fit-talba u saħansitra aktar tard fl-investigazzjoni jekk ma jkunx hemm kooperazzjoni. Fl-istadju tal-bidu, l-evidenza prima facie bbażata fuq id-data medja tal-Eurostat tqieset bħala suffiċjenti. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(42) |
Fl-aħħar, il-GOE ssuġġerixxa li l-applikant naqas milli janalizza jew milli jipprovdi evidenza li t-tkomplija tal-miżuri kienet fl-interess tal-Unjoni. |
|
(43) |
Filwaqt li ma hemm l-ebda rekwiżit legali biex jiġi eżaminat l-interess tal-Unjoni fir-rieżami ta’ skadenza fl-istadju tal-bidu, l-evidenza disponibbli ma indikat l-ebda kunsiderazzjoni tal-interess tal-Unjoni (pereż., impatt negattiv fuq l-utenti jew fuq operaturi ekonomiċi oħrajn) li tiġġustifika t-terminazzjoni tal-każ. Din hija kwistjoni li għandha tiġi esplorata fl-investigazzjoni nnifisha. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
1.7. Kampjunar
|
(44) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(45) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn żewġ produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrappreżentaw aktar minn 25 % tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjunar. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(46) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(47) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u ma qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u fl-Eġittu |
|
(48) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina u fl-Eġittu jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea u lill-Missjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għall-Unjoni Ewropea sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk kien hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(49) |
L-ebda produttur esportatur fil-pajjiżi konċernat ma pprovda l-informazzjoni mitluba. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx applikabbli. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(50) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jimlew il-kwestjonarji, li kienu disponibbli fuq is-sit web (16) tagħha fil-jum tal-bidu. |
|
(52) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun: Vitrulan Composites Oy u European Owens Corning Fiberglas sprl. |
|
(53) |
L-applikant lesta kwestjonarju makroekonomiku li jipprovdi l-makroindikaturi. |
1.9. Verifika
|
(54) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni
|
1.10. Proċedura sussegwenti
|
(55) |
Fis-16 ta’ April 2026, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(56) |
L-ebda parti ma għamlet kummenti dwar id-divulgazzjoni, u l-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(57) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-materjali ta’ faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra l-prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (pre-preg), u minbarra l-materjali b’malja miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00 , ex 7019 62 10 , ex 7019 62 90 , ex 7019 63 00 , ex 7019 64 00 , ex 7019 65 00 , ex 7019 66 00 , ex 7019 69 10 , ex 7019 69 90 and ex 7019 90 00 (TARIC codes 7019 61 00 81, 7019 61 00 83, 7019 61 00 84, 7019 62 10 81, 7019 62 10 83, 7019 62 10 84, 7019 62 90 81, 7019 62 90 83, 7019 62 90 84, 7019 63 00 81, 7019 63 00 83, 7019 63 00 84, 7019 64 00 81, 7019 64 00 83, 7019 64 00 84, 7019 65 00 81, 7019 65 00 83, 7019 65 00 84, 7019 66 00 81, 7019 66 00 83, 7019 66 00 84, 7019 69 10 81, 7019 69 10 83, 7019 69 10 84, 7019 69 90 81, 7019 69 90 83, 7019 69 90 84, 7019 90 00 81, 7019 90 00 83 u 7019 90 00 84) (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(58) |
Il-kodiċijiet NM u TARIC huma pprovduti għall-fini ta’ informazzjoni biss mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tariffarja. |
|
(59) |
Il-GFF jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. Pereżempju, għall-produzzjoni tax-xfafar għat-turbini eoliċi, fil-produzzjoni ta’ tagħmir tad-dgħajjes, tat-trakkijiet u tal-isport, kif ukoll fis-sistemi ta’ tiswija tal-pajpijiet. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(60) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u mill-Eġittu. |
2.3. Prodott simili
|
(61) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(62) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(63) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-GFF kemm mill-Eġittu kif ukoll miċ-Ċina komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018) (“il-PI oriġinali”). Madankollu, skont l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet, l-importazzjonijiet tal-GFF miż-żewġ pajjiżi baqgħu jżommu sehem mis-suq sinifikanti fl-Unjoni. L-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu jammontaw għal madwar 8 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Eġittu kienu jammontaw għal madwar 2 % (meta mqabbla ma’ 22 % u 9 % tal-ishma mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali, rispettivament). F’termini assoluti, l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Eġittu kienu ta’ 11 345 u 2 514 tunnellata, rispettivament, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ 37 558 u 15 334 fil-PI oriġinali, rispettivament. |
|
(64) |
Kif imsemmi fil-premessa (49) hawn fuq, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi miċ-Ċina jew mill-Eġittu ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet taċ-Ċina u tal-Eġittu li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward taċ-Ċina u tal-Eġittu. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(65) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun), issupplimentata b’data minn sorsi disponibbli pubblikament. |
3.2. Iċ-Ċina
3.2.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw miċ-Ċina
|
(66) |
Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward taċ-Ċina, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(67) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GOC. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(68) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(69) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(70) |
Fis-27 ta’ Settembru 2025, Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali permezz ta’ nota (“in-Nota FOP”). F’dik in-nota, il-Kummissjoni enfasizzat in-nuqqas ta’ kooperazzjoni kemm mill-GTĊ kif ukoll minn kwalunkwe produttur esportatur fiċ-Ċina, li ġie kkomunikat permezz ta’ Note Verbale lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (17). In-Nota FOP enfasizzat li l-Kummissjoni għalhekk se tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(71) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kienet beħsiebha tuża l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami biex tistabbilixxi s-sorsi li se jintużaw biex jiġi ddeterminat il-valur normali. Il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(72) |
Fin-Nota FOP, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-GFF. Infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-marġni tal-profitt abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-kumpanija TÜRKİYE ŞİŞE VE CAM FABRİKALARI A.Ş, (“Şişecam”), produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar in-Nota tal-FOP. |
3.2.2. Valur normali
|
(74) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(75) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(76) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GOC u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.3. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(77) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk jeżistux distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, li jwasslu biex l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi f’dak il-pajjiż ma jkunx xieraq. Dik l-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(78) |
L-ewwel nett, l-evidenza li tinsab fit-talba inkludiet l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti:
|
|
(79) |
It-tieni, f’investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-fibra tal-ħġieġ fiċ-Ċina (29), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (30). |
|
(80) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (31), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (32). |
|
(81) |
Il-Kummissjoni sabet ulterjorment li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, għandhom ukoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina twassal biex ir-riżorsi jiġu xprunati lejn setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (33). |
|
(82) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta d-ditti insolventi jitħallew jibqgħu joperaw u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (34). |
|
(83) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (35), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (36). |
|
(84) |
It-tielet, fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri oriġinali (37), il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda bidla strutturali maġġuri fiċ-Ċina b’mod ġenerali u/jew fis-settur rilevanti b’mod partikolari, li tista’ taffettwa dik il-konklużjoni. |
|
(85) |
Ir-raba’, evidenza addizzjonali disponibbli fir-Rapport dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija taċ-Ċina (“ir-Rapport”) (38), imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti anke matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(86) |
Il-ħames, l-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma ġie ppreżentat mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(87) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent tal-gvern sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
|
(88) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.4. Pajjiż rappreżentattiv
Kummenti ġenerali
|
(89) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(90) |
Kif spjegat fil-premessi (70) sa (73) hawn fuq, il-Kummissjoni ppubblikat nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji relevanti u infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. Fil-premessa (88) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm distorsjonijiet sinifikanti. |
Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina
|
(91) |
Fin-Nota FOP, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami. Il-prodott taħt rieżami ġie prodott fit-Turkija. |
|
(92) |
Fin-nota FOP, il-Kummissjoni spjegat li la l-GTĊ ma kkoopera u lanqas ebda produttur esportatur fiċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. In-nota FOP enfasizzat li l-Kummissjoni għalhekk se tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri, tuża l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza biex tagħżel il-pajjiż rappreżentattiv u tistabbilixxi s-sorsi li se jintużaw biex jiġi ddeterminat il-valur normali. |
|
(93) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
Disponibbiltà ta’ data rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(94) |
Fin-Nota FOP, il-Kummissjoni indikat ukoll li d-data finanzjarja rilevanti ta’ produttur tal-GFF fit-Turkija kienet ukoll disponibbli faċilment. |
|
(95) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fin-nota tal-FOP li biħsiebha tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u r-rapporti finanzjarji faċilment disponibbli ta’ Şişecam sabiex tikseb prezzijiet jew parametri referenzjarji mhux distorti u data finanzjarja għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
|
(96) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Şişecam bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(97) |
L-għażla inizjali ta’ pajjiż(i) rappreżentattiv(i) potenzjali u ta’ kumpaniji adatti b’data disponibbli faċilment ma tipprevjenix lill-Kummissjoni mill-possibbiltà li tissupplimenta jew tirfina tali għażla u r-riċerka tagħha fi stadju aktar tard, inkluż billi tressaq suġġerimenti ġodda f’termini ta’ pajjiż rappreżentattiv potenzjali u ta’ prodott simili. Tabilħaqq, huwa l-fini proprju tan-Noti dwar il-fatturi tal-produzzjoni, li jistiednu lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar ir-riċerka preliminari tas-servizzi tal-Kummissjoni u, jekk ikun ġustifikat, jirċievu alternattivi għall-kunsiderazzjoni ulterjuri tas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn in-noti fihom ukoll anness speċifiku biex jiggwida lill-partijiet fis-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar pajjiżi u/jew kumpaniji rappreżentattivi addizzjonali possibbli għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(98) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(99) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.5. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(100) |
Fin-Nota tal-FOP, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni faċilment disponibbli u dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(101) |
Fin-Nota FOP, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni għall-materja prima ewlenija, il-GFR. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża d-data mill-Istitut Tork tal-Istatistika (41) u mill-Eurostat (42) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni lavorattivi u tal-enerġija, rispettivament. |
|
(102) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba għal rieżami, ġew identifikati l-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tal-GFF
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Materja prima
|
(103) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ faxex tal-fibra tal-ħġieġ kif ikkonsenjati fuq l-għatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. |
|
(104) |
Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO, World Trade Organization), elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessi (77) sa (88) ta’ hawn fuq ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(105) |
Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija (jiġifieri, il-GFR) fit-Turkija kienu ġejjin mill-Eġittu, bi prezzijiet aktar baxxi minn kwalunkwe sors ieħor ta’ importazzjonijiet. |
|
(107) |
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870 (47), il-Kummissjoni sabet li l-uniku produttur tal-GFR fl-Eġittu, u, konsegwentement, l-uniku produttur tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ, huwa Jushi Egypt. Kif stabbilit f’dak ir-Regolament, Jushi Egypt kien proprjetà ta’ kumpaniji Ċiniżi u kien qed jiġi ssussidjat kemm miċ-Ċina kif ukoll mill-Eġittu. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/870 ikkumpensa għall-esportazzjonijiet tal-GFR fl-Unjoni. |
|
(108) |
Minħabba li Jushi Egypt għadu l-uniku produttur esportatur tal-GFR fl-Eġittu, ma hemm l-ebda raġuni biex jiġi preżunt li l-istess sussidji ma jaffettwawx bl-istess mod il-prezzijiet tal-prodotti esportati lejn swieq oħrajn, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-GFR lejn it-Turkija. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mill-Eġittu fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn xorta baqa’ rappreżentattiv, b’aktar minn 10 000 tunnellata. |
|
(109) |
Fir-rigward tad-dazji fuq l-importazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li t-Turkija importat il-GFR minn aktar minn 20 pajjiż, b’livell differenti ta’ rati tad-dazju fuq l-importazzjoni u differenzi sinifikanti fil-volumi. Il-Kummissjoni kkalkolat id-dazji fuq l-importazzjoni għall-GFR abbażi tal-livell ta’ dazji applikabbli għall-importazzjonijiet tal-GFR minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi. |
|
(110) |
Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu wkoll il-prezzijiet tat-trasport domestiku. Madankollu, meta jitqies il-livell ta’ marġnijiet tad-dumping ikkalkolat hawn taħt, kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tad-daqs eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, kosegwentement, marġni tad-dumping ogħla. |
Manodopera
|
(111) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami abbażi tal-kost lavorattiv medju fis-siegħa għas-settur tal-manifattura taħt il-kodiċi NACE (48) C-23 għall-2022, jiġifieri, l-attività ekonomika “Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra” skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valuri ġew aġġustati ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (49) biex jiġu riflessi l-kostijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
Elettriku
|
(112) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fit-Turkija jiġi ppubblikat mill-Eurostat. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti f’CNY/kWh għall-Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami (RIP, Review Investigation Period), kif ippubblikata fl-10 ta’ Settembru 2025 (50). |
Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG & A u profitti
|
(113) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(114) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet tal-manifattura u tal-manodopera totali. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura. |
|
(115) |
L-SG & A u l-profitt kienu bbażati fuq informazzjoni disponibbli faċilment għall-kumpanija Şişecam (ara l-premessa (118) hawn taħt). |
3.2.6. Kalkolu tal-valur normali
|
(116) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(117) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-GFF. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-medja ponderata tal-proporzjonijiet tal-konsum tal-kategoriji tal-prodott ewlenin bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv (it-Turkija), kif deskritt fit-Taqsima 3.2.5 hawn fuq. |
|
(118) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, kif innutat hawn fuq, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, kif ukoll il-kostijiet tal-SG & A u l-marġni tal-profitt. Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. Il-kostijiet tal-SG & A u l-marġni tal-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Şişecam għas-sena 2023, kif irrapportati u aġġustati għall-inflazzjoni fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija għas-sena 2024 (51) (ara t-Taqsima 3.2.5). |
|
(119) |
B’mod speċifiku, il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(120) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.7. Prezz tal-esportazzjoni
|
(121) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi miċ-Ċina, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight) tal-Eurostat ikkoreġuta għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tan-nol (bil-baħar) u tal-assigurazzjoni u bil-kost tat-trasport domestiku. |
3.2.8. Tqabbil
|
(122) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezzijiet tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif deskritt hawn fuq. |
|
(123) |
Ma sar l-ebda aġġustament fil-valur normali u jew fil-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.2.9. Marġni tad-dumping
|
(124) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(125) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu ta’ 59,0 % għall-esportazzjonijiet miċ-Ċina. Għalhekk, ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3. L-Eġittu
|
(126) |
Kif imsemmi fil-Premessa (49) hawn fuq, l-ebda produttur esportatur Eġizzjan ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha dwar id-dumping fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
3.3.1. Valur normali
|
(127) |
Peress li ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar il-prezzijiet domestiċi tal-GFF fl-Eġittu għal Hengshi Egypt jew Jushi Egypt, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għall-Eġittu abbażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku bl-użu tad-data indikata fit-talba għal rieżami. |
|
(128) |
Speċifikament, għall-materja prima, l-applikant uża statistika dwar l-esportazzjoni tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament mill-bażi tad-data Comtrade (52). Ir-raġuni għaliex intgħażel dan l-approċċ minflok ma wieħed jibbaża fuq l-importazzjonijiet tal-GFR fl-Eġittu hija minħabba li kważi dawk l-importazzjonijiet kollha kienu ġejjin miċ-Ċina, u x’aktarx kienu trasferimenti bejn il-kumpaniji tal-grupp Jushi. |
|
(129) |
Għall-elettriku, intużaw il-prezzijiet tal-elettriku għan-negozji fl-Eġittu minn Global Petrol Prices (53). Għall-kostijiet lavorattivi, intużaw is-salarji ppubblikati minn Salary Explorer (54) għas-settur tal-“Fabbrika u Manifattura” fl-Eġittu. |
|
(130) |
Ma’ dawn il-kostijiet tal-manifattura, żdiedu ammonti xierqa għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura, għall-SG & A u għall-profitti, li kienu bbażati fuq id-data pprovduta mill-applikant. |
|
(131) |
Żdied l-istess sehem ta’ kostijiet ġenerali tal-manifattura fil-kostijiet diretti tal-manifattura kkalkulati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant għall-valur normali fiċ-Ċina, 16,8 % (ara l-premessa (119) hawn fuq). |
|
(132) |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ Hengshi Egypt ma kinux disponibbli faċilment, u r-rapporti finanzjarji ta’ Jushi China ma pprovdewx informazzjoni dwar il-kostijiet tal-SG & A ta’ Jushi Egypt. Għalhekk, l-applikant uża d-data tal-SG & A tal-produttur Tork tal-GFF- Şişecam. Il-Kummissjoni segwiet l-istess approċċ u applikat l-SG & A ta’ Şişecam ta’ 11,24 % tal-COGS kif indikat fil-premessa (119) hawn fuq). |
|
(133) |
Il-marġni tal-profitt ta’ 20,1 % żdied ukoll mal-kost tal-manifattura, kif sottomess fit-talba għal rieżami. L-applikant uża r-rapporti finanzjarji pubblikament disponibbli ta’ Jushi China biex jakkwista l-profitt. |
3.3.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(134) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mill-Eġittu, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data CIF tal-Eurostat, ikkoreġuta għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tan-nol (bil-baħar) u tal-assigurazzjoni u bil-kost tat-trasport domestiku. |
3.3.3. Tqabbil
|
(135) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku abbażi tal-fatti disponibbli u l-prezzijiet tal-esportazzjoni stabbiliti fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. kif deskritt hawn fuq. |
|
(136) |
Ma sar l-ebda aġġustament fil-valur normali u jew fil-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.3.4. Marġni tad-dumping
|
(137) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(138) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu ta’ 100,26 % għall-esportazzjonijiet mill-Eġittu. Għalhekk, ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING
|
(139) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk jitħassru l-miżuri. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Eġittu u fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ assorbiment. |
4.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u fl-Eġittu
|
(140) |
Minħabba n-nuqqas totali ta’ kooperazzjoni mill-Eġittu, miċ-Ċina, u mill-produtturi esportaturi fiż-żewġ pajjiżi, is-sejbiet dwar il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riżerva kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, speċifikament, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(141) |
L-applikant ipprovda evidenza li l-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-GFF fiċ-Ċina kienet ta’ madwar 1 400 000 tunnellata fir-RIP, b’madwar 800 000 tunnellata ta’ kapaċità żejda. Wara t-tnaqqis tad-domanda domestika u tal-esportazzjonijiet totali, il-kapaċità libera tal-produtturi Ċiniżi disponibbli għas-suq tal-Unjoni kienet stmata għal madwar 700 000 tunnellata, li hija ħames darbiet aktar mill-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(142) |
Fir-rigward tal-kapaċitajiet Eġizzjani, l-evidenza turi li l-uniċi żewġ produtturi tal-GFF fl-Eġittu (Hengshi Egypt u Jushi Egypt) ġew stabbiliti bl-għan li jfornu lis-suq tal-Unjoni. Hengshi Egypt u Jushi Egypt jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji inkorporati fiċ-Ċina, u t-tnejn jinsabu fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu. Dawn fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn aġenzija tal-gvern Ċiniż u ġew stabbiliti taħt strateġija biex titrawwem l-espansjoni ’l barra taċ-Ċina. |
|
(143) |
Filwaqt li Jushi Egypt ġie stabbilit bl-għan primarju li jesporta l-GFR lejn l-UE, Hengshi Egypt sussegwentement ġie stabbilit biex jikkomplementa l-portafoll tal-prodotti tiegħu bil-GFF. Mill-2017, il-kapaċità tal-GFF ta’ Hengshi, stmata mill-applikant, hija ta’ 30 000 tunnellata, jew ta’ 22 % tal-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(144) |
Barra minn hekk, l-applikant wera li l-Unjoni kienet waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin għall-GFF tal-Eġittu mill-2022 ’il quddiem, filwaqt li s-suq domestiku tal-Eġittu għall-GFF huwa minimu, b’domanda ta’ mhux aktar minn 1 500 tunnellata fis-sena. |
|
(145) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi Ċiniżi u Eġizzjani għandhom kapaċitajiet suffiċjenti li jkunu lesti li jużawhom biex iżidu drastikament l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(146) |
Minkejja d-dazji anti-dumping kif ukoll dawk kumpensatorji fis-seħħ, li jirriżultaw minbarra d-dazji konvenzjonali fuq l-importazzjoni għall-importazzjonijiet miċ-Ċina (li jvarjaw bejn 5 % u 7 % għal kodiċijiet doganali differenti li jaqa’ taħthom il-prodott ikkonċernat), il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani għadhom jesportaw lejn l-Unjoni. Il-volumi tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi saħansitra żdiedu f’termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat: il-volumi tal-importazzjoni Ċiniżi żdiedu b’102 % u dawk Eġizzjani żdiedu b’115 %. |
|
(147) |
Id-data dwar l-esportazzjoni tal-GTA wriet li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni, qabel il-kostijiet u d-dazji tat-tbaħħir, kienu madwar 15 % ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni medji ponderati lejn l-akbar għaxar swieq tal-esportazzjoni. Meta titqies l-importanza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani, u li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jbigħu b’tali prezzijiet lill-Unjoni anke minkejja l-miżuri fis-seħħ, huwa ċar li s-suq tal-Unjoni għadu attraenti ħafna. |
|
(148) |
Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ assorbiment, li ġew indirizzati minn emendi tal-miżuri deskritti fit-taqsima 1.1 hawn fuq, ikomplu juru l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.3. Konklużjoni
|
(149) |
Kif deskritt hawn fuq, instabet il-kontinwazzjoni ta’ dumping, b’marġnijiet tad-dumping sinifikanti kemm għall-Eġittu kif ukoll għaċ-Ċina. Meta titqies il-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u d-daqs tal-kapaċitajiet fl-Eġittu, kif ukoll l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni preċedenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-possibbiltà li l-miżuri jitħallew jiskadu x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping, bl-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjali. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(150) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-prodott simili kien manifatturat minn 18-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(151) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal 100 653 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħal:
Kif indikat fil-premessa (45), intgħażlu żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dawn kienu jirrappreżentaw [30 %–40 %] tal-produzzjoni tal-Unjoni totali tal-prodott simili. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(152) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju makroekonomiku u abbażi tad-data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni. |
|
(153) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(154) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % bejn l-2021 u l-2022, xprunat mill-irkupru u l-bini mill-ġdid tal-ħażniet fl-industriji downstream wara l-pandemija. |
|
(155) |
Bejn l-2022 u l-2024, il-konsum tal-Unjoni evolva taħt l-influwenza ta’ żewġ xejriet opposti. Minn naħa, id-domanda mill-manifatturi tat-turbini eoliċi u tax-xfafar naqset, peress li dawk il-produtturi ffaċċjaw pressjoni kompetittiva akbar mill-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, id-domanda minn swieq tal-użu finali oħrajn, b’mod partikolari s-settur tal-kisi tal-pajpijiet imwebbsa fil-post (“CIPP”, cured-in-place pipe), żdiedet. B’mod ġenerali, dawn l-iżviluppi opposti rriżultaw fi stabbilizzazzjoni tal-konsum tal-Unjoni, li varja f’medda dejqa wara l-2021. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
5.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(156) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjoni u l-konsum tal-Unjoni totali. |
|
(157) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(158) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Eġittu żdied rispettivament b’102 % u b’115 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(159) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 13 % biss. B’riżultat ta’ dan, il-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem mis-suq tagħhom: minn 5 % għal 8 % għaċ-Ċina, minn 1 % għal 2 % għall-Eġittu. |
5.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz
|
(160) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati abbażi tad-data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni. |
|
(161) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(162) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni żdied bi 23 % mill-2021 għall-2022, baqa’ stabbli fl-2023 u naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bejn wieħed u ieħor għal-livell tal-2021. |
|
(163) |
B’rabta mal-kunsiderazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi u n-nuqqas konsegwenti ta’ data tranżazzjonali għamlu l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz reali (tqabbil tat-tip b’tip) impossibbli. B’mod partikolari, minħabba n-natura statistika tad-data, il-prezzijiet tal-importazzjoni medji ma jkoprux id-differenzi fit-taħlita tal-prodott, li huma inerentement sostanzjali għall-prodott taħt rieżami. Dan jintwera mill-evidenza miksuba mill-produtturi tal-Unjoni, li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn it-tipi ta’ prodotti. Għalhekk, in-nuqqas tal-produtturi esportaturi li jikkooperaw ħoloq id-distakk evidenti ħafna li pprevjena lill-Kummissjoni milli tikkalkula l-undercutting fil-prezzijiet. |
|
(164) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, billi ma setgħetx tintuża l-istatistika dwar l-importazzjoni biex jiġi konkluż li ma kien hemm l-ebda undercutting fil-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kellhom jiġu kkunsidrati elementi oħrajn. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tinferixxi l-eżistenza ta’ effetti sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mill-fatti disponibbli uffiċjalment. |
|
(165) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’pass ogħla meta mqabbel maż-żieda moderata fil-konsum tal-Unjoni. Iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkontribwiet għall-erożjoni tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll għall-inkapaċità kronika tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri l-kostijiet tagħha. F’tali xenarju, il-fatti disponibbli b’hekk jindikaw l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz u soppressjoni tal-prezz. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina u l-Eġittu
|
(166) |
L-importazzjonijiet tal-GFF minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina u l-Eġittu oriġinaw prinċipalment fl-Indja, fit-Turkija u fit-Tajlandja. |
|
(167) |
Il-volum tal-importazzjonijiet aggregat fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-GFF minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(168) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evoluzzjoni tal-volumi, tal-prezzijiet CIF u tal-prezzijiet tad-dazju mħallas (“DDP”, delivered duty paid) tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-prezz tad-dazju mħallas inkiseb billi d-dazju konvenzjonali u anti-dumping applikabbli ġie miżjud mal-prezz CIF. |
|
(169) |
Fir-rigward tal-Indja, il-volum tal-importazzjonijiet żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq sehem mis-suq ta’ 11 % matul ir-RIP. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet CIF u DDP medji tal-importazzjonijiet mill-Indja kienu ferm aktar baxxi mill-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni u mill-kost tal-produzzjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet fil-livell tad-DDP kienu aktar baxxi b’16 % u b’24 %, rispettivament. |
|
(170) |
Fir-rigward tat-Turkija, il-volum tal-importazzjonijiet ġie mmultiplikat b’sitta bejn l-2021 u l-2022 biex jilħaq sehem mis-suq ta’ 15 % fl-2022. F’Settembru 2022, wara l-investigazzjoni antiċirkomvenzjoni msemmija fil-premessa (6) hawn fuq (55), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping għall-importazzjonijiet tal-GFF ikkonsenjati minn Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fit-Turkija kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta’ dawk esportati minn xi kumpaniji Torok speċifiċi. L-importazzjonijiet mit-Turkija bdew jonqsu fl-2023 iżda xorta kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 6 % matul ir-RIP. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet CIF u DDP medji tal-importazzjonijiet mit-Turkija kienu ferm aktar baxxi mill-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni u mill-kost tal-produzzjoni. Fir-RIP, il-prezzijiet fid-DDP kienu aktar baxxi b’14 % u bi 22 % rispettivament. |
|
(171) |
Fir-rigward tat-Tajlandja, il-volum tal-importazzjonijiet beda minn bażi baxxa ħafna ta’ 229 tunnellata fl-2021 u laħaq sehem mis-suq ta’ 3 % matul ir-RIP. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet CIF u DDP medji tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja kienu ferm aktar baxxi mill-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni u mill-kost tal-produzzjoni. Fir-RIP, il-prezzijiet fil-livell tad-DDP kienu aktar baxxi bi 42 % u bi 48 %, rispettivament. |
|
(172) |
Il-volum totali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqas matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 10 % għal 4 %. Mill-2022 sar-RIP, il-prezz CIF medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien ferm ogħla mill-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni u mill-kost tal-produzzjoni. |
5.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(173) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(174) |
Kif imsemmi fil-premessa (45), intuża l-kampjunar għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(175) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data verifikata li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju makroekonomiku sottomess mill-applikant. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(177) |
Meta jitqies li l-mikroindikaturi użati fl-analiżi tad-dannu nkisbu minn żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biss, iċ-ċifri stabbiliti abbażi ta’ din id-data ppreżentata hawn taħt huma mogħtija f’meded sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tad-data tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(178) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(179) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
5.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.5.2.1.
|
(180) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(181) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni varja iżda wera tnaqqis ġenerali ta’ 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa dovut għal tnaqqis fid-domanda mill-produtturi tax-xfafar eoliċi li huma stess jiġu esposti għall-kompetizzjoni Ċiniża. Dan it-tnaqqis fid-domanda kien parzjalment ikkumpensat minn talbiet f’setturi oħrajn imsemmija fil-premessa (155). Madankollu, iċ-ċikli tal-produzzjoni biex jaqdu lil dawn is-setturi l-oħrajn huma iqsar, u dan jirriżulta f’rikonfigurazzjoni tal-magni aktar frekwenti u f’ħin ta’ tħaddim ta’ magni fuq idle itwal, li jħallu impatt negattiv fuq l-użu tal-kapaċità. |
|
(182) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset globalment bi 2 % biss matul il-perjodu kkunsidrat u, konsegwentement, l-użu tal-kapaċità naqas b’9 %. L-użu tal-kapaċità baxx, xprunat mill-inabbiltà li jinbiegħu volumi suffiċjenti bi prezzijiet vijabbli, ikkontribwixxa għal sitwazzjoni prekarja tal-industrija tal-Unjoni. |
5.5.2.2.
|
(183) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(184) |
Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli fl-2022 meta mqabbel mal-2021 u mbagħad żdied b’għaxar punti perċentwali fl-2023. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-bejgħ naqas bi 8 551 tunnellata jew b’disa’ punti perċentwali fuq bażi annwali. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ naqas bi 2 % filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 13 %, li rriżulta fi tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 76 % għal 66 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni mhux biss ma bbenefikatx mis-suq tal-Unjoni li qed jikber, iżda saħansitra tilfet parti sinifikanti mis-sehem mis-suq tagħha. |
5.5.2.3.
|
(185) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm is-sehem mis-suq tagħha f’kuntest ta’ domanda dejjem akbar, għall-kuntrarju tal-pajjiżi kkonċernati li kisbu sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.2.4.
|
(186) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(187) |
L-impjiegi baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kunsidrat. |
|
(188) |
Billi l-impjiegi baqgħu ġeneralment stabbli u l-volumi tal-produzzjoni naqsu, il-produttività tax-xogħol iddeterjorat bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif spjegat fil-premessa (181), id-domanda mxiet progressivament lejn prodotti manifatturati f’serje iżgħar, li jeħtieġu rikonfigurazzjonijiet tal-magni aktar frekwenti, li min-naħa tagħhom żiedu l-ħin ta’ tħaddim fuq idle u affettwaw ukoll b’mod negattiv il-produttività. |
5.5.2.5.
|
(189) |
Kemm il-marġnijiet tad-dumping Ċiniżi kif ukoll dawk Eġizzjani kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. |
|
(190) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(191) |
Minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu ddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat u l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni prekarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.5.3.1.
|
(192) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(193) |
Il-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni kien taħt il-kost ta’ unità tal-produzzjoni medju matul il-perjodu kkunsidrat kollu. L-ogħla prezz tal-bejgħ għall kull unità ntlaħaq fl-2023 minħabba li l-prezz ġie kkwotat fi ftehimiet iffirmati fl-2022 abbażi ta’ kostijiet tal-enerġija għoljin. |
|
(194) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’9 %. Dan ikkumpensa parzjalment biss iż-żieda ta’ 20 % fil-kost tal-produzzjoni matul l-istess perjodu, li wassal għal deterjorament tal-profittabbiltà tagħha. |
5.5.3.2.
|
(195) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)
|
||||||||||||||||||||||
|
(196) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.3.3.
|
(197) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(198) |
Wara tnaqqis fl-2022 minħabba riekwilibriju relatat mal-COVID, il-livell tal-ħażniet reġa’ żdied u laħaq [20 %–25 %] tal-produzzjoni sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Iż-żieda fil-livelli tal-ħażniet tindika li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tipproduċi oġġetti li ma setgħetx tbigħ bi prezzijiet vijabbli jew fi kwantitajiet suffiċjenti. Dan jirrifletti direttament deterjorament fil-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija. |
5.5.3.4.
|
(199) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(200) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Kif muri fit-Tabella 9, il-kost ta’ unità tal-produzzjoni żdied b’rata aktar mgħaġġla mill-prezz tal-bejgħ għal kull unità u għalhekk il-profittabbiltà ddeterjorat kontinwament u b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(201) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ħlief għall-2022, fejn ir-riekwilibriju ta’ wara l-covid tal-ħażniet influwenza l-fluss tal-flus b’mod pożittiv, dan l-indikatur tad-dannu ddeterjora matul il-perjodu kkunsidrat u spiċċa negattiv b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis fil-flussi tal-flus naqqas ukoll il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital. |
|
(202) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-investiment żdied b’25 %. Instab li dan kien prinċipalment relatat mas-sostituzzjoni, mar-razzjonalizzazzjoni u mal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u soċjali. |
|
(203) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan beda b’mod pożittiv fl-2021, imbagħad naqas kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat u naqas taħt – 25 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(204) |
Minkejja x-xejra ’l isfel fil-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, l-industrija tal-Unjoni setgħet tiffinanzja l-investimenti meħtieġa, kif deskritt fil-premessa (202). |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(205) |
Il-parti l-kbira tal-indikaturi tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(206) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat u l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas bi 2 % minkejja ż-żieda bi 13 % tal-konsum tal-Unjoni. Dan irriżulta f’telf tas-sehem mis-suq, li naqas minn 76 % fl-2021 għal 66 % fir-RIP. Dan it-telf fis-sehem mis-suq f’suq li qed jikber kien ta’ benefiċċju għaċ-Ċina u għall-Eġittu u għal pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(207) |
It-telf tas-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kien aggravat mit-tnaqqis b’49 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fit-tabella 13 hawn taħt. |
|
(208) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-użu tal-kapaċità naqas minn 45 % għal 41 %, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni. |
|
(209) |
L-impjieg baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività żviluppat f’konformità mal-bidliet fil-produzzjoni u naqset bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(210) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(211) |
Il-prezz tal-bejgħ medju tal-produtturi tal-Unjoni żdied biss b’9 % f’suq soġġett għal pressjoni minn prezzijiet baxxi, żieda insuffiċjenti biex tlaħħaq maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(212) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet il-firxa ta’ [– 7 sa – 10 %] fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(213) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
6. KAWŻALITÀ
|
(214) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(215) |
Kif spjegat fit-taqsima 5.3.2, minkejja l-miżuri anti-dumping u antisussidji, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Eġizzjani żdied matul il-perjodu kkunsidrat, u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 6 % fl-2021 għal 10 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(216) |
Iż-żieda sostnuta fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping mill-Eġittu u miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat poġġiet lill-industrija tal-Unjoni taħt pressjoni tal-prezzijiet u tal-volum ta’ akkumulazzjoni. It-tnaqqis konsegwenti fil-volumi tal-bejgħ u fis-soppressjoni tal-prezzijiet huwa kawża diretta tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
6.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
6.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
(217) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif muri fit-Tabella 5. |
|
(218) |
Il-premessi (169) sa (171) juru li l-prezzijiet medji bid-dazju mħallas tal-importazzjonijiet mill-Indja, mit-Turkija u mit-Tajlandja kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet medji bid-dazju mħallas tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Eġizzjani fl-2023 u mill-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fid-dawl tas-sehem mis-suq kbir tagħhom u l-prezzijiet medji baxxi tagħhom bid-dazju mħallas, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-Indja, mit-Turkija u mit-Tajlandja eżerċitaw ukoll pressjoni fuq il-prezzijiet u kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Eġittu kważi rduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat, b’żieda sinifikanti b’mod partikolari bejn l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet li eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma bidlux dan il-fatt u ma naqqsux ir-rabta kawżali. |
6.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(219) |
Il-volum totali tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-produtturi tal-Unjoni kienu esposti għal kompetizzjoni ħarxa fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija mir-riħ u kienu dejjem aktar taħt pressjoni fi swieq aktar ristretti, bħas-CIPP u s-swieq tad-divertiment (il-bwieq tad-dgħajjes, id-djar mobbli), ikkaratterizzati minn prezzijiet ogħla iżda wkoll minn kostijiet tal-produzzjoni ogħla. |
|
(221) |
Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ddeterjorat kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat, u dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 49 % tal-volum tal-esportazzjoni. |
|
(222) |
Minħabba li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien fil-biċċa l-kbira mmirat lejn is-suq tal-Unjoni u mhux fil-biċċa l-kbira lejn l-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali. |
6.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(223) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi u Eġizzjani kkawżaw id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kkontribwew ukoll għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk il-fatturi, individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi u Eġizzjani u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
7. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
|
(224) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi u Eġizzjani kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni matul ir-RIP u l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kkontribwew sa ċertu punt għad-dannu materjali. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mill-Eġittu jekk il-miżuri kontra dawn il-pajjiżi jitħallew jiskadu. |
|
(226) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. |
7.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u fl-Eġittu
|
(227) |
Kif spjegat fil-premessa (141) hawn fuq, il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-GFF fiċ-Ċina kienet ta’ madwar 1 400 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Wara t-tnaqqis tad-domanda domestika u tal-esportazzjonijiet totali, il-kapaċità libera tal-produtturi Ċiniżi disponibbli għas-suq tal-Unjoni hija stmata għal madwar 700 000 tunnellata, li hija ħames darbiet aktar mill-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(228) |
Kif spjegat fil-premessi (142) sa (144) hawn fuq, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-GFF fl-Eġittu hija mill-inqas 30 000 tunnellata, jew madwar 22 % tal-konsum totali fl-Unjoni, filwaqt li s-suq domestiku tal-Eġittu għall-GFF jidher li huwa minimu. |
|
(229) |
Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li hemm kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina u kapaċità sostanzjali fl-Eġittu li jistgħu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet saħansitra akbar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. |
7.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(230) |
Kif diġà spjegat fit-taqsima 4.2 hawn fuq, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni tintwera mill-fatt li minkejja l-livell relattivament għoli ta’ dazji anti-dumping fis-seħħ, li jirriżultaw flimkien mad-dazju fuq l-importazzjoni konvenzjonali li jvarja bejn 5 % u 7 % għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-Unjoni baqgħet fis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani, u saħansitra żiedu l-volum tal-esportazzjoni tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, b’102 % għaċ-Ċina u b’115 % għall-Eġittu, u l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jistgħu jwasslu għal prezzijiet għoljin meta mqabbla ma’ swieq oħrajn, anke minkejja l-miżuri fis-seħħ. |
|
(231) |
Evidenza ulterjuri tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni tintwera mill-eżistenza tal-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ assorbiment li ġejjin matul il-perjodu kkunsidrat li ġew indirizzati mir-Regolamenti msemmija fit-Taqsima 1.1 hawn fuq:
|
7.3. Il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping
|
(232) |
Kif muri fit-Tabella 4, il-prezzijiet tal-importazzjoni f’livell CIF fl-Unjoni miċ-Ċina matul ir-RIP kienu 1 744 EUR/tunnellata, li huwa anqas mill-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni [2 100 – 2 400] EUR/tunnellata kif muri fit-Tabella 9, u anqas ukoll mill-kost tal-produzzjoni tagħhom [2 300 – 2 600] EUR/tunnellata. |
|
(233) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, b’miżuri antisussidji biss fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi. Fir-realtà, l-undercutting fil-prezzijiet ikun mistenni li jkun saħansitra ogħla kif spjegat fil-premessa (165). |
|
(234) |
Kif muri fit-Tabella 4, il-prezzijiet tal-importazzjoni f’livell CIF fl-Unjoni mill-Eġittu matul ir-RIP kienu 1 431 EUR/tunnellata, li huwa anqas mill-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni [2 100–2 400] EUR/tunnellata kif muri fit-Tabella 9, u anqas ukoll mill-kost tal-produzzjoni tagħhom [2 300–2 600] EUR/tunnellata. |
|
(235) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, b’miżuri antisussidji biss fis-seħħ, l-importazzjonijiet Eġizzjani kienu jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi. |
|
(236) |
Għalhekk, huwa probabbli li mingħajr dazji anti-dumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi u Eġizzjani jkollhom impatt negattiv saħansitra akbar fuq il-prezzijiet tal-Unjoni. |
|
(237) |
Din is-sejba turi b’mod ċar li fi kwalunkwe każ ikun hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet, li barra minn hekk x’aktarx jaslu fi kwantitajiet ferm ogħla jekk il-miżuri jiskadu. |
7.4. Konklużjoni
|
(238) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Eġittu. Barra minn hekk, u mingħajr preġudizzju għal dik is-sejba, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm riskju ċar ta’ rikorrenza ta’ dannu materjali kkawżat minn dawk l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Jekk il-miżuri ma jiġux estiżi, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miż-żewġ oriġini x’aktarx jerġgħu lura f’volumi sostanzjalment ogħla u bi prezzijiet dannużi. Għalhekk, l-estensjoni tal-miżuri hija ġġustifikata kemm fuq il-bażi tad-dannu kontinwu kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll, b’mod indipendenti, fuq il-bażi tar-riskju ta’ rikorrenza ta’ tali dannu. |
8. INTERESS TAL-UNJONI
|
(239) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-fornituri. |
8.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(240) |
L-investigazzjoni wriet li, jekk il-miżuri jiskadu, dan x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li diġà tinsab f’sitwazzjoni prekarja, tiddeterjora malajr f’termini ta’ volumi tal-bejgħ u prezzijiet tal-bejgħ aktar baxxi li jirriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li potenzjalment jheddu s-sopravivenza tagħha. |
|
(241) |
Għalhekk, iż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
8.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(242) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u stednithom jikkooperaw f’din l-investigazzjoni. L-ebda importatur ma kkoopera. |
|
(243) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, importatur wieħed ikkoopera u nstab li jimporta volumi negliġibbli tal-GFF. |
|
(244) |
Fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll f’din l-investigazzjoni, instab li l-biċċa l-kbira tal-utenti b’volum għoli jeħtieġu GFF speċifiku li jsir fuq ordni u għalhekk il-GFF ma huwiex komodità li tiġi importata regolarment f’volumi kbar minn importaturi indipendenti. |
|
(245) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li t-tkomplija tal-miżuri ma taffettwax lilhom b’mod mhux xieraq, jew inkella taffettwahom b’mod marġinali biss. |
8.3. Interess tal-utenti
|
(246) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti magħrufa kollha f’din l-investigazzjoni u stednithom jikkooperaw. L-ebda utent ma kkoopera, u dan jikkonferma li l-utenti ma kinux affettwati b’mod negattiv ħafna mill-miżuri eżistenti. |
|
(247) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (246 427 tunnellata) hija akbar mill-konsum tal-Unjoni (136 112-il tunnellata). L-użu tal-kapaċità globali tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ 41 %. B’mod partikolari, iż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun, li huma fornituri ċertifikati tal-GFF għall-industrija tar-riħ, għandhom kemm kapaċità ta’ riżerva sinifikanti kif ukoll jistgħu jservu domanda addizzjonali. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn aktar minn għaxar gruppi jew kumpaniji, li jagħmlu lill-industrija tal-Unjoni kompetittiva. |
|
(248) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-miżuri anti-dumping ma waqqfux l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Eġittu li flimkien kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 10 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, pajjiżi terzi oħrajn żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 18 % għal 24 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(249) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma kinitx se tipperikola l-istabbiltà tal-provvista. |
|
(250) |
L-investigazzjoni oriġinali wriet (56) li l-GFF irrappreżenta bejn 4 % u 14 % tal-kost totali tal-manifattura ta’ xafra tat-turbini, u li l-ixfafar ma jinbigħux separatament iżda bħala parti mit-turbini eoliċi u li l-produtturi tat-turbini eoliċi jbigħu regolarment materjal u servizzi addizzjonali lill-iżviluppaturi tal-parks eoliċi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkalkolat il-kost tal-GFF b’mod proporzjonali għall-kost totali ta’ turbina eolika u fil-kost totali tal-bini ta’ park eoliku sħiħ. Konsegwentement, il-proporzjon tal-GFF fil-kostijiet tal-produtturi tat-turbini eoliċi ġie stabbilit għal bejn 0,1 % u 2 %. Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li kwalunkwe żieda fil-kost minħabba dazji anti-dumping tista’ jew tiġi mgħoddija fuq l-iżviluppaturi tal-parks eoliċi jew tista’ tiġi assorbita mill-produtturi tat-turbini eoliċi. |
|
(251) |
Din l-investigazzjoni wriet li l-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien bħala medja [5–6 %] biss ogħla mill-prezz medju fil-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri bejn l-2015 u l-2018. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-miżura anti-dumping kellha impatt żgħir, jekk kien hemm, fuq il-prezz tal-GFF. |
|
(252) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwax il-kompetittività tal-industrija tal-enerġija mir-riħ. |
|
(253) |
Peress li l-miżuri anti-dumping ma jipperikolawx l-istabbiltà tal-provvista tal-GFF u lanqas il-kompetittività kif konkluż fil-premessi (249) u (252), ma humiex mistennija jħeġġu r-rilokazzjoni tal-produzzjoni u huma kompatibbli mal-objettivi tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli. |
|
(254) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, diversi utenti mill-industrija tal-iskijjar argumentaw li l-eżistenza tal-produtturi tal-GFF fl-Unjoni kienet essenzjali għall-istabbiltà tal-provvista tagħhom, peress li dawn kienu jeħtieġu sieħeb lokali għal kooperazzjoni mill-qrib fit-tfassil apposta tal-GFF. |
|
(255) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex ma jinżammewx il-miżuri f’dak li għandu x’jaqsam mal-interess tal-utenti. |
8.4. Interess tal-fornituri tas-servizzi tal-qtugħ u tal-kitting
|
(256) |
L-investigazzjoni oriġinali u din l-investigazzjoni wrew li l-industrija u l-utenti tal-Unjoni jagħmlu użu mis-servizzi ta’ fornituri tas-servizzi esterni, li komunement jissejħu tagħmir għall-qtugħ u kitters. Il-qtugħ jikkonsisti fir-riċeviment tal-GFF f’rombli u l-qtugħ tad-drapp għad-dimensjoni meħtieġa. Il-kitting jikkonsisti fl-assemblaġġ tas-saffi tal-GFF maqtugħin u fl-imballaġġ tagħhom f’kitts imfassla apposta li jiffaċilitaw il-manifattura fl-industrija downstream. |
|
(257) |
F’din l-investigazzjoni, ma ppreżenta ruħu l-ebda fornitur tas-servizz tal-qtugħ jew tal-kitting. |
|
(258) |
L-investigazzjoni oriġinali stmat l-impjieg fil-fornituri tas-servizzi tal-qtugħ fl-Unjoni għal madwar 2 000 u sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani integraw dejjem aktar is-servizzi ta’ qtugħ u ta’ kitting fis-servizzi tagħhom. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li s-sitwazzjoni nbidlet. F’każ li l-miżuri jitħassru, dawn il-fornituri tas-servizzi għalhekk jitilfu parti sostanzjali min-negozju tagħhom. |
|
(259) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri hija fl-interess tal-fornituri tas-servizzi tal-qtugħ u tal-kitting tal-Unjoni. |
8.5. Interess tal-fornituri
|
(260) |
Il-produtturi tal-Unjoni tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ (GFR), jiġifieri l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-GFF, ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni. Madankollu, huwa ċar fl-interess tagħhom li jinżammu miżuri anti-dumping li jipproteġu lill-klijenti tagħhom. |
8.6. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(261) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. |
9. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(262) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, il-kontinwazzjoni u r-rikorrenza ta’ dannu għaċ-Ċina u l-kontinwazzjoni ta’ dannu għall-Eġittu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq il-GFF miċ-Ċina u l-Eġittu jenħtieġ li jinżammu. |
|
(263) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali u l-eżenzjonijiet mill-estensjonijiet tal-miżuri wara investigazzjonijiet antiċirkomvenzjoni. L-applikazzjoni tad-dazji jew tal-eżenzjonijiet anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(7) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jiġu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” jew għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu”. |
|
(264) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping u l-eżenzjonijiet għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(7) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) għall-fini tal-verifika tal-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u l-iżgurar li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju jew tal-eżenzjoni tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(265) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni, fost l-oħrajn, tista’ teżamina l-bżonn tat-tneħħija ta’ rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. |
|
(266) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u mill-Eġittu u prodott mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” jew għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(267) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (57). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(268) |
Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(269) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58) meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(270) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra l-prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra l-materjali b’malja miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00 , ex 7019 62 10 , ex 7019 62 90 , ex 7019 63 00 , ex 7019 64 00 , ex 7019 65 00 , ex 7019 66 00 , ex 7019 69 10 , ex 7019 69 90 and ex 7019 90 00 (TARIC codes 7019 61 00 81, 7019 61 00 83, 7019 61 00 84, 7019 62 10 81, 7019 62 10 83, 7019 62 10 84, 7019 62 90 81, 7019 62 90 83, 7019 62 90 84, 7019 63 00 81, 7019 63 00 83, 7019 63 00 84, 7019 64 00 81, 7019 64 00 83, 7019 64 00 84, 7019 65 00 81, 7019 65 00 83, 7019 65 00 84, 7019 66 00 81, 7019 66 00 83, 7019 66 00 84, 7019 69 10 81, 7019 69 10 83, 7019 69 10 84, 7019 69 90 81, 7019 69 90 83, 7019 69 90 84, 7019 90 00 81, 7019 90 00 83 u 7019 90 00 84) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jushi Group Co. Ltd; Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd; Taishan Fiberglass Inc. |
69,0 |
C531 |
|
PGTEX China Co. Ltd; Chongqing Tenways Material Corp. |
37,6 |
C532 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali elenkati fl-Anness I |
37,6 |
Ara l-Anness I |
|
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali elenkati fl-Anness II |
34,0 |
Ara l-Anness II |
|
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
69,0 |
C999 |
|
|
Ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu |
Jushi Egypt For Fiberglass Industry S.A.E; Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E. |
33,1 |
C533 |
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu |
33,1 |
C999 |
3. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra l-prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra l-materjali b’malja miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, ikkonsenjati mill-Marokk, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7019 61 00 81, 7019 62 10 81, 7019 62 90 81, 7019 63 00 81, 7019 64 00 81, 7019 65 00 81, 7019 66 00 81, 7019 69 10 81, 7019 69 90 81 u 7019 90 00 81). Id-dazju estiż huwa d-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.
4. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra l-prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra l-materjali b’malja miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, ikkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7019 61 00 83, 7019 62 10 83, 7019 62 90 83, 7019 63 00 83, 7019 64 00 83, 7019 65 00 83, 7019 66 00 83, 7019 69 10 83, 7019 69 90 83 u 7019 90 00 83) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
It-Turkija |
Saertex Turkey Tekstil Ltd. Şti. |
C115 |
|
It-Turkija |
Sonmez Asf Iplik Dokuma Ve Boya San Tic A. Ş. |
C116 |
|
It-Turkija |
Telateks Tekstil Ürünleri Sanayi ve Ticaret Anonim Şirketi Telateks Dış Ticaret ve Kompozit Sanayi Anonim Şirketi |
C117 |
|
It-Turkija |
Fibroteks Dokuma Sanayi Ve Ticaret AS |
899G |
Id-dazju estiż huwa d-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.
5. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra l-prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra l-materjali b’malja miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2 (il-kodiċijiet TARIC 7019 61 00 81, 7019 61 00 83, 7019 61 00 84, 7019 62 10 81, 7019 62 10 83, 7019 62 10 84, 7019 62 90 81, 7019 62 90 83, 7019 62 90 84, 7019 63 00 81, 7019 63 00 83, 7019 63 00 84, 7019 64 00 81, 7019 64 00 83, 7019 64 00 84, 7019 65 00 81, 7019 65 00 83, 7019 65 00 84, 7019 66 00 81, 7019 66 00 83, 7019 66 00 84, 7019 69 10 81, 7019 69 10 83, 7019 69 10 84, 7019 69 90 81, 7019 69 90 83, 7019 69 90 84, 7019 90 00 81, 7019 90 00 83 u 7019 90 00 84), li jiġu esportati mill-ġdid skont it-tifsira tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew trasferibbli jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew taż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS.
6. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu kif stabbilit fil-paragrafu 2 huwa b’dan estiż għal materjali ta’ faxex u/jew raden tal-fibra tal-ħġieġ b’filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta b’elementi oħrajn jew le, minbarra prodotti li huma imprenjati jew imprenjati minn qabel (prepreg), u minbarra materjali b’malja miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2 (il-kodiċijiet TARIC 7019 61 00 81, 7019 61 00 83, 7019 61 00 84, 7019 62 10 81, 7019 62 10 83, 7019 62 10 84, 7019 62 90 81, 7019 62 90 83, 7019 62 90 84, 7019 63 00 81, 7019 63 00 83, 7019 63 00 84, 7019 64 00 81, 7019 64 00 83, 7019 64 00 84, 7019 65 00 81, 7019 65 00 83, 7019 65 00 84, 7019 66 00 81, 7019 66 00 83, 7019 66 00 84, 7019 69 10 81, 7019 69 10 83, 7019 69 10 84, 7019 69 90 81, 7019 69 90 83, 7019 69 90 84, 7019 90 00 81, 7019 90 00 83 u 7019 90 00 84), li jiġu riċevuti fuq gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew fiż-Żona Ekonomika Esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS, u li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 5.
7. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 u l-eżenzjonijiet mill-estensjonijiet tal-miżuri wara l-investigazzjonijiet antiċirkomvenzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż rilevanti.
8. Meta produttur esportatur ġdid mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni, l-Anness jista’ jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u, b’hekk, soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa tad-dazju anti-dumping. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”); |
|
(b) |
ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u |
|
(c) |
jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
9. Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1233 jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping reali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
10. F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59)għandhom ukoll iwasslu għall-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.
11. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/492/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/776/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/806 tat-23 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u u li jimponi d-dazji anti-dumping definittivi u d-dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu miġjuba lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew taż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS (ĠU L 145, 24.5.2022, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/806/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/302 tal-24 ta’ Frar 2022 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (“GFF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) għall-importazzjonijiet ta’ GFF ikkonsenjati mill-Marokk, sew jekk humiex iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk jew le, u li jtemm l-investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (UE) 2020/492 fuq l-importazzjonijiet ta’ GFF li joriġinaw fl-Eġittu minn importazzjonijiet ta’ GFF ikkonsenjati mill-Marokk, sew jekk humiex iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk jew le (ĠU L 46, 25.2.2022, p. 49, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/302/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/301 tal-24 ta’ Frar 2022 li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (“GFF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) għall-importazzjonijiet ta’ GFF ikkonsenjati mill-Marokk, sew jekk humiex iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk jew le, u li jtemm l-investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri kumpensatorji imposti bir-Regolament (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ GFF li joriġinaw fl-Eġittu minn importazzjonijiet ta’ GFF ikkonsenjati mill-Marokk, sew jekk humiex iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk jew le (ĠU L 46, 25.2.2022, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/301/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1233 tat-18 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, (ĠU L 190, 19.7.2022, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1233/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1477 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776, fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (ĠU L 233, 8.9.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1477/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1478 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (ĠU L 233, 8.9.2022, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1478/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2169 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1477 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776, fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (ĠU L, 2023/2169, 18.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2169/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2158 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1478 li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċĊina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (ĠU L, 2023/2158, 18.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2158/oj).
(12) ĠU C, C/2024/4357, 9.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4357/oj.
(13) In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C, C/2025/2022, 3.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2022/oj).
(14) In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C, C/2025/3223, 13.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3223/oj).
(15) Ipprovduta fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t25.010131.
(16) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2784.
(17) Ipprovduta fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t25.005259.
(18) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 45-48.
(19) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 46-49.
(20) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 50.
(21) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 52-54.
(22) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 55-72.
(23) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1452 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 14.7.2023, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1452/oj), il-premessi (42)-(68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2673 tal-11 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/2673, 14.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2673/oj), il-premessi (44)-(70).
(24) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 74.
(25) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 75.
(26) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 76.
(27) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 77.
(28) It-talba (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 79-88.
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessi (53)-(68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessi (54)-(70).
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessa (70).
(31) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessi (53)-(55); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessi (54)-(56).
(32) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessi (56)-(59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessi (57)-(60).
(33) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessi (60)-(61); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessi (61)-(63).
(34) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessa (62); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessa (63).
(35) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessa (63); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessa (64).
(36) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2023/1452, il-premessa (64); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) 2024/2673, il-premessa (65).
(37) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 il-premessi (98)–(162).
(38) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, (SWD(2024) 91 final), l-10 ta’ April 2024.
(39) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(40) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(41) TÜİK - Veri Portalı (tuik.gov.tr)
(42) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/nrg_pc_205/default/table?lang=en.
(46) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(47) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870 tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju kumpensatorju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, u li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, ĠU L 201, 25.6.2020, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/870/oj.
(48) Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi, komunement imsejħa NACE.
(49) L-Istitut Tork tal-Istatistika –Iindiċijiet tal-kost lavorattiv: TÜİK - Veri Portalı (tuik.gov.tr). Ikkonsultat l-aħħar fit-30 ta’ Marzu 2026. Il-fajls rilevanti ġew ipprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t25.010131.
(50) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/nrg_pc_205/default/table?lang=en, aċċessat l-aħħar fl-10 ta’ Settembru 2025.
(51) https://www.sisecam.com/en/investor-relations/annual-reports, aċċessat l-aħħar fit-13 ta’ Ottubru 2025.
(52) https://comtradeplus.un.org/
(53) https://www.globalpetrolprices.com/Egypt/electricity_prices/
(54) https://www.salaryexplorer.com/average-salary-wage-comparison-egypt-c64.
(55) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1477.
(56) Ara l-premessi (480) u (481) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492.
(57) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika, id-Direttorat G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussels, BELGIQUE/BELGIË.
(58) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(59) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj).
ANNESS I
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd |
B995 |
|
Changzhou Pro-Tech Industry Co., Ltd |
C534 |
|
Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; |
C535 |
|
Neijiang Huayuan Electronic Materials Co., Ltd |
C537 |
|
NMG Composites Co., Ltd |
C538 |
|
Zhejiang Hongming Fiberglass Fabrics Co., Ltd |
C539 |
ANNESS II
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangsu Jiuding New Material Co., Ltd |
C536 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1203/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)