|
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/109 |
P9_TA(2020)0249
Approvazzjoni tal-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet ġodda lill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2020 li tapprova l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet ġodda lill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis (2020/2203(INS))
(2021/C 395/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 17(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 248 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-punt 7 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Valdis Dombrovskis fit-2 ta’ Ottubru 2020, li kienet immexxija mill-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali, bl-assoċjazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżaminazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fil-laqgħa tagħha tal-5 ta' Ottubru 2020, u l-eżaminazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tas-6 ta' Ottubru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 125, u l-Anness VII tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu, |
|
1. |
Japprova l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet ġodda lill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2024; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |