|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1217 |
5.6.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1217
tat-2 ta’ Ġunju 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1108 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija
(notifikata bid-dokument C(2026) 3844)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huma mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jħalli impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, għax jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dak il-mard jixtered lejn stabbilimenti oħra li jżommu l-annimali kaprini jew ovini. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1108 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1108 tipprevedi li ż-żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, li trid tistabbilixxi r-Rumanija, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, trid tkun tinkludi mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li l-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jridu jiġu applikati mqar sad-dati elenkati f’dak l-Anness. |
|
(5) |
Minn kemm ilha li ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1108, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni fil-15 u t-18 ta’ Mejju 2026, b’żewġ tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li jżommu annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-kontea ta’ Mureș, barra miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza diġà elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1108. |
|
(6) |
Għalhekk, iż-żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1108, jenħtieġ li tiġi aġġustata mil-lat ta’ spazju u ta’ żmien, biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fit-territorju tar-Rumanija u fil-bqija tal-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, meta applikati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali li tikkonċerna l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija, jeħtieġ li tiġi stabbilita żona ristretta ulterjuri fil-kontej ta’ Mureș, Cluj u Bistrița-Năsăud għax dawn il-kontej għandhom livell ogħla ta’ riskju ta’ tixrid, biex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda. |
|
(7) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, iżda anki s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tar-Rumanija, kif ukoll il-livell tar-riskju li l-marda tkompli tixtered. Għad-determinazzjoni tad-durata tal-miżuri tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). |
|
(8) |
Minbarra dan, fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir ta’ aktar tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija u fil-bqija tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-fatt li skont informazzjoni mingħand ir-Rumanija, hemm rikorrenza ta’ dik il-marda f’żona li qatt ma kienet affettwata qabel, bi ftit li xejn informazzjoni dwar l-oriġini tat-tifqigħa u t-tixrid possibbli bejn it-tifqigħat, u dan juri li l-marda setgħet diġà ċċirkolat f’żoni oħra tar-Rumanija, mingħajr ma ġiet individwata u mingħajr miżuri restrittivi fis-seħħ biex ikun evitat jew jitnaqqas it-tixrid tagħha. |
|
(9) |
Għalhekk jeħtieġ jiġu adottati miżuri addizzjonali ta’ emerġenza biex jittaffa r-riskju ta’ aktar tixrid tal-marda fit-territorju tar-Rumanija u lejn Stati Membri oħra, kif ukoll biex ikunu evitati l-ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ. Għal dan l-għan, jeħtieġ tkun żgurata projbizzjoni tal-movimenti tal-annimali ovini u kaprini miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri, stabbiliti fit-territorju tar-Rumanija, lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetri esterni taż-żona ristretta sas-26 ta’ Ġunju 2026, u sa dik id-data jiġu esklużi d-derogi possibbli mill-projbizzjoni tal-movimenti ta’ dawk l-annimali kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Għalhekk, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fir-Rumanija jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni kif xieraq, u jenħtieġ li tiġi stabbilita d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. Id-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni tqis il-perjodi minimi għall-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jeħtieġ ukoll jiġu identifikati ż-żoni fit-territorju tar-Rumanija fejn jenħtieġ li jiġu applikati miżuri ulterjuri bħal dawk applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u fejn il-movimenti tal-annimali ovini u kaprini barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni huma projbiti, mis-27 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju 2026. |
|
(12) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-inċertezza u tan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, jeħtieġ jiġu projbiti l-movimenti tal-annimali ovini u kaprini mit-territorju kollu tar-Rumanija lejn Stati Membri oħrajn u li jgħaddu minnhom, sal-31 ta’ Lulju 2026. |
|
(13) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, u l-ħtieġa li jkun evitat li l-marda tkompli tixtered mill-istabbilimenti affettwati fir-Rumanija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn xi Stat Membru ieħor, il-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jibdew japplikaw mill-aktar fis. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1108 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ir-Rumanija għandha tistabbilixxi żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
|
|
2. |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 1a Sad-dati stabbiliti għaż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri rispettivi, elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, ir-Rumanija għandha tipprojbixxi:
Artikolu 1b Ir-Rumanija għandha tapplika l-miżuri applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati stipulati fih. Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni għandhom jiġu projbiti sad-dati stipulati f’dak l-Anness. Artikolu 1c Ir-Rumanija għandha tipprojbixxi l-movimenti tal-annimali kaprini u ovini mit-territorju kollu tar-Rumanija lejn destinazzjoni li tinsab fi Stat Membru ieħor u li jgħaddu minnu, sal-31 ta’ Lulju 2026.” |
|
3. |
L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1108 tat-13 ta’ Mejju 2026 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1015 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415 (ĠU L, 2026/1108, 20.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1108/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESS
ANNESS I
Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jiffurmaw parti miż-żona ristretta fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-kontea ta’ Mureș RO-CAPRIPOX-2026-00001 RO-CAPRIPOX-2026-00002 RO-CAPRIPOX-2026-00003 RO-CAPRIPOX-2026-00004 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tal-kontea ta’ Mureș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 46.712977, Lonġ. 24.563362 (2026/1); Lat.46.958548, Lonġ. 24.828615 (2026/2); Lat. 24.19311, Lonġ. 46.582799 (2026/3); Lat. 24.704173, Lonġ. 46.842038 (2026/4). |
16.6.2026 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tal-kontej ta’ Mureș, Bistrița-Năsăud u Cluj li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 20 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 46.712977, Lonġ. 24.563362 (2026/1); Lat. 46.958548, Lonġ. 24.828615 (2026/2); Lat. 24.19311, Lonġ. 46.582799 (2026/3); Lat. 24.704173, Lonġ. 46.842038 (2026/4), ħlief iż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni. |
26.6.2026 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tal-kontea ta’ Mureș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 46.712977, Lonġ. 24.563362 (2026/1); Lat.46.958548, Lonġ. 24.828615 (2026/2); Lat. 24.19311, Lonġ. 46.582799 (2026/3); Lat. 24.704173, Lonġ. 46.842038 (2026/4). |
17.6.2026-26.6.2026 |
Parti B: Żoni ristretti ulterjuri
|
Żona ristretta ulterjuri |
Reġjun |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 1 |
Il-kontea ta’ Mureș |
Il-kontej kollha ta’ Mureș, Cluj u Bistrița-Năsăud, ħlief iż-żoni inklużi f’xi żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza |
26.6.2026 |
|
Il-kontea ta’ Cluj |
|||
|
Il-kontea ta’ Bistrița-Năsăud |
ANNESS II
|
Żona |
Reġjun |
Żoni msemmijin fl-Artikolu 1b |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona Nru 1 |
Il-kontea ta’ Mureș |
Il-kontej kollha ta’ Mureș, Cluj u Bistrița-Năsăud. |
27.6.2026 - 31.7.2026 |
|
Il-kontea ta’ Cluj |
|||
|
Il-kontea ta’ Bistrița-Năsăud |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1217/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)