<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑611/12 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0611</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2282">EU:C:2014:2282</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141014">14.10.2014</DATE> — KAWŻA C-611/12 P</P><P>GIORDANO vs IL‑KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Kwoti tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Dannu reali u ċert</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet suġġettivi għas-sajd</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑611/12 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20121227">27 ta’ Diċembru 2012</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jean-François Giordano</HT>, residenti fi Sète (Franza), irrappreżentat minn D. Rigeade u A. Scheuer, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Bouquet u D. Nardi, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, C. Vajda u S. Rodin, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Juhász, A. Borg Barthet, J. Malenovský, E. Levits (Relatur), J. L. da Cruz Vilaça u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, J.‑F. Giordano jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Giordano vs Il‑Kummissjoni (T‑114/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:585">EU:T:2012:585</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2008">ĠU L 155, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 5, p. 460), huwa intiż li jistabbilixxi approċċ multiannwali ta’ mmaniġġjar ta’ żoni tas-sajd sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà għal żmien twil ta’ dan is-settur.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2371/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Miżuri ta’ emerġenza tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun jidher li hemm xi theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi akwatiċi ħajjin, jew għall-eko-sistema tal-baħar b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u jkun hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista’ tiddeċiedi fuq xi miżuri ta’ emerġenza li m’għandhomx ikunu għal aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex ittawwal iż-żmien dwar il-miżuri ta’ emerġenza b’mhux aktar minn sitt xhur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru għandu jgħaddi t-talba fl-istess ħin lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati. Jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun waslet it-talba.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħmistax-il ġurnata wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ta’ emerġenza għandhom jibdew iseħħu minnufih. Għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri konċernati, u pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ġranet mill-wasla tan-notifikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mill-wasla tat-talba riferita lilu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2371/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar il-limiti ta’ qbid u/jew opportunitajiet tas-sajd u dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet assoċjati ma’ dawk il-limiti. Opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri b’mod li jassigura lil kull Stat Membru stabbilità relattiva ta’ attivitajiet tas-sajd għal kull ħażna jew żona tas-sajd.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-Komunità tistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd ġodda il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ dawk l-opportunitajiet, waqt li jqis l-interessi ta’ kull Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, dwar il-metodu kif jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd assenjati lil dak l-Istat Membru skond il-liġi tal-Komunità. Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ allokazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal pajjiżi terzi f’ilmijiet tal-Komunità u jalloka dawk l-opportunitajiet lil kull pajjiż terz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, wara li javżaw lill-Kummissjoni, ibiddlu l-opportunitajiet kollha jew parti minnhom li jkunu allokati lilhom.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008, tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 19, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Dawn il-limiti u kwantitajiet ġew emendati bir‑Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2008, tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, li jadatta ċerti kwoti tat-tonn fl-2008 skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU L 134, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2371/2002, il-Kummissjoni adottat, fit-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ir-Regolament Nru 530/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tar-Regolament Nru 530/2008 tiddikjara li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-dejta li għandha, kif ukoll it-tagħrif miksub mill-ispetturi tal-Kummissjoni matul il-missjonijiet tagħhom fl-Istati Membri kkonċernati, juru li l-opportunitajiet ta’ sajd tat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran allokati lil bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera tal-Greċja, ta’ Franza, ta’ l-Italja, ta’ Ċipru u ta’ Malta jew li huma rreġistrati fihom se jitqiesu li ġew eżawriti fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> u li l-opportunitajiet ta’ sajd għall-istess stokk allokati lil bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati fiha se jitqiesu li ġew eżawriti fit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera tal-Greċja, ta’ Franza, ta’ l-Italja, ta’ Ċipru u ta’ Malta jew li huma rreġistrati fihom għandu jiġi pprojbit mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Għandu jiġi pprojbit ukoll, li stokk ta’ dan it-tip jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, u t-trażbord jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati fiha għandu jiġi pprojbit mit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Għandu jiġi pprojbit ukoll, li stokk ta’ dan it-tip jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, u t-trażbord jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 530/2008 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond [Bla ħsara għal] it-tieni paragrafu, mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>, operaturi Komunitarji ma għandhomx jaċċettaw il-ħatt l-art, it-tqegħid f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jew it-trażbordi f’ilmijiet jew f’portijiet tal-Komunità ta’ tonn maqbud fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għat-tismin u għat-trobbija u t-trażbord f’ilmijiet jew f’portijiet tal-Komunità, ta’ tonn maqbud fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati fiha, għandhom ikunu konċessi sat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>J.‑F. Giordano huwa sid il-bastiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Janvier Giordano<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, bastiment li jistad bil-purse seines u jtajjar il-bandiera Franċiża u li jeżerċita l-attività tiegħu tas-sajd fil-Baħar Mediterran.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, ir-Repubblika Franċiża kellha, għall-2008, kwoti tas-sajd għat-tonn li jammontaw għal <FT TYPE="NUMBER">4164</FT> tunnellata, li 90 % minnhom ġew allokati lil bastimenti li jistadu bil-purse seines u jtajru l-bandiera Franċiża u li jeżerċitaw l-attività tagħhom fil-Baħar Mediterran.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20080416">16 ta’ April 2008</DATE>, il-Ministru Franċiż tal-Agrikoltura u tas-Sajd ta liċenzja speċjali għas-sajd lill-bastiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Janvier Giordano<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li tawtorizzah jaqbad, iżomm, jittrażborda, jittrasferixxi, iħott l-art, jittrasporta, jaħżen u jbigħ it-tonn mill-Meditteran, fil-limitu tal-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lilu taħt il-forma ta’ kwota individwali ta’ 132.02 tunnellata. L-awtorizzazzjoni kienet valida għall-perijodu mill-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE> sat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008, li jipprojbixxi s-sajd għat-tonn fil-Baħar Mediterran, l-istaġun tas-sajd ta’ dan tal-aħħar ġie interrot fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> u, għaldaqstant, il-liċenzja għas-sajd tal-appellant ġiet irrevokata permezz ta’ deċiżjoni tal-Prefett tar-reġjun Languedoc-Roussillon tas-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> li timplementa l-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>J.‑F. Giordano beda proċedura intiża għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni quddiem il-qrati amministrattivi Franċiżi. It-tribunal administratif de Montpellier (Tribunal Amministrattiv ta’ Montpellier) u l-cour administrative d’appel de Marseille (Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Marseille) ċaħdu t-talba tiegħu għal annullament peress li l-miżura ta’ projbizzjoni inkwistjoni kienet tirriżulta mir-Regolament Nru 530/2008 u mhux mid-deċiżjoni tal-Prefett tar-reġjun Languedoc-Roussillon.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, ADJ Tuna (C‑221/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolament Nru 530/2008 kien invalidu sa fejn, filwaqt li ġew adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002, il-projbizzjonijiet li huwa stabbilixxa daħlu fis‑seħħ fit‑<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE> fir-rigward tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera Spanjola jew huma rreġistrati f’dan l-Istat Membru u l-operaturi Komunitarji li kkonkludew kuntratti magħhom filwaqt li dawn il-projbizzjonijiet daħlu fis-seħħ fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> fir-rigward tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera Maltija, Griega, Franċiża, Taljana u Ċiprijotta jew huma rreġistrati f’dawn l-Istati Membri u l-operaturi Komunitarji li kkonkludew kuntratti magħhom, mingħajr ma din id-differenza fit-trattament kienet oġġettivament ġustifikata.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20110225">25 ta’ Frar 2011</DATE>, J.‑F. Giordano ressaq azzjoni sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara li fakkret, fil-punt 12 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza stabbilita li tipprevedi li l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni għal aġir illegali tal-korpi tagħha huwa suġġett għall-eżistenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, il-Qorti Ġenerali għażlet li teżamina, fl-ewwel lok, jekk ir-rikorrent ipproduċiex prova tar-realtà tad-dannu li huwa jinvoka.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 18 tas-sentenza appellata, li l-kwoti ma jagħtu ebda garanzija lis-sajjieda li ser ikunu jistgħu jistadu għat-totalità tal-kwota allokata lilhom, billi kwota tikkostitwixxi unikament limitu teoretiku ta’ qbid massimu li fl-ebda każ ma għandu jinqabeż.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, billi r-rikorrent kien illimita ruħu li jsostni li l-projbizzjoni ta’ sajd stabbilita skont ir-Regolament Nru 530/2008 ma ħallitux jeżerċita l-attività tiegħu matul il-perijodu mis-16 ta’ Ġunju sat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, id-dannu li huwa kien qed jinvoka ma kienx reali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent u kkundannatu għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkonstata li l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008 kkawżatlu dannu li jista’ jiġi kkumpensat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu s-somma ta’ EUR 542 594 bħala dannu, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell kif ukoll għal dawk tal-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad l-appell bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>iktar sussidjarjament, tiċħad ir-rikors għad-danni, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż tal-appell kif ukoll għal dawk tal-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 17 sa 22 tas-sentenza appellata, li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni minħabba att illegali ma tistax tiġi stabbilita, peress li d-dannu invokat ma għandux natura reali u ċerta.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali ħawwdet, fil-punti 17 sa 19 tas-sentenza appellata, iċ-ċertezza tad-dannu mad-determinazzjoni tal-ammont tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn naħa, in-natura reali u ċerta tad-dannu invokat tirriżulta mill-fatt li, bis-saħħa tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008, huwa kellu jwaqqaf l-attività tiegħu tas-sajd qabel l-għeluq normali tal-istaġun tas-sajd u, min-naħa l-oħra, id-determinazzjoni tal-ammont tad-dannu għandha ssir neċessarjament f’kuntest ipotetiku, peress li ma tistax tkun magħrufa l-kwantità ta’ ħut li l-appellant kien jaqbad.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant isostni li huwa ġarrab dannu anormali u speċjali. In-natura anormali tad-dannu huwa marbut mal-fatt li l-ammont tiegħu jikkorrispondi għal nofs tad-dħul mistenni, filwaqt li d-dannu huwa speċjali sa fejn jirrigwarda biss numru ta’ membri tal-kollettività.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, fl-ewwel lok, issostni li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, peress li l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu reali u ċert tikkostitwixxi evalwazzjoni ta’ fatti li ma taqax taħt l-istħarriġ ġuridiku mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tqis li l-ewwel aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, din hija ammissibbli sa fejn l-appellant talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta’ żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-klassifikazzjoni tad-dannu invokat bħala reali u ċert fil-kuntest tal-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Archer Daniels Midland vs Il‑Kummissjoni, C‑510/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:166">EU:C:2009:166</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 105, u Il‑Kummissjoni vs Schneider Electric, C‑440/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:459">EU:C:2009:459</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 191).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għal dak li jirrigwarda din l-ewwel parti, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni għandha tiġi eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-tieni parti tal-ewwel aggravju, għandu jiġi kkonstatat li hija ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà speċifiċi għal appell sa fejn, billi jiżviluppa serje ta’ argumenti bil-għan li juri li ġarrab dannu anormali u speċjali, l-appellant qiegħed jipprova, essenzjalment, jikseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Interporc vs Il‑Kummissjoni, C‑41/00 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:125">EU:C:2003:125</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16, kif ukoll Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> Il‑Kummissjoni, C‑131/03 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:541">EU:C:2006:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din il-parti għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, huwa suġġett għall-eżistenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l-illegalità tal-aġir ikkritikat tal-istituzzjoni tal-Unjoni, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat (sentenza Agraz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, C‑243/05 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:708">EU:C:2006:708</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni dwar ir-realtà tad-dannu tirrikjedi li d-dannu li għalih ikun qed jintalab kumpens ikun reali u ċert, liema fatt għandu jiġi pprovat mir-rikorrent (sentenza Agraz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:708">EU:C:2006:708</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 17 sa 19 tas-sentenza appellata, li d-dannu invokat mill-appellant, li jikkonsisti mill-parti tal-kwota individwali tiegħu mhux użata u mhux mibjugħa minħabba l-probizzjoni ta’ sajd għat-tonn mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>, kien jirrifletti sitwazzjoni ipotetika u ma setax jitqies bħala reali u ċert.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-allokazzjoni ta’ kwoti ma tagħti ebda garanzija lill-appellant li jkun jista’ jistad għat-totalità tal-kwota individwali tiegħu, sa fejn din tal-aħħar tikkostitwixxi limitu teoretiku ta’ qbid massimu u li, f’kull każ, ma jistax jiġi eskluż li, anki li kieku l-appellant baqa’ jistad sat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, huwa ma kienx jilħaq il-kwota tiegħu għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi kkonstatat li, b’hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>B’mod partikolari, billi llimitat ruħha li tinvoka, hekk kif jirriżulta mill-punt 18 tas-sentenza appellata, in-natura żbaljata tal-premessa li tgħid li l-appellant kellu dritt li jistad u li l-kwota tiegħu kienet tiġi neċessarjament eżawrita, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaminat il-kundizzjoni relatata mad-dannu. Fil-fatt, minn naħa, l-eżistenza ta’ dritt mogħti lill-individwi minn dispożizzjoni legali ma tirrigwardax ir-realtà tad-dannu iżda tikkostitwixxi kundizzjoni li għaliha hija suġġetta l-konstatazzjoni ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ tali dispożizzjoni, minn istituzzjoni tal-Unjoni, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, iċ-ċaħda mill-Qorti Ġenerali tal-argument tal-appellant li jgħid li kien jeżawrixxi l-kwota tiegħu hija rilevanti biss għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-portata tad-dannu invokat iżda mhux għall-eżistenza stess ta’ tali dannu, li n-natura ċerta tiegħu ma hijiex ikkontestata minn inċertezza dwar il-portata eżatta tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Agraz et vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:708">EU:C:2006:708</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata mingħajr ma hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq l-aggravji l-oħra tal-appell.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tista’, fil-każ ta’ annullament tas-sentenza appellata, tiddeċiedi definittivament il-kawża meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li r-rikors għad-danni ppreżentat minn J.‑F. Giordano huwa fi stadju li jiġi deċiż u li, għaldaqstant, hemm lok li tittieħed deċiżjoni definittiva fuq dan.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Hekk kif tfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huwa suġġett għall-eżistenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet. Fosthom hemm, fil-każijiet li jikkonċernaw l-illegalità ta’ att ġuridiku, il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha bħala għan l-għoti ta’ drittijiet lill-individwi (sentenza Il‑Kummissjoni vs Schneider Electric, C‑440/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:459">EU:C:2009:459</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 160).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, J.‑F. Giordano jsostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002 billi adottat ir-Regolament Nru 530/2008 filwaqt li ma kellhiex provi li kienet nqabżet il-kwota 2008 allokata lil bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li dan l-argument huwa bbażat fuq il-premessa li tgħid li l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza mill-Kummissjoni tirrikjedi l-prova li tkun effettivament inqabżet il-kwota allokata. Fil-fatt, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002, il-Kummissjoni tista’ tadotta tali miżuri mill-mument li jeżistu provi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi akwatiċi ħajjin, jew għall-eko-sistema tal-baħar b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u jkun hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, mingħajr ma jkollha tistenna li tinqabeż il-kwota allokata. Issa, hekk kif tosserva il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 63 sa 65 tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), diversi premessi tar-Regolament Nru 530/2008 jinkludu numru ta’ indikazzjonijiet, li l-eżattezza tagħhom ma ġietx ikkontestata minn J.‑F. Giordano, li juru suffiċjentement li tali theddida kienet teżisti f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tieni nett, J.‑F. Giordano jsostni li l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008 wasslet għal restrizzjoni tal-attività tiegħu, li hija inkompatibbli mad-dritt tiegħu li jeżerċità u li jwettaq l-attività professjonali tiegħu, kif iggarantit mill-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), kif ukoll mad-dritt tiegħu għall-proprjetà, kif iggarantit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-imsemmija Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li persuna jkollha dritt li tistad kif ukoll kwota allokata mill-Istat Membru kompetenti għal staġun tas-sajd partikolari ma jistax, kuntrarjament għal dak li jsostni J.‑F. Giordano, jagħtiha d-dritt li tkun tista’, f’kull ċirkustanza, teżawrixxi din il-kwota.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżerċizzju liberu ta’ attivitajiet professjonali ma huwiex dritt assolut, iżda għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-rwol tiegħu fis-soċjetà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 183 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, jistgħu jiġu stabbiliti limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt sakemm, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, dawn ikun previsti mil-liġi u jkunu, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, neċessarji u jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-bżonn ta’ protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Digital Rights Ireland <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑293/12 u C‑594/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:238">EU:C:2014:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Regolament Nru 530/2008 jissodisfa definittivament għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni, jiġifieri dak li tiġi evitata, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002, theddida gravi għall-konservazzjoni u għall-irkupru tal-istokk tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Baħar Mediterran. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punti 77 sa 85 tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi kkonstatat li l-miżuri ta’ projbizzjoni ta’ sajd li jinsabu fl-imsemmi Regolament Nru 530/2008 ma humiex manifestament inadegwati fir-rigward ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ interess ġenerali, u għalhekk huma konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tielet nett, J.‑F. Giordano jsostni li l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008 kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, peress li dan ir-regolament waqqaf l-istaġun tas-sajd għat-tonn mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> filwaqt li l‑awtorizzazzjoni li jistad kienet ingħatat, oriġinarjament, minn Franza sat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat, il-possibbiltà li jittieħdu miżuri li jkollhom l-effett li jwaqqfu l-istaġuni tas-sajd qabel id-data normali hija prevista, b’mod partikolari, fl-Artikoli 7(1) u 26(4) tar-Regolament Nru 2371/2002 (sentenza AJD Tuna <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 75). L-operaturi Komunitarji, li l-attività tagħhom tikkonsisti fis-sajd għat-tonn, ma jistgħux għaldaqstant jinvokaw il-benefiċċju taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi huma jistgħu jipprevedu li tali miżuri jistgħu jiġu adottati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza AJD Tuna <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 75).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li J.‑F. Giordano ma weriex l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha bħala għan l-għoti ta’ drittijiet lill-individwi.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Billi waħda mill-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Unjoni ma hijiex issodisfatta, ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala infondat, mingħajr ma hemm lok li jiġu eżaminati jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra f’dan il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(2) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn tal-aħħar, jekk ikun hemm iktar minn parti waħda li titlef il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jitqassmu l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Billi l-appell ta’ J.‑F. Giordano ntlaqa’, iżda r-rikors tiegħu għad-danni ġie miċħud, J.‑F. Giordano u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Giordano vs Il‑Kummissjoni (T‑114/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:585">EU:T:2012:585</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors għad-danni ppreżentat minn Jean-François Giordano fil-Kawża T‑114/11 huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Jean-François Giordano u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>