<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑127/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0127</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:522">EU:C:2015:522</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150902">2.9.2015</DATE> — KAWŻA C‑127/14</P><P>SURMAČS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 94/19/KE</KEYWORD><KEYWORD>Punt 7 tal-Anness I</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ garanzija għal depożiti</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ ċerti depożitaturi mill-iskema ta’ garanzija għal depożiti</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>amministratur<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑127/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā Tiesa (il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Andrejs Surmačs</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanšu un kapitāla tirgus komisija,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, J. L. da Cruz Vilaça (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. Surmačs, minnu stess,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kalniņš u L. Skolmeistare, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Sauka u K.‑P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE>, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252), kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU L 68, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 94/19<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn A. Surmačs u l-Finanšu un kapitāla tirgus komisija (Kummissjoni tal-Finanzi u tas-Suq tal-Kapital, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>FKTK<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tirrikonoxxi lil A. Surmačs bħala depożitatur li għandu dritt għall-garanzija prevista bid-Direttiva 94/19.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 94/19 tħassret bid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE>, dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="149" DATE.PUB="2014">ĠU L 173, p. 149</REF.DOC.OJ>). Billi dan it-tħassir daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20150704">4 ta’ Lulju 2015</DATE>, id-Direttiva 94/14 tibqa’ applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel, is-sittax u t-tmintax-il premessa tad-Direttiva 94/19 kienu jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Billi, bi qbil ma’ l-għanijiet tat-Trattat, żvilupp armonizzat ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Kommunità kollha għandu jkun imħeġġeġ permezz ta’ l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kollha tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jkunu ipprovduti servizzi, waqt li tiżdied l-istabbilità tas-sistema bankarja u tal-protezzjoni ta’ dawk li jfaddlu;</P></CONSID><P>[...]</P><CONSID><P>Billi, minn naħa waħda, il-livell minimu ta’ garanzija preskritt f’din id-Direttiva m’għandux iħalli proporzjon kbir ta’ depożiti mingħajr protezzjoni fl-interess kemm tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja; billi, minn-naħa l-oħra, ma jkunx xieraq li jkun imponut matul il-Komunità kollha livell ta’ protezzjoni li jista f’ċerti każi li jkollu l-effett li jinkoraġixxi amministrazzjoni mhix soda ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu; billi l-ispiża għal fondi ta’ din l-iskema għandha tkun ikkunsidrata; billi għandu jidher raġjonevoli li jkun eżiġit livell minimu ta’ garanzija armonizzata fi [EUR] <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>; billi arranġamenti tranżizzjonali illimitati jistgħu ikunu meħtieġa biex jiffaċilitaw li skemi jkunu konformi ma dik il-figura;</P></CONSID><P>[...]</P><CONSID><P>Billi Stat Membru għandu jkun jista’ jeskludi ċerti kategoriji ta’ depożiti jew depożitaturi speċifikament imniżla, jekk huma ma jħossux li dawn ikunu jeħtieġu protezzjoni speċjali, mill-garanzija mogħtija bi skemi ta’ garanzija ta’ depożiti;</P></CONSID><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/19:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kull Stat Membru għandu jassigura li fit-territorju tiegħu, waħda jew aktar skemi ta’ garanzija ta’ depożitu jkunu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti. [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) ta’ din id-direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun ta’ mill-anqas EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li ċerti depożitaturi jew depożiti għandhom ikunu esklużi mill-garanzija jew għandhom jingħataw livell anqas ta’ garanzija. Dawk l-esklużjonijiet huma mniżżla fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness I tal-imsemmija direttiva kien jelenka l-lista tal-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2) tagħha. Fost id-depożiti li għaldaqstant setgħu jiġu esklużi mill-garanzija kien hemm, fil-punt 7 ta’ dan l-Anness, dawk tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>diretturi, l-amministraturi, membri li jkunu personalment responsabbli, dawk li jkollhom ishma ta’ mill-anqas 5 % tal-kapital ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, [...] persuni responsabbli biex iwettqu l-awditjar statutorju tad-dokumenti tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u depożitaturi ta’ status simili f’kumpaniji oħra ta’ l-istess grupp<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-punt 8 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 kien jipprovdi li setgħu jiġu esklużi mill-garanzija d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>depożiti minn qraba fil-qrib u partijiet terzi li jaġixxu f’isem id-depożitaturi li hemm referenza għalihom f’7<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 94/19 ġiet trasposta fid-dritt Latvjan permezz tal-Liġi dwar il-garanzija għal depożiti (Noguldījumu garantiju likums). Il-fond ta’ garanzija għal depożiti huwa kkostitwit mill-kontribuzzjonijiet tas-suġġetti msemmija fl-Artikolu 7 tagħha. Skont l-Artikolu 1(7) tal-imsemmija liġi, dan il-fond ta’ garanzija huwa ġestit mill-FKTK.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(4) tal-istess liġi jipprovdi li l-imsemmi fond ma huwiex obbligat jiggarantixxi l-ħlas ta’ kumpens fir-rigward tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>depożiti tal-azzjonisti ta’ istituzzjoni finanzjarja li jkollhom parteċipazzjoni sinjifikattiva fiha, tal-president u tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza jew tal-bord ta’ tmexxija, tad-direttur tad-dipartiment ta’ awditu intern, tal-awditur tal-kumpannija u ta’ impjegati oħra tal-istituzzjoni depożitarja li jwettqu l-ippjanar, it-tmexxija u l-kontroll tan-negozju tagħha u li huma responsabbli għal dan<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20111121">21 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-FKTK adottat id-Deċiżjoni Nru 278, dwar it-tmiem tal-provvista ta’ servizzi finanzjarji mill-kumpannija Latvijas Krājbanka (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bank<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). F’din id-data, A. Surmačs kellu, fi ħdan il-Bank, il-pożizzjoni ta’ Viċi President inkarigat mill-kwistjonijiet ta’ dritt internazzjonali u finanzjarju. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li A. Surmačs kien jaqa’ direttament taħt il-president tal-bord tad-diretturi u li hu stess kien membru ta’ dan il-korp qabel ma sar Viċi President, kariga li huwa kellu fid-data ta’ din id-deċiżjoni tal-FKTK.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120105">5 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-FKTK ikkonstatat li, minħabba l-kariga li huwa kellu fi ħdan il-bank, A. Surmačs ma setax jitqies li huwa depożitatur kopert mill-garanzija prevista bil-Liġi dwar il-garanzija għal depożiti. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 17(4) tal-imsemmija liġi li, skontha, din il-garanzija ma tistax tibbenefika lil impjegat tal-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-ippjanar, mit-tmexxija u mill-kontroll tal-attività ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Filwaqt li kkontesta l-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni tal-FKTK għar-raġuni li l-kariga li huwa kien jokkupa fi ħdan il-bank fil-verità kienet waħda onorarja, mingħajr ebda setgħa deċiżjonali, A. Surmačs adixxa lill-Administratīvā apgabaltiesa (Qorti amministrattiva reġjonali) b’rikors li hija ċaħdet permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>A. Surmačs appella fil-kassazzjoni, mid-deċiżjoni tal-Administratīvā apgabaltiesa, quddiem il-qorti tar-rinviju billi essenzjalment sostna li evalwazzjoni konkreta tal-obbligi, tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet marbuta mal-kariga ta’ Viċi President kienet tippermetti li jiġi stabbilit li hu la kellu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti u lanqas dik li jinfluwenza l-attività tal-bank. Barra minn hekk, skont A. Surmačs, l-Administratīvā apgabaltiesa applikat il-Liġi dwar il-garanzija għal depożiti mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-Artikolu 7(2) u l-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-FKTK issostni li l-funzjoni li kien jeżerċita A. Surmačs fi ħdan il-bank fiż-żmien tad-deċiżjoni msemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza taqa’ taħt l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 17(4) tal-Liġi dwar il-garanzija għal depożiti u li huwa kellu jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>amministratur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19. Barra minn hekk, skont il-FKTK, għall-finijiet tal-esklużjoni tal-garanzija għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss is-setgħat mogħtija formalment lil A. Surmačs, iżda anki l-influwenza li huwa seta’ jeżerċita, b’mod informali, fuq l-attivitajiet tal-bank.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Augstākā Tiesa (Il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>Il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva [94/19/KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE>, dwar skemi ta’ garanziji għal depożiti għandu jiġi interpretat fis-sens li l-lista tiegħu tal-persuni li għandhom jiġi rikonoxxuti bħala persuni marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni li fir-rigward tagħhom għandu jiġi miċħud id-dritt għal kumpens hija eżawrjenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-persuna li, skont id-deskrizzjoni tal-post [tal-kariga], għandha d-dritt li tippjana, tikkoordina u tissorvelja parti mill-attività tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-eżekuzzjoni ta’ funzjoni, u mhux l-attività tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-intier tagħha, iżda li madankollu ma għandhiex il-possibbiltà li tagħti istruzzjonijiet jew li tieħu deċiżjonijiet li jorbtu lil persuni oħra, tista’ tiġi rikonoxxuta bħala amministratur tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala persuna oħra msemmija fil-punt 7 tal-Anness I tad-direttiva? Il-kontenut tal-parti tal-attività speċifika jew tal-funzjoni partikolari tal-istituzzjoni ta’ kreditu huwa rilevanti għal dan l-għan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-punt 7 tal-Anness I tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw il-ħlas tal-kumpens garantit lil persuna li, skont l-obbligi u d-drittijiet indikati fid-deskrizzjoni tal-post [kariga], ma tistax tiġi rrikonoxxuta bħala amministratur, iżda li kellha fil-fatt influwenza sinjifikattiva fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-amministraturi jew tal-membri personalment responsabbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu? F’dan il-kuntest, jeħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni l-influwenza [purament] informali li tirriżulta mill-awtorità tal-persuna, mill-kapaċità tagħha u mill-konoxxenzi tagħha marbuta mal-attività tal-istituzzjoni ta’ kreditu?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-depożiti esklużi taħt il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 humiex elenkati fih b’mod eżawrjenti, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, kategoriji oħra ta’ depożitaturi li għalihom tkun applikabbli l-esklużjoni mill-garanzija tad-depożiti.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li t-tmintax-il premessa tad-Direttiva 94/19 tipprevedi li ċerti kategoriji ta’ depożiti jew ta’ depożitaturi jistgħu jiġu esklużi mill-iskema ta’ garanzija. Skont din il-premessa, tali depożiti jew depożitaturi għandhom ikunu elenkati b’mod limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 94/19 jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jeskludu mill-garanzija jew sabiex jingħata livell inqas ta’ garanzija lil ċerti kategoriji ta’ depożitaturi jew ċerti tipi ta’ depożiti u jippreċiża li l-lista ta’ dawn l-esklużjonijiet tinsab fl-Anness I ta’ din id-direttiva. Issa, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma jirriżulta li l-imsemmi elenkar huwa ta’ natura indikattiva u lanqas ma jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jestendu l-kategoriji ta’ depożiti u ta’ depożitaturi previsti fl-Anness I.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement għandu jitfakkar li, fl-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tagħha tal-<DATE ISO="19920604">4 ta’ Ġunju 1992</DATE> [COM(92) 188 finali, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="1992">ĠU C 163, p. 6</REF.DOC.OJ>], li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 94/19, il-Kummissjoni kienet indikat b’mod ċar, fil-paġna 18 ta’ din l-espożizzjoni, li l-lista tal-eċċezzjonijiet għall-iskema ta’ garanzija previsti fl-Anness I <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>hija limitattiva u l-Istati Membru jistgħu jeskludu mill-garanzija biss lill-istituzzjonijiet u l-persuni msemmija hemmhekk<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u kull esklużjoni oħra tkun kuntrarja għad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-ewwel premessa tad-Direttiva 94/19 jirriżulta li din tfittex għan doppju li tiggarantixxi lil dawk li jfaddlu fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tad-depożiti fdati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li ssaħħaħ l-istabbiltà tas-sistema bankarja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva jobbliga lill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-introduzzjoni, fit-territorju tagħhom, ta’ waħda jew ta’ iktar skemi ta’ garanzija għal depożiti. Skont l-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva, dawn l-iskemi għandhom jiżguraw livell minimu ta’ kopertura, għal kull depożitatur, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’deroga minn din ir-regola, l-Artikolu 7(2) u l-Anness I tad-Direttiva 94/19 jawtorizzaw lill-Istati Membri sabiex jeskludu mill-garanzija ċerti depożiti jew depożitaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-kategoriji previsti fl-Anness I tad-Direttiva 94/19 jikkostitwixxu eċċezzjoni għar-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, huma għandhom jiġu interpretati b’mod strett (ara, b’analoġija, is-sentenza Fastweb, C‑19/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2194">EU:C:2014:2194</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kategoriji li għalihom jagħmel riferiment il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 sabiex jiġu ddeterminati d-depożiti jew id-depożitaturi esklużi mill-garanzija għandhom jiġu ddefiniti minn perspettiva funzjonali. Konsegwentement, l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti tapplika għall-persuni li jeżerċitaw funzjonijiet li, fid-dawl tad-dritt nazzjonali u tal-prattika kummerċjali tal-Istat Membru, jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt il-kunċetti msemmija fl-imsemmi punt ta’ dan l-Anness, ikun x’ikun l-isem innifsu tal-funzjonijiet hekk eżerċitati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-depożiti esklużi taħt il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 huma elenkati hemmhekk b’mod eżawrjenti, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, kategoriji oħra ta’ depożitaturi li mill-perspettiva tal-funzjonijiet eżerċitati ma jaqgħux taħt il-kunċetti elenkati minn dan l-istess punt, sabiex fir-rigward tagħhom japplikaw l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista b’din id-direttiva, bħala amministratur jew<?PAGE NO="6"?> persuna li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji l-oħra msemmija fl-imsemmi punt 7, ċerti persuni minħabba l-funzjoni miżmuma fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, bħal dik li kien jokkupa r-rikorrent fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jittieħed kont mhux biss tat-termini tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza Rosselle, C‑65/14, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:339">EU:C:2015:339</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata). L-oriġini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jista’ wkoll jipprovdi elementi rilevanti għall-interpretazzjoni tagħha (sentenza Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament u Il‑Kunsill, C‑583/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li, waħdu, il-kontenut litterali tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma jippermettix li tingħata risposta għad-domandi tal-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, kulma jagħmel il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 huwa sempliċement li jelenka l-kategoriji ta’ depożitaturi li jistgħu jiġu esklużi mill-garanzija, mingħajr ma jagħti indikazzjonijiet addizzjonali dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-imsemmija esklużjonijiet jew ir-rwoli u l-funzjonijiet li dawn id-depożitaturi huma mistennija jeżerċitaw sabiex jaqgħu taħt l-esklużjoni stabbilita minn din id-dispożizzjoni. Tali preċiżazzjonijiet lanqas ma jirriżultaw minn dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jikkonċerna l-għanijiet tad-Direttiva 94/19 għandu jitfakkar li din il-leġiżlazzjoni hija intiża, b’mod partikolari, skont l-ewwel premessa tagħha, li tipproteġi lil dawk li jfaddlu fir-relazzjonijiet ġuridiċi tagħhom mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Fil-fatt, billi fil-parti l-kbira tal-każijiet ma jkollhomx l-informazzjoni jew il-kompetenzi neċessarji sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali tal-istituzzjoni ta’ kreditu li magħha għandhom x’jaqsmu, ma jkunx possibbli għal dawk li jfaddlu li jevalwaw ir-riskji ta’ insolvenza ta’ dawn l-istituzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-tmintax-il premessa tad-Direttiva 94/19 tipprovdi li huma biss id-depożitaturi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[ma jeħtiġux] protezzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li jistgħu jiġu esklużi mill-garanzija mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna l-oriġini tad-Direttiva 94/19, għandu jitfakkar li l-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tal-Kummissjoni [COM (92) 188 finali] tistipula, minn naħa, fil-paġna 2, li din id-direttiva hija intiża li tipproteġi lid-depożitaturi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>li għandhom ftit wisq għarfien finanzjarju sabiex jiddistingwu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbli minn dawk li huma inqas stabbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u, min-naħa l-oħra, fil-paġna 18, li wħud mid-depożitaturi li jidhru fl-Anness I jistgħu jiġu esklużi mill-garanzija għaliex huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>diffiċilment jistgħu jitqiesu bħala denji ta’ protezzjoni, u dan minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tagħhom jew minħabba d-dgħufija tagħhom fuq il-pjan ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Għaldaqstant, isir riferiment manifest għall-persuni msemmija fil-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-esklużjoni fakultattiva tad-depożitaturi elenkati fl-imsemmi punt tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 tibbaża ruħha fuq il-premessa li dawn il-persuni, fil-prinċipju, għandhom livell ta’ kompetenzi u ta’ informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu li magħha jafdaw id-depożiti tagħhom li l-parti l-kbira tad-depożitaturi ma għandhomx. Għaldaqstant, għandu jitqies li l-persuni li jidħlu f’waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 jistgħu, skont din id-dispożizzjoni, jiġu esklużi mill-garanzija sa fejn dawn, minħabba l-funzjoni li huma jeżerċitaw fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu jew minħabba r-relazzjoni tagħhom ma’ din tal-aħħar, għandhom livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilhom ikunu jafu u jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni hija kkorroborata mill-eżami ta’ eċċezzjonijiet oħra previsti fl-Anness I tad-Direttiva 94/19. B’hekk, waħda mir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni fakultattiva tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>qraba fil-qrib<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>partijiet terzi li jaġixxu f’isem id-depożitaturi li hemm referenza għalihom f’7<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tinsab fil-fatt li dawn is-suġġetti jistgħu jkollhom l-istess informazzjoni bħal dik li għandhom il-persuni elenkati fl-imsemmi punt 7.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżami ta’ sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-unika kategorija ta’ persuni msemmija fil-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 li dan jista’ jaqa’ taħtha hija dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>amministratur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li persuna li tkun tinsab fis-sitwazzjoni ta’ A. Surmačs tista’ tiġi eskluża mill-garanzija prevista bid-Direttiva 94/19 jekk, minħabba l-funzjonijiet eżerċitati, bħala amministratur ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, hija kienet f’pożizzjoni li jkollha livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilha tkun taf u tevalwa s-sitwazzjoni finanzjarja reali kif ukoll ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fis-sitwazzjoni li wasslet għall-kawża prinċipali, il-persuna kkonċernata kellhiex l-informazzjoni u l-kompetenzi msemmija fil-punt 33 tas-sentenza preżenti u kinitx tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fil-punti 35 u 36 ta’ din is-sentenza. Għal dan l-għan, l-imsemmija qorti jkollha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tal-kawża prinċipali u, b’mod partikolari, id-deskrizzjoni tal-kariga miżmuma minn A. Surmačs, l-attivitajiet li huwa eżerċita effettivament kif ukoll ir-relazzjonijiet ġuridiċi u fattwali bejn dan tal-aħħar u l-bord tad-diretturi tal-bank. F’dan il-kuntest, il-kwistjoni ta’ jekk A. Surmačs kienx responsabbli għall-attivitajiet kollha tal-bank jew sempliċement għal parti minn attività partikolari tiegħu hija biss waħda mill-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-verifika msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi għandha tkun li l-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista b’din id-direttiva, bħala amministratur, il-persuni li, minħabba l-kariga miżmuma fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu, għandhom, irrispettivament mill-isem ta’ din il-kariga, livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilhom jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-depożiti esklużi taħt il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE>, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, huma elenkati hemmhekk b’mod eżawrjenti, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, kategoriji oħra ta’ depożitaturi li mill-perspettiva tal-funzjonijiet eżerċitati ma jaqgħux taħt il-kunċetti elenkati minn dan l-istess punt, sabiex fir-rigward tagħhom japplikaw l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista b’din id-direttiva, bħala amministratur, il-persuni li, minħabba l-kariga miżmuma fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu, għandhom, irrispettivament mill-isem ta’ din il-kariga, livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilhom jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>