02008D0185 — MT — 08.02.2018 — 014.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2008

dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 669)

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/185/KE)

(ĠU L 059 4.3.2008, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2008/476/KE tas-6 ta’ Ġunju 2008

  L 163

34

24.6.2008

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2008/988/KE tas-17 ta' Diċembru 2008

  L 352

52

31.12.2008

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/248/KE tat-18 ta’ Marzu 2009

  L 73

22

19.3.2009

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/621/KE tal-20 ta’ Awwissu 2009

  L 217

5

21.8.2009

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/271/UE tal-11 ta’ Mejju 2010

  L 118

63

12.5.2010

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/434/UE tas-6 ta’ Awwissu 2010

  L 208

5

7.8.2010

 M7

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/648/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-4 ta’ Ottubru 2011

  L 260

19

5.10.2011

 M8

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/701/UE tat-13 ta’ Novembru 2012

  L 318

68

15.11.2012

 M9

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/398 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Frar 2015

  L 66

16

11.3.2015

►M10

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1782 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' Ottubru 2016

  L 272

90

7.10.2016

 M11

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/486 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta' Marzu 2017

  L 75

27

21.3.2017

►M12

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/888 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Mejju 2017

  L 135

27

24.5.2017

 M13

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2173 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-20 ta' Novembru 2017

  L 306

26

22.11.2017

►M14

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/187 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Frar 2018

  L 34

36

8.2.2018




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2008

dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 669)

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/185/KE)



Artikolu 1

▼M3

Ħnieżer intenzjonati għat-tkabbir jew produzzjoni, mibgħuta fi Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u li huma elenkati fl-Anness I għandhom jiġu minn Stat Membru jew reġjun tiegħu elenkat f’dak l-Anness jew għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

▼B

(1) il-marda Aujeszky trid tkun notifikabbli b’mod obbligatorju fl-Istat Membru tal-oriġini;

(2) pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li tissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, trid tkun fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal-oriġini taħt is-supervizjoni tal-awtorità kompetenti. Miżuri xierqa fuq trasport tal-majjal u movimenti jridu jkunu fis-seħħ kif jitlob dan il-pjan sabiex ikun evitat it-tixrid tal-marda bejn ażjendi ta’ status differenti;

(3) fir-rigward għall- ażjendi tal-oriġini tal-majjal:

(a) l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-tnax il-xahar preċedenti fl-ażjenda in kwestjoni;

(b) l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-tnax il-xahar preċedenti fl-ażjendi li jinstabu f’żona ta’ 5 km madwar l-ażjenda tal-oriġini tal-majjal; pero, dan il-provediment ma japplikax, f’dawn l-ażjendi ta’ l-aħħar, jekk miżuri ta’ monitoraġġ tal-mard u l-qerda tagħhom ikunu ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u skond il-pjan tal-qerda msemmija fil-punt (2), u dawn il-miżuri ikunu effettivament evitaw kwalunkwe tixrid ta’ mard għall-ażjenda in kwistjoni;

(ċ) tilqim kontra l-marda Aujeszky ma tkunx twettqet għal mill-inqas 12-il xahar;

(d) il-majjal ikun ġie soġġettat għall-inqas f’żewġ okkazjonijiet b’intervall ta’ għall-inqas erba’ xhur għall-sondaġġ seroloġiku għall-preżenza ta’ antibody ADV-gE jew ADV-gB jew ADV-gD jew għall-marda tal-virus Aujeszky intier. Dan is-sondaġġ jrid ikun wera l-assenza tal-marda Aujeszky u li majjal imlaqqam kien liberu minn antibodies gE;

(e) l-ebda majjal ma kien introdott minn ażjendi ta’ status aktar baxx tas-saħħa ta’ l-annimali għal dak li jirrigwarda l-marda ta’ Aujeszky fit-12-il xahar preċedenti, sakemm ma ġewx ittestjati għall-marda Aujeszky u kien hemm riżultati negattivi;

(4) il-majjal li ser jiġi mċaqlaq:

(a) ma ġiex imlaqqam;

(b) inżamm iżolat f’akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti, fit-30 jum preċedenti għall-moviment, u b’tali mod li kwalunkwe riskju tat-tixrid tal-marda Aujeszky lil dann il-majjal huwa evitata;

(ċ) jridu jkunu għexu fl-ażjenda tal-oriġini jew f’ażjenda ta’ status ekwivalenti mit-twelid, u baqgħu fil-ażjenda tal-oriġini għall-inqas għall-:

(i) 30 jum, fil-każ ta’ majjal intiż għall-produzzjoni;

(ii) 90 jum, fil-każ ta’ majjal intiż għat-tkabbir;

(d) kienu soġġettati b’riżultati negattivi għal ta’ l-inqas żewġ testijiet seroloġiċi għall-ADV-gB jew ADV-gD jew il-virus tal-marda Aujeszky intiera, b’intervall ta’ għall-inqas 30 jum bejn kull test. Pero, f’każ ta’ majjal ta’ età ta’ inqas minn erba’ xhur, it-test seroloġiku għall-ADV-gE ukoll jista’ jintuża. Kampjunar għall-aħħar test irid jitwettaq fi żmien 15- il jum qabel it-trasport bil-baħar. In-numru ta’ majjal ittestjati fl-unità ta’ iżolazzjoni jrid ikun suffiċjenti sabiex isib:

(i) 2 % seroprevalence b’kunfidenza ta’ 95 % fl-unità ta’ iżolazzjoni fil-każ ta’ majjal intiż għall-produzzjoni;

(ii) 0,1 % seroprevalence b’kunfidenza ta’ 95 % fl-unità ta’ iżolazzjoni fil-każ ta’ majjal intiż għat-tkabbir.

Però, l-ewwel miż-żewġ testijiet ma jkunx neċessarju jekk:

(i) fl-istruttura tal-pjan msemmi fil-punt (2), sondaġġ seroloġiku jkun twettaq fl-ażjenda tal-oriġini bejn 45 u 170 jum qabel it-trasport bil-baħar, li juri l-assenza tal-antibodies tal-marda Aujeszky u li majjal imlaqqam kien liberu minn antibodies gE;

(ii) il-majjal li ser jiġi mċaqlaq għex fl-ażjenda tal-oriġini mit-twelid;

(iii) l-ebda majjal ma ċċaqlaq sa’ l-ażjenda tal-oriġini waqt li l-majjal li ser jiġi mċaqlaq nzamm f’iżolazzjoni.

Artikolu 2

▼M3

Ħnieżer intenzjonati għall-qatla, mibgħuta fi Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u li huma elenkati fl-Anness I għandhom jiġu minn Stat Membru jew reġjun tiegħu elenkat f’dak l-Anness jew għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

▼B

(1) Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini;

(2) pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li jissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1 (2), irid ikun fis-seħħ fl-Istat Membru jew reġjuni tal-oriġini tal-majjal;

(3) il-majjal kollu in kwistjoni jrid jiġi trasportat direttament sal-biċċeriji tad-destinazzjoni u/jew:

(a) jiġi minn ażjenda li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 1 (3); jew

(b) kienu mlaqqam kontra l-marda Aujeszky sa għall-inqas 15-il jum qabel it-trasport tagħhom bil-baħar u jiġu minn ażjenda tal-oriġini fejn:

(i) fil-qafas tal-pjan msemmi fil-punt (2), miżuri ta’ monitoraġġ u qerda tal-marda Aujeszky ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għat-12-il xahar preċedenti;

(ii) kien baqa’ għall-inqas għal 30 jum qabel id-dispaċċ u fejn l-ebda prova klinika jew patoloġika ta’ din il-marda ma nstabet fil-ħin tal-kompletar taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 7; jew

(ċ) ma ġiex imlaqqam u jipproċedi minn ażjenda fejn:

(i) fil-qafas tal-pjan msemmi fil- punt (2), miżuri ta’ monitoraġġ u qerda tal-marda Aujeszky ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għat-12-il xahar preċedenti u l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fis-sitt xhur preċedenti;

(ii) tilqim kontra l-marda Aujeszky u l-introduzzjoni ta’ majjal imlaqqam kien projbii mill-awtoritajiet kompetenti, peress li l-ażjenda hija fil-proċess li tilħaq l-ogħla status għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky skond il-pjan imsemmi fil-punt (2);

(iii) huma għexu għall-inqas għal 90 jum qabel id-dispaċċ.

Artikolu 3

Majjal intenzjonat għat-tkabbir destinat għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi għall-qerda tal-marda Aujeszky kienu approvati u huma fis-seħħ, jridu jew:

(1) jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew:

(2) jiġu minn

(a) Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II; u

(b) ażjenda li tissodisfa il-ħtiġijiet tal-Artikolu 1 (3); jew

(3) tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini;

(b) pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky huwa fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal- oriġini, li jissodisfaw il-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1(2);

(ċ) l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-12 il-xahar preċedenti fl-ażjenda tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni;

(d) il-majjal iridu ikun nżamm iżolat f’akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti għat-30 jum immedjatament preċedenti għall-moviment u inżammu iżolati b’tali mod li kwalunkwe riskju tat-tixrid tal-marda Aujeszky huwa evitat;

(e) il-majjal iridu ikun ġie soġġettat, b’riżultati negativi, għall-test seroloġiku għall-preżenza ta’ antibodies gE. Kampjunar għall-aħħar test irid jitwettaq fiż-żmien 15-il jum qabel it-trasport bil-baħar. In-numru ta’ majjal ittestjati jrid ikun suffiċjenti sabiex jinstab 2 % seroprevalence b’kunfidenza ta’ 95 % f’dan il-majjal;

(f) il-majjal irid ikun għex fl-ażjenda tal-oriġini jew f’ażjenda ta’ status ekwivalenti mit-twelid, u jkun baqa’ fl-ażjenda tal-oriġini għall-inqas għal 90 jum.

Artikolu 4

Majjal intiż għall-produzzjoni destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi approvati għall-qerda tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ, iridu jew:

(1) jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew

(2) jiġu minn:

(a) Stati Membri jew regjuni elenkati fl-Anness II; u

(b) ażjenda li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Artikolu 1 punt (3); jew

(3) jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istat Membru tal-oriġini;

(b) pjan għall-kontroll u qerda tal-marda Aujeszky, li jissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1 (2) ikun fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjun tal-oriġini;

(ċ) l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-12-il xahar preċedenti fl-ażjenda tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni;

(d) sondaġġ seroloġiku għall-marda Aujeszky, li juri l-assenza tagħha u li l-majjal imlaqqam kien liberu minn antibodies gE, ikun twettaq fl-ażjenda tal-oriġini u bejn 45 u 170 ġurnata qabel it-trasport bil-baħar;

(e) il-majjal irid ikun jew għex fl-ażjenda tal-oriġini mit-twelid jew ikun baqa’ f’tali ażjendi għall-inqas għall-30 jum wara l-introduzzjoni minn ażjenda ta’ status ekwivalenti, fejn sondaġġ seroloġiku ekwivalenti għal dak imsemmi f’punt (d) ikun twettaq.

Artikolu 5

It-testijiet seroloġiċi mwettqa sabiex jimmonitoraw jew isibu l-marda Aujeszky tal-majjal skond din id-Deċiżjoni trid tissodisfa l-istandards li jinstabu fl-Anness III.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 64/432/KEE, informazzjoni dwar it-tfaqqih tal-marda Aujeszky, inklużi detalji ta’ programmi ta’ monitoraġġ u qerda fis-seħħ fi Stati Membri elenkati fl-Anness II u fi Stati Membri oħra jew reġjuni mhux elenkati f’dak l-Anness fejn programmi ta’ monitoraġġ u qerda huma fis-seħħ, jridu jkunu provduti għall-inqas kull sena minn kull Stat Membru skond il-kriterji uniformi li jinstabu fl-Anness IV.

Artikolu 7

1.  Mingħajr preġudizzju għall-provedimentl li jinstabu fil-leġislazzjoni Komunitarja li titratta ċ-ċertifikati tas-saħħa, qabel il-kompletazzjoni, għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, tas-sezzjoni Ċ taċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa mid-Direttiva 64/432/KEE, il-veterinarju uffiċjali jrid jistabilixxi:

(a) l-istatus tal- ażjenda u tal-Istat Membru jew reġjun tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky;

(b) fil-każ li l-majjal ma joriġinax minn Stat Membru jew reġjun liberi mill-marda, l-istatus tal-ażjenda tal-Istat Membru jew reġjuni tad-destinazzjoni għall-majjal in kwistjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky;

(ċ) il-konformità tal-majjal in kwistjoni mal-kundizzjonijiet li jinstabu f’din id-Deċiżjoni.

▼M10

2.  Għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew għar-reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, fil-punt II.3.3.1 tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-mudell 2 tal-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja lil dawk l-annimali, in-numru xieraq tal-Artikolu ta' din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fl-ispazju vojt li għandu jimtela taħt dak il-punt.

▼B

Artikolu 8

Stati Membri jridu jiżguraw li meta majjal destinat għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II huma trasportati, dawn ma jiġux f’kuntatt ma’ majjal ta’ status differenti jew mhux magħruf, għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky, waqt trasport jew transitu.

Artikolu 9

Id-Deċiżjoni 2001/618/KE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

▼M12




ANNESS I

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn huwa pprojbit it-tilqim



Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta' Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

IT

L-Italja

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

NL

In-Netherlands

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni amministrattivi (powiaty) li ġejjin fil-provinċja ta' poslaskie: augustowski, białostocki, Białystok, bielski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha

▼M14




ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom li għandhom fis-seħħ programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky



Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja;

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia;

Ir-Reġjun tal-Lombardia;

Ir-Reġjun tal-Veneto

LT

Il-Litwanja

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Il-provinċja ta' dolnośląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' kujawsko-pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' lubelskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' lubuskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' łódzkie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' małopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' mazowieckie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' opolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' podkarpackie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' podlaskie f'dawn ir-reġjuni amministrattivi (powiaty): grajewski, kolneński, łomżyński, Łomża, wysokomazowiecki, zambrowski;

Il-provinċja ta' pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' śląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' świętokrzyskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' warmińsko-mazurskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' wielkopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' zachodniopomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha.

▼B




ANNESS III

Standards għat-testijiet seroloġiċi tal-marda Aujeszky — Protokoll għall-enżimi konessi mal-immunosorbent assay (ELISA) għat-tiftixa ta’ antibodies għall-virus tal-marda Aujeszky (il-virus kollu), sal-glycoproteina B (ADV-gB), sal-glycoproteina D (ADV-gD) jew sal-glycoproteina E (ADV-gE)

1. L-istituti elenkati fil-paragrafu 2(d) jridu jevalwaw testijiet u kits Elisa ADV-gE kontra l-kriterji fil-paragrafi 2(a), (b) u (ċ). L-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru trid tiżgura li l-kits Elisa ADV-gE biss li huma konformi ma’ dawn l-istandards ikunu reġistrati. L-eżamijiet elenkati f’2(a) u (b) jridu jitwettqu qabel l-approvazzjoni tat-test u l-eżami f’2(ċ), għall-inqas, jridu jitwettqu fi żmien wara għall-kull baċċ.

2. Standardiżżar, sensitività u speċifikazzjoni tat-test.

(a) Is-sensitività tat-test trid tkun ta’ tali livell li s-segwenti sera ta’ riferenza Komunitarji jirriżultaw pożittiv:

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 b’taħlita 1:8,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE A,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE B,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE C,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE D,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE E,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE F.

(b) L-ispeċifikazzjoni tat-test trid tkun ta’ tali livell li s-segwenti sera ta’ riferenza Komunitarja jirriżultaw negattivi:

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE G,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE H,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE J,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE K,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE L,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE M,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE N,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE O,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE P,

— Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE Q.

(ċ) Għall-kontroll tal-baċċ, Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 trid tirriżulta pożittiva f’taħlita 1:8 u wieħed mis-sera ta’ riferenza Komunitarja mill-ADV-gE G sal-ADV-gE Q, kif elenkati fil-punt (b), jridu jrriżultaw negattiv.

Għall-kontroll tal-baċċ ta’ kits ADV-gB u ADV-gD, Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 trid trriżulta pożittiv fit-taħlita ta’ 1:2 u Serum ta’ riferenza Komunitarja Q imsemmija f’(b) trid tirriżulta negattiv.

▼M10

(d) L-istituti elenkati hawn isfel għandhom ukoll ikunu risponsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA f'kull Stat Membru, u b'mod partikolari għall-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sjeri nazzjonali ta' referenza skont is-sjeru Komunitarju ta' referenza.



AT

AGES: Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH — Institut für veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling (Austrian Agency for Health and Consumer Protection — Institute for veterinary investigations Mödling)

Robert Koch-Gasse 17

A-2340 Mödling

Tel. +43 (0) 505 55-38112

Fax +43 (0) 505 55-38108

e-mail: vetmed.moedling@ages.at

BE

CODA — CERVA — VAR

Veterinary and Agrochemical Research Centre

Groeselenberg 99

1180 Brussels

CY

State Veterinary Laboratory

Veterinary Services

1417 Athalassa

Nicosia

CZ

Státní veterinární ústav Olomouc

Jakoubka ze Stříbra 1

779 00 Olomouc

Telefown: 585 557 111

Fax 585 222 394

e-mail: svuolomouc@svuol.cz

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Südufer 10

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. + 49 38351 7-0

Fax + 49 38351 7-1219, 7-1151, 7-1226

DK

National Veterinary Institute

Technical University of Denmark

Lindholm Island

4774 Kalvehave

Denmark

Tel. (standard): +45 88 60 00

Fax +45 88 79 01

Posta elettronika: vet@vet.dtu.dk

EE

Veterinaar ja Toidulaboratoorium

Kreutzwaldi 30,

51006 Tartu,

Estonia

Tel. + 372 7 386 100

Fax + 372 7 386 102

e-mail: info@vetlab.ee

ES

Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete

Carretera de Algete, km 8

Algete 28110 (Madrid)

Tel. +34 916 290 300

Fax +34 916 290 598

e-mail: lcv@mapya.es

FI

Finnish Food Safety Authority

Animal Diseases and Food Safety Research

Mustialankatu 3

FI-00790 Helsinki, Finland

e-mail: info@evira.fi

Tel. +358 20 772 003 (exchange)

Fax +358 20 772 4350

FR

Laboratoire d'études et de recherches avicoles, porcines et piscicoles

AFSSA site de Ploufragan/Brest —

LERAPP

BP 53

22 440 Ploufragan

UK

Veterinary Laboratories Agency

New Haw, Addlestone, Weybridge

Surrey KT15 3NB, UK.

Tel. (44-1932) 341111

Fax (44-1932) 347046

GR

Centre of Athens Veterinary Institutes

25 Neapoleos Street,

153 10 Agia Paraskevi Attiki

Tel. +30 2106010903

HU

Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Cím: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Levelezési cím: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax +36 1 252-5177

E-mail: ugyfelszolgalat@nebih.gov.hu

IE

Virology Division,

Central Veterinary Research Laboratory,

Department of Agriculture and Food Laboratories,

Backweston Campus,

Stacumny Lane,

Celbridge

Co. Kildare

IT

Centro di referenza nazionale per la malattia di Aujeszky —

Pseudorabbia c/o Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia Romagna,

Via Bianchi, 9;

25124 Brescia

LT

National Veterinary Laboratory

(Nacionalinė veterinarijos laboratorija)

J. Kairiūkščio 10

LT-08409 Vilnius

LU

CODA — CERVA — VAR

Veterinary and Agrochemical Research Centre

Groeselenberg 99

1180 Brussels

LV

Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts “BIOR”

(Institute of Food Safety, Animal Health and Environment BIOR)

Lejupes iela 3

Rīga, LV-1076

Tel. +371 7620513

Fax +371 7620434

e-mail: bior@bior.lv

MT

National Veterinary Laboratory

Veterinary and Phytosanitary Regulation Department

Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change,

Abattior Square, Albert Town, Triq Prince Albert,

Marsa, Malta

Tel. +356 22925389

NL

Centraal Instituut voor Dierziekte Controle

CIDC-Lelystad

Hoofdvestiging: Houtribweg 39

Nevenvestiging: Edelhertweg 15

Postbus 2004

8203 AA Lelystad

PL

Laboratory Departement of Swine Diseases

Państwowy Instytut Weterynaryjny — Państwowy Instytut

Badawczy

al. Partyzantów 57, 24-100 Puławy

Tel. +48 81 889 30 00

Fax +48 81 886 25 95

e-mail: sekretariat@piwet.pulawy.pl

PT

Laboratório Nacional de Investigação Veterinária (LNIV)

Estrada de Benfica, 701

1549–011 Lisboa

RO

Laboratorul Național de Referință pentru Herpesviroze

Institutul de Diagnostic și Sănătate Animală

Str. Dr. Staicovici, nr. 6, cod 050557, sector 5, București

Tel. 0374.322.015

Fax 0214.113.394

e-mail: office@idah.ro

SE

Statens veterinärmedicinska anstalt

Department of Virology

751 89 Uppsala

Tel. (46-18) 67 40 00

Fax (46-18) 67 44 67

SI

Univerza v Ljubljani

Veterinarska fakulteta

Nacionalni veterinarski institut

Gerbičeva 60,

SI-1000 Ljubljana

SK

Štátny veterinárny ústav

Pod dráhami 918

960 86 Zvolen

Slovenska republika

▼B




ANNESS IV

Kriterji dwar l-informazzjoni li trid tiġi provduta dwar il-ġrajja tal-marda Aujkesky (AD) u dwar pjanijiet għall-monitoraġġ u l-qerda ta’ din il-marda, li jridu jiġu provduti skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

1. Stat Membru:

2. Data:

3. Perjodu tar-rapport:

4. Numru ta’ ażjendi fejn jinstab l-AD permezz ta’ investigazzjonijiet kliniċi, seroloġiċi jew viroloġiċi:

5. Informazzjoni dwar vaċċini tal-AD, investigazzjonijiet seroloġiċi u kategoriżazzjoni ta’ ażjendi (jekk jogħġbok imla t-tabella annessa):



Reġjun

Numru ta’ ażjendi tal-majjal

Numru ta’ ażjendi tal-majjal skond programm AD (1)

Numru ta’ ażjendi tal-majjal mhux infettati bl-AD

(bil-vaċċinazzjoni) (2)

Numru ta’ ażjendi tal-majjal liberi mill-AD

(mingħajr vaċċinazjoni) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

(1)   Programm taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

(2)   Ażjenda tal-majjal fejn testijiet seroloġiċi għall-AD twettqu b’riżultati negattivi skond programm uffiċjali AD u fejn vaċċinazzjoni ġiet applikata fit-12 il-xahar preċedenti.

(3)   Ażjendi tal-majjal li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(3).

6. Informazzjoni oħra dwar monitoraġġ seroloġiku f’Ċentri ta’ Inseminazzjoni Artifiċjali, għall-fini ta’ esportazzjoni, fl-istruttura ta’ skemi oħra ta’ sorveljanza, eċċ.:




ANNESS V



DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE

(ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/746/KE

(ĠU L 278, 23.10.2001, p. 41)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/905/KE

(ĠU L 335, 19.12.2001, p. 22)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 2

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/270/KE

(ĠU L 93, 10.4.2002, p. 7)

L-Artikolu 3 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/130/KE

(ĠU L 52, 27.2.2003, p. 9)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/575/KE

(ĠU L 196, 2.8.2003, p. 41)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/320/KE

(ĠU L 102, 7.4.2004, p. 75)

L-Artikolu 2 u l-Anness II biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/768/KE

(ĠU L 290, 4.11.2005, p. 27)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE

(ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 u punt 12 ta’ l-Anness

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE

(ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE

(ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 u punt 10 ta’ l-Anness




ANNESS VI



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Deċiżjoni 2001/618/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikoli 1(a) u (b)

Artikolu 1, punti 1 u 2

Artikolu 1(ċ), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 1, punti 3(a) sa (e)

Artikolu 1(d), l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 1, punti 4(a) sa (d)

Artikoli 2(a) u (b)

Artikolu 2 punti 1 u 2

Artikolu 2 (ċ), l-ewwel sat-tielet inċiż

Artikolu 2 punti 3(a) sa (ċ)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3, punt 1

Artikolu 3(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 3, punti 2(a) u (b)

Artikolu 3(ċ), l-ewwel sas-sitt inċiż

Artikolu 3, punti 3(a) sa (f)

Artikolu 4(a)

Artikolu 4, punt 1

Artikolu 4(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 4, punti 2(a) u (b)

Artikolu 4(ċ), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 4, punti 3(a) sa (e)

Artikoli 5 sa 8

Artikoli 5 sa 8

Artikolu 9

—

Artikolu 10

—

—

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Annessi I sa IV

Annessi I sa IV

—

Anness V

—

Anness VI