|
2.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 353/2 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8989 — Sony/EMI Music Publishing)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 353/02)
1.
Fil-21 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sony Corporation of America, (“Sony”, l-Istati Uniti), li tappartjeni għall-grupp Sony, |
|
— |
EMI Music Publishing (“EMI MP”, ir-Renju Unit). |
Sony takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ EMI MP kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Sony: sussidjarja Amerikana ta’ Sony Corporation of Japan, li, direttament u permezz tas-sussidjarji tagħha, hija attiva mad-dinja kollha f’diversi negozji, inklużi prodotti elettroniċi, logħob, servizzi ta’ divertiment — inklużi films, programmi televiżivi, mużika rrekordjata u pubblikazzjoni tal-mużika —, u servizzi finanzjarji,
— EMI MP: pubblikazzjoni ta’ mużika kummerċjali kkontrollata b’mod konġunt minn Sony u Mubadala, li l-katalogu tagħha ilu amministrat minn Sony/ATV Music Publishing (“Sony/ATV”) sa mill-2012.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.8989 — Sony/EMI Music Publishing
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).