|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2599 |
17.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2599
tal-11 ta’ Diċembru 2025
li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2026 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 (1), u (KE) Nru 614/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1), il-punt (a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta’ Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) (4) kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2001 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali bejn l-Unjoni u r-Renju tan-Norveġja għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati. |
|
(2) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula dazju b’rata żero għall-ilmijiet li fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 , u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħra, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 90 10 li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 . |
|
(3) |
Mill-1 ta’ Jannar 2017, il-kodiċi NM 2202 90 ġie sostitwit bil-kodiċijiet NM 2202 91 00 u 2202 99 . Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri l-prodotti tal-kodiċijiet NM 2202 10 00 , ex 2202 91 00 u ex 2202 99 . |
|
(4) |
Il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6) (“il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”) jissospendi temporanjament ir-reġim mingħajr dazju applikat skont il-Protokoll 2 għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilmijiet minerali u ilmijiet aerati, biz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin) u ex 2202 90 10 (xorb ieħor mhux alkoħoliku biz-zokkor) sostitwiti bil-kodiċijiet NM ex 2202 10 00 , ex 2202 91 00 u ex 2202 99 . F’konformità mal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, l-importazzjonijiet ħielsa mid-dazju fuq dawk l-oġġetti, li joriġinaw min-Norveġja, jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota tariffarja b’rata tad-dazju ta’ 0 %. Dazju ta’ 0,047 EUR/litru huwa applikabbli għall-kwantitajiet tal-importazzjoni li jaqbżu dik il-kwota tariffarja. |
|
(5) |
Fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa stabbilit ukoll li jekk il-kwota tariffarja ma tkunx ġiet eżawrita sal-31 ta’ Ottubru ta’ sena partikolari, il-prodotti inkwistjoni għandhom jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. |
|
(6) |
Il-kwota annwali għall-2024 għall-prodotti inkwistjoni miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2169 (7) ma ġietx eżawrita sal-31 ta’ Ottubru 2024. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3001 (8) konsegwentement ippreveda li r-reġim tad-dazju stabbilit fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri ma kellux japplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2025, u b’hekk l-oġġetti kkonċernati ngħataw aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni. |
|
(7) |
Il-Ftehim fil-Forma ta’ Skambju ta’ Ittri jeħtieġ li l-kwota mingħajr dazju għall-prodotti inkwistjoni terġa’ tinfetaħ għall-2026. L-aħħar kwota annwali għal dawk il-prodotti nfetħet għall-2024 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2169. Billi ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2025, huwa xieraq li l-volum tal-kwota għall-2026 jiġi stabbilit fl-istess livell bħalma kien għall-2024. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-kwoti tariffarja tkun ġestita mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f’konformità mar-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (9). |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-kwota tariffarja mingħajr dazju stipulata fl-Anness se tkun miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f’dak l-Anness, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.
2. Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
3. Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota stabbilit fl-Anness, għandu japplika dazju preferenzjali ta’ EUR 0,047 għal kull litru.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja mingħajr dazju msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni,
F’isem il-President,
Stéphane SÉJOURNÉ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/510/oj.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/859/oj.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1973/1691/oj.
(4) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2001 tat-23 ta’ Novembru 2001 li temenda l-Protokolli 2 u 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar prodotti agrikoli proċessati u u oħrajn (ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/140(2)/oj).
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/859/oj.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2169 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2022 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2169/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3001 tat-28 ta’ Novembru 2024 dwar l-għoti ta’ aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni għall-2025 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/3001, 3.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3001/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
ANNESS
Kwota tariffarja bla dazju applikabbli mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2026 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja
|
Nru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kodiċi kodiċi |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Volum tal-Kwota |
||
|
09.0709 |
2202 10 00 |
|
|
23,029 miljun litru Li ma fihomx prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 |
||
|
ex 2202 91 00 |
10 |
|
||||
|
ex 2202 99 11 |
11 19 |
|
||||
|
ex 2202 99 15 |
11 19 |
|
||||
|
ex 2202 99 19 |
11 19 |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2599/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)