02011R0270 — MT — 21.03.2020 — 007.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 076 22.3.2011, p. 4) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1099/2012 tas-26 ta' Novembru 2012 |
L 327 |
14 |
27.11.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/490 tal-21 ta' Marzu 2017 |
L 76 |
8 |
22.3.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/491 tal-21 ta' Marzu 2017 |
L 76 |
10 |
22.3.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/465 tal-21 ta' Marzu 2018 |
L 78I |
1 |
21.3.2018 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/459 tal-21 ta' Marzu 2019 |
L 80 |
1 |
22.3.2019 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019 |
L 182 |
33 |
8.7.2019 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/416 tad-19 ta’ Marzu 2020 |
L 86 |
3 |
20.3.2020 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 270/2011
tal-21 ta’ Marzu 2011
dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, inklużi iżda mhux limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta' dejn;
titoli negozjabbli, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u strumenti ta' dejn, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, kambjali, noti, mandati, obbligi u kuntratti derivattivi;
imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq jew li l-valur tiegħu jiġi minn jew huwa ġġenerat minn assi;
kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ;
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew trattament ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-post, id-drittijiet ta’ proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża l-ġestjoni ta' portafolli;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“iffriżar ta” riżorsi ekonomiċi' tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, li huma l-proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi Statali Eġizzjani, u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. Il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jiġu evitati l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 hija pprojbita.
Artikolu 3
1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati.
2. L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 4
1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi pubbliċi;
maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli jew ir-rimbors ta’ spejjeż assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;
maħsubin esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru konċernat ikun innotifika lill-Istati Membri oħrajn kollha u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.
2. L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.
Artikolu 5
1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2 ġie elenkat fl-Anness I, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfatti l-pretensjonijiet ggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 6
1. L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2 ġie elenkat fl-Anness I; jew
ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet jiġu ffriżati f'konformità mal-Artikolu 2(1).
2. L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, sakemm kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe tali transazzjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 7
B’deroga mill-Artikolu 2 u sakemm ikun dovut ħlas minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati, qabel id-data li fiha dik il-persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal ħlas minn persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness I; u
il-ħlas ma jiksirx l-Artikolu 2(2);
l-Istat Membru kkonċernat għandu, għall-inqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.
Artikolu 8
1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li jsiru disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, imwettaq in buona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun f'konformità ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jimplimentah, jew id-diretturi jew l-impjegati tiegħu, sakemm ma tingħatax prova li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew inżammu b'riżultat ta’ negliġenza.
2. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) ma għandhiex toħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhomx raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.
Artikolu 9
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 2(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jirrisjedu jew jinsabu, kif indikati fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, u għandhom jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.
2. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta.
3. Il-Paragrafu 2 ma għandux iwaqqaf lil Stati Membri milli jiskambjaw dik l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Eġittu u ta' Stati Membri oħra fejn ikun meħtieġ bil-fini li jassistu l-irkupru ta' assi misapproprjati.
Artikolu 10
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti disponibbli għalihom b'rabta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 11
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.
Artikolu 12
1. Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissuġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu konċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3. Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew meta jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp konċernati kif meħtieġ.
4. Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u għall-inqas kull 12-il xahar mill-21 ta' Marzu 2011.
Artikolu 13
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn ikunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti magħmula lilhom.
Artikolu 14
F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li allura ssir komunikazzjoni mal-Kummissjoni, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li għandhom jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni;
abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq b’mod sħiħ jew parzjali fl-Unjoni.
Artikolu 16
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
A. Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)
|
|
Isem (u kwalunkwe psewdonimu) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
|
1. |
Mohamed Hosni Elsayed Mubarak |
Ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 4.5.1928 Raġel |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta’ rkupru ta’ assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta’ Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
|
2. |
Suzanne Saleh Thabet |
Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 28.2.1941 Mara |
Assoċjata ma' Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, li huwa soġġett għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
|
3. |
Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak |
Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 26.11.1960 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
|
4. |
Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh (magħrufa wkoll bħala Heddy Mohamed Magdy Hussein Rassekh) |
Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 5.10.1971 Mara |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta’ rkupru ta’ assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta’ Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma’ Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak. |
|
5. |
Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak |
Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 28.12.1963 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
|
6. |
Khadiga Mahmoud El Gammal |
Mart is-Sur Gamal Mahamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 13.10.1982 Mara |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak. |
|
15. |
Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana |
Ex-Ministru tat-Turiżmu Data tat-twelid: 20.2.1959 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
|
18. |
Habib Ibrahim Habib Eladli |
Ex-Ministru tal-Intern Data tat-twelid: 1.3.1938 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
|
19. |
Elham Sayed Salem Sharshar |
Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli Data tat-twelid: 23.1.1963 Mara |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Habib Ibrahim Eladli. |
|
B. |
Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-liġi Eġizzjana: Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva Isegwi mill-Artikoli 54, 97 u 98 tal-Kostituzzjoni tal-Eġittu, l-Artikoli 77, 78, 124, 199, 214, 271, 272 u 277 tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu u l-Artikoli 93 u 94 tal-Att dwar l-Avukatura tal-Eġittu (il-Liġi Nru 17 tal-1983) li d-drittijiet li ġejjin huma garantiti taħt il-liġi Eġizzjana:
—
lil kull individwu ssuspettat jew akkużat b’reat kriminali:
1.
id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ kwalunkwe att jew deċiżjoni amministrattiva;
2.
id-dritt li jiddefendu ruħhom personalment jew permezz ta’ assistenza legali magħżula minnhom stess jew, jekk ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex iħallsu għall-assistenza legali, din tingħatalhom b’xejn meta l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk;
—
lil kwalunkwe individwu akkużat b’reat kriminali:
1.
id-dritt li jiġu infurmati minnufih, b’lingwa li jifhmu u fid-dettall, dwar in-natura u r-raġuni tal-akkuża kontra tagħhom;
2.
id-dritt għal biżżejjed żmien u l-faċilitajiet xierqa għat-tħejjija tad-difiża tagħhom;
3.
id-dritt li jeżaminaw jew li jaraw li jiġu eżaminati xhieda kontra tagħhom u li jiksbu l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda favur tagħhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħax-xhieda kontra tagħhom;
4.
id-dritt li jkollhom assistenza b’xejn ta’ interpretu jekk ma jkunux jifhmu jew jitkellmu l-lingwa użata fil-qorti. Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
1.
Mohamed Hosni Elsayed Mubarak L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Mubarak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Kawża Fis-27 ta’ Ġunju 2013, is-Sur Mubarak ġie akkużat flimkien ma’ żewġ individwi oħrajn b’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u fis-17 ta’ Novembru 2013 inbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr. Fil-21 ta’ Mejju 2014, dik il-Qorti kkundannat lit-tliet konvenuti. Il-konvenuti kkontestaw din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Fit-13 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal-Kassazzjoni annullat il-verdett u ordnat proċess ġdid. Fil-proċess ġdid, fl-4 u d-29 ta’ April 2015, ġew ippreżentati eċċezzjonijiet bil-fomm u bil-miktub tal-partijiet. Fid-9 ta’ Mejju 2015, il-Qorti Kriminali tal-Kajr ikkundannat lill-konvenuti, ordnat l-għoti lura tal-fondi miżapproprjati u ordnat il-ħlas ta’ multa. Fl-24 ta’ Mejju 2015, tressaq appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Fid-9 ta’ Jannar 2016, il-Qorti tal-Kassazzjoni kkonfermat il-kundanni. Fit-8 ta’ Marzu 2016, il-konvenuti laħqu ftehim fil-Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf bid-Digriet Nru 2873 tal-2015 tal-Prim Ministru. Dak il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri fid-9 ta’ Marzu 2016. Dak il-ftehim ma tressaqx quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni għall-approvazzjoni finali mill-Prosekutur Ġenerali peress illi l-Kumitat ta’ Esperti ma kienx il-kumitat kompetenti. Huwa miftuħ għall-konvenuti li jressqu talba għal ftehim lill-kumitat kompetenti, il-Kumitat Nazzjonali għall-irkupru tal-assi li jinsabu barra l-pajjiż (NCRAA). F’Marzu 2019, l-ammont tal-multa ġie rkuprat. Is-somma ta’ restituzzjoni qed tiġi rkuprata permezz ta’ talbiet għal assistenza legali reċiproka indirizzati mill-awtoritajiet Eġizzjani lil żewġ pajjiżi terzi.
2.
Suzanne Saleh Thabet L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sa Thabet ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Ordni ta’ ffriżar Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sa Thabet u lil individwi oħra milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Qorti kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta’ projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sa Thabet ma kkontestatx id-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2011.
3.
Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Alaa Mubarak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Ordni ta’ ffriżar Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sur Alaa Mubarak u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta’ projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sur Alaa Mubarak ma kkontestax id-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2011. L-ewwel kawża Il-konvenut ġie riferut flimkien ma’ individwu ieħor lill-qorti tal-proċess (il-Qorti Kriminali tal-Kajr) fit-30 ta’ Mejju 2012. Fis-6 ta’ Ġunju 2013, il-Qorti bagħtet il-kawża lura lill-prosekuzzjoni pubblika għal aktar investigazzjonijiet. Wara l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet, il-kawża reġgħet ġiet riferuta lill-Qorti. Fil-15 ta’ Settembru 2018, il-Qorti Kriminali tal-Kajr tat sentenza li permezz tagħha: (i) talbet lill-kumitat ta’ esperti li kienet ħatret biex jikkomplementa r-rapport tal-esporti li kien ippreżenta lill-qorti f’Lulju 2018; (ii) ordnat l-arrest tal-konvenuti; u (iii) talbet li l-konvenuti jiġu riferuti lill-Kumitat Nazzjonali għall-irkupru tal-assi li jinsabu barra l-pajjiż (NCRAA) bil-ħsieb ta’ rikonċiljazzjoni possibbli. Il-konvenuti kkontestaw b’suċċess l-ordni ta’ arrest u, wara mozzjoni ta’ skwalifika tal-bord ġudizzjarju, il-kawża ġiet riferuta lil ċirkwit ieħor tal-qorti kriminali biex jiġu riveduti l-merti, li lliberatu fit-22 ta’ Frar 2020. Din id-deċiżjoni mhijiex finali u għadha tista’ tiġi appellata mill-Prosekuzzjoni Pubblika. It-tieni kawża Fis-27 ta’ Ġunju 2013, is-Sur Alaa Mubarak ġie akkużat flimkien ma’ żewġ individwi oħrajn b’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u fis-17 ta’ Novembru 2013 inbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr. Fil-21 ta’ Mejju 2014, dik il-Qorti kkundannat lit-tliet konvenuti. Il-konvenuti kkontestaw din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Fit-13 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal-Kassazzjoni annullat il-verdett u ordnat proċess ġdid. Fil-proċess ġdid, fl-4 u d-29 ta’ April 2015, ġew ippreżentati eċċezzjonijiet bil-fomm u bil-miktub tal-partijiet. Fid-9 ta’ Mejju 2015, il-Qorti Kriminali tal-Kajr ikkundannat lill-konvenuti, ordnat l-għoti lura tal-fondi miżapproprjati u ordnat il-ħlas ta’ multa. Fl-24 ta’ Mejju 2015, tressaq appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Fid-9 ta’ Jannar 2016, il-Qorti tal-Kassazzjoni kkonfermat il-kundanni. Fit-8 ta’ Marzu 2016, il-konvenuti laħqu ftehim fil-Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf bid-Digriet Nru 2873 tal-2015 tal-Prim Ministru. Dak il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri fid-9 ta’ Marzu 2016. Dak il-ftehim ma tressaqx quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni għall-approvazzjoni finali mill-Prosekutur Ġenerali għaliex il-Kumitat ta’ Esperti ma kienx il-kumitat kompetenti. Huwa miftuħ għall-konvenuti li jressqu talba għal ftehim lill-kumitat kompetenti, il-Kumitat Nazzjonali għall-irkupru tal-assi li jinsabu barra l-pajjiż (NCRAA). F’Marzu 2019, l-ammont tal-multa ġie rkuprat. Is-somma ta’ restituzzjoni qed tiġi rkuprata permezz ta’ talbiet għal assistenza legali reċiproka indirizzati mill-awtoritajiet Eġizzjani lil żewġ pajjiżi terzi.
4.
Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sa Rasekh ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Ordni ta’ ffriżar Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sa Rasekh u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta’ projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sa Rasekh ma kkontestatx id-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2011.
5.
Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Gamal Mubarak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Ordni ta’ ffriżar Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sur Gamal Mubarak u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Qorti kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta’ projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sur Gamal Mubarak ma kkontestax id-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2011. L-ewwel kawża Is-Sur Gamal Mubarak u individwu ieħor ġew riferuti lill-qorti tal-proċess (il-Qorti Kriminali tal-Kajr) fit-30 ta’ Mejju 2012. Fis-6 ta’ Ġunju 2013, il-Qorti bagħtet il-kawża lura lill-prosekuzzjoni pubblika għal aktar investigazzjonijiet. Wara l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet, il-kawża reġgħet ġiet riferuta lill-qorti. Fil-15 ta’ Settembru 2018, il-Qorti Kriminali tal-Kajr tat sentenza li permezz tagħha: (i) talbet lill-kumitat ta’ esperti li kienet ħatret biex jikkomplementa r-rapport tal-esporti li kien ippreżenta lill-Qorti f’Lulju 2018; (ii) ordnat l-arrest tal-konvenuti; u (iii) talbet li l-konvenuti jiġu riferuti lill-Kumitat Nazzjonali għall-irkupru tal-assi li jinsabu barra l-pajjiż (NCRAA) bil-ħsieb ta’ rikonċiljazzjoni possibbli. Il-konvenuti kkontestaw b’suċċess l-ordni ta’ arrest u, wara mozzjoni ta’ skwalifika tal-bord ġudizzjarju, il-kawża ġiet riferuta lil ċirkwit ieħor tal-qorti kriminali biex jiġu riveduti l-merti, li lliberatu fit-22 ta’ Frar 2020. Din id-deċiżjoni mhijiex finali u għadha tista’ tiġi appellata mill-Prosekuzzjoni Pubblika. It-tieni kawża Fis-27 ta’ Ġunju 2013, is-Sur Gamal Mubarak ġie akkużat flimkien ma’ żewġ individwi oħrajn b’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u fis-17 ta’ Novembru 2013 inbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr. Fil-21 ta’ Mejju 2014, dik il-Qorti kkundannat lit-tliet konvenuti. Il-konvenuti kkontestaw din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Fit-13 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal-Kassazzjoni annullat il-verdett u ordnat proċess mill-ġdid. Fil-proċess mill-ġdid, fl-4 u d-29 ta’ April 2015, ġew ippreżentati eċċezzjonijiet bil-fomm u bil-miktub tal-partijiet. Fid-9 ta’ Mejju 2015, il-Qorti Kriminali tal-Kajr ikkundannat lill-konvenuti, ordnat l-għoti lura tal-fondi miżapproprjati u ordnat il-ħlas ta’ multa. Fl-24 ta’ Mejju 2015, tressaq appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Fid-9 ta’ Jannar 2016, il-Qorti tal-Kassazzjoni kkonfermat il-kundanni. Fit-8 ta’ Marzu 2016, il-konvenuti laħqu ftehim fil-Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf bid-Digriet Nru 2873 tal-2015 tal-Prim Ministru. Dak il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri fid-9 ta’ Marzu 2016. Dak il-ftehim ma tressaqx quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni għall-approvazzjoni finali mill-Prosekutur Ġenerali għaliex il-Kumitat ta’ Esperti ma kienx il-kumitat kompetenti. Huwa miftuħ għall-konvenuti li jressqu talba għal ftehim lill-kumitat kompetenti, il-Kumitat Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi Barra l-Pajjiż (NCRAA). F’Marzu 2019, l-ammont tal-multa ġie rkuprat. Is-somma ta’ restituzzjoni qed tiġi rkuprata permezz ta’ talbiet għal assistenza legali reċiproka indirizzati mill-awtoritajiet Eġizzjani lil żewġ pajjiżi terzi.
6.
Khadiga Mahmoud El Gammal L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sa El Gammal ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Ordni ta’ ffriżar Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sa Khadiga El Gammal u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta’ projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sa El Gammal ma kkontestatx id-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2011.
15.
Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Garrana ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Kawża L-investigazzjoni marbuta mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni tal-fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Garrana ma ġewx rispettati.
18.
Habib Ibrahim Habib Eladli L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Eladli ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Kawża Is-Sur Eladli ġie riferut mill-imħallef li mexxa l-investigazzjoni lill-qorti tal-proċess kompetenti fuq akkużi ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. Fis-7 ta’ Frar 2016, il-Qorti ddeċidiet li l-assi tas-Sur Eladli, tal-konjuġi tiegħu u tal-iben minorenni tiegħu għandhom jiġu ffriżati. Skont dik id-deċiżjoni tal-Qorti, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni ta’ ffriżar fl-10 ta’ Frar 2016 f’konformità mal-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Fil-15 ta’ April 2017, il-Qorti kkundannat lill-konvenut. Il-konvenut ikkontesta din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni, li annullat il-verdett fil-11 ta’ Jannar 2018 u ordnat proċess ġdid. Fil-proċess ġdid, fid-9 ta’ Mejju 2019 huwa ġie ordnat iħallas multa. Kemm il-Prosekuzzjoni Pubblika kif ukoll is-Sur Eladli appellaw din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Il-kawża għadha pendenti quddiem dik il-Qorti.
19.
Elham Sayed Salem Sharshar L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sa Sharshar ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari kif ġej: Ordni ta’ ffriżar Ir-raġel tas-Sa Sharshar ġie riferut mill-imħallef li mexxa l-investigazzjoni lill-qorti tal-proċess kompetenti fuq akkużi ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. Fis-7 ta’ Frar 2016, il-Qorti ddeċidiet li l-assi ta’ żewġha, tagħha u dawk tal-iben minorenni tagħhom għandhom jiġu ffriżati. Skont dik id-deċiżjoni tal-Qorti, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni ta’ ffriżar fl-10 ta’ Frar 2016 f’konformità mal-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-konvenut, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak il-konvenut. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, il-konvenuti għandhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta’ projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sa Sharshar ma kkontestatx id-deċiżjoni tal-Qorti. |
ANNESS II
Lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 5(1), fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 9(1)(a) u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu