|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4202 |
28.6.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11590 — CVC / HEMPEL INVEST / HEMPEL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4202)
1.
Fil-21 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey), |
|
— |
Hempel Invest A/S (“Hempel Invest”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Hempel Fonden (id-Danimarka), |
|
— |
Hempel A/S (“Hempel”, id-Danimarka) attwalment ikkontrollata biss minn Hempel Invest. |
CVC u Hempel Invest se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Hempel.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CVC huwa maniġer ta’ investiment alternattiv globali ffukat fuq l-ekwità privata, il-kreditu u s-secondaries. Il-fondi li jirċievu pariri u gestiti mis-CVC għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, is-sustanzi kimiċi, l-utilitajiet, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, fl-Ewropa, l-Istati Uniti u r-reġjun Asja-Paċifiku, |
|
— |
Hempel Invest hija sussidjarja tal-fondazzjoni filantropista Hempel Fonden u l-kumpanija omm ta’ Hempel. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Hempel huma l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ żebgħa u soluzzjonijiet ta’ kisi, użati b’mod partikolari għal skopijiet dekorattivi, tal-baħar, industrijali, tal-enerġija u tal-infrastruttura.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11590 — CVC / HEMPEL INVEST / HEMPEL
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4202/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)