Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex tiqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2007/0097 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.3.2007 KUMM(2007) 97 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex tiqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, huwa ftehim "imħallat", li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999, jiġifieri qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Għaldaqstant jinħtieġ li jitħejja Protokoll għall-FPK li jippermetti l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda għall-Ftehim, skond l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni anness mat-Trattat ta' Adeżjoni tal-25 ta' April 2005. Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati , f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mal-Ġeorġja bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni. Sussegwentement, intemmu n-negozjati mal-Ġeorġja. Mehmuż hawn it-test tal-protokoll innegozjat. Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu: - Jieħu deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja tal-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha; - jikkonkludi l-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex tiqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 1. It-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, tinnegozja mal-Ġeorġja Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. 2. Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll li beda fi *[Data]* għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. 3. Il-Protokoll għandu jiġi applikat b' mod temporanju sa mill-1 ta' Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill b'dan tingħatalu l-awtorità li jaħtar persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w), f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar 'il quddiem. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi temporanja mill-1 ta' Jannar 2007. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM TA' PARTENARJAT U KOOPERAZZJONI (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FPK IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, R-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ minn hawn ’il quddiem imsejħa 'l-Istati Membri', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIMKA, minn hawn ’il quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, Min-naħa waħda, u l- ĠEORĠJA min-naħa l oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-'Partijiet' għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn Ġeorġja u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni fl-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn il-Georġja u l-Unjoni Ewropea, FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-FPK, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li ġie ffirmat fi Brussell fit-28 ta' Novembru 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998, u li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta' April 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999 (minn hawn 'il-quddiem 'il-Ftehim'), u għandhom jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, ta' l-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta' ittri u Dikjarazzjonijiet mill-Ġeorġja annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll ta' Ftehim tat-30 ta' April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005. Artikolu 2 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim. Artikolu 3 1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Ġeorġja skond il-proċeduri tagħhom stess. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 1. Dan it-2 Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni. 3. Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b'effet mill-1 ta' Jannar 2007. Artikolu 5 1. It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta' April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u dik Rumena. 2. Dawn jinsabu annessi ma' dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokoll mal-Ftehim tat-30 ta' April 2004. Artikolu 6 Dan il-Ftehim huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Ġeorġjana, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku. Magħmul fi ... fi .... tas-sena 2007. GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦALL-ĠEORĠJA [1] ĠU C […], […], p. […].