12006M001

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu I - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu 1

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0010 - 0010
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0010 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0152 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0004


Artikolu 1

Permezz ta’ dan it-Trattat, Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA qegħdin jistabbilixxu bejniethom l-UNJONI EWROPEA, hawn iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni".

Dan it-Trattat huwa pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli ta’ l-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin.

L-Unjoni ser tiġi stabbilita fuq il-Komunitajiet Ewropej, b’żieda ta’ linji politiċi u forom ta’ kooperazzjoni stabbiliti permezz ta’ dan it-Trattat. Ix-xogħol tagħha ser ikun dak li torganizza, b’mod li jixhed konsistenza u solidarjetà, ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u bejn il-popli tagħhom.

--------------------------------------------------