|
13.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11188 — OCTOPUS ENERGY / LEGAL & GENERAL CAPITAL INVESTMENTS / KENSA GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 246/08)
1.
Fit-28 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Octopus Energy Group Limited (“Octopus”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn CPP Investment Board Private Holdings Inc. (“CPP”, il-Kanada), GIM Willow LP (“GIM”, ir-Renju Unit), Origin Energy International Holdings PTY Ltd. (“OEI”, l-Awstralja) u Octopus Energy Holdco Ltd. (“OEH”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Legal & General Capital Investiments Limited (“LGC”, ir-Renju Unit), ikkontrollata biss minn Legal & General Group plc (“L&G Group”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Kensa Group Limited (“Kensa”, ir-Renju Unit). |
Octopus u LGC se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kensa, li bħalissa hija taħt il-kontroll esklużiv ta’ LGC.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Octopus tispeċjalizza fil-provvista ta’ enerġija rinnovabbli lil klijenti konsumaturi u kummerċjali inkluż fil-Ġermanja, Spanja, l-Italja u Franza. Octopus hija involuta ukoll fil-ġenerazzjoni tal-enerġija ekoloġika (fil-biċċa l-kbira parks eoliċi u solari), l-installazzjoni ta’ servizzi tal-enerġija (eż. pompi tas-sħana minn sorsi tal-arja, ċarġers tal-vetturi elettriċi u miters intelliġenti) u l-kiri ta’ vetturi elettriċi. Barra minn hekk, Octopus tinvesti u timmaniġġja portafoll ta’ assi tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ fondi ta’ investiment. |
|
— |
LGC hija kumpanija ta’ investiment li tinvesti f’diversi setturi, inklużi l-enerġija nadifa u l-proprjetà immobbli kummerċjali speċjalizzata. L-investimenti tal-LGC fl-enerġija nadifa jinkludu ċ-ċelloli solari tal-ġenerazzjoni li jmiss, it-teknoloġiji tal-batteriji u tar-robotika, il-ġestjoni tal-assi tal-enerġija rinnovabbli, is-software għad-dekarbonizzazzjoni tad-djar, il-materjali tal-bini b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-enerġija mill-fużjoni. |
|
— |
Kensa timmanifattura u tipprovdi pompi tas-sħana minn sorsi terrestri (“GSHPs”) u aċċessorji. Hija tipprovdi wkoll servizzi ta’ installazzjoni tas-sistema GSHP u servizzi ta’ disinn tas-sistema GSHP lil installaturi terzi, speċifikaturi u fornituri tad-djar. Kensa hija prinċipalment attiva fir-Renju Unit u sa ċertu punt tipprovdi pompi tas-sħana lin-Netherlands kif ukoll lil New Zealand. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11188 — OCTOPUS ENERGY / LEGAL & GENERAL CAPITAL INVESTMENTS / KENSA GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).