|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5512 |
11.9.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11644 – VREP / GILDE SFS / CONTEYOR / KTP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5512)
1.
Fit-3 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Gilde SFS B.V. (“Gilde SFS”, in-Netherlands), |
|
— |
VR Equitypartner GmbH (“VREP”, il-Ġermanja), |
|
— |
SFS Group B.V. (“SFS Group”, in-Netherlands), |
|
— |
KTP Holding GmbH (“KTP Holding”, il-Ġermanja). |
Gilde SFS u VREP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SFS Group u KTP Holding.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Gilde SFS hija kumpanija azzjonarja kkontrollata minn Gilde Equity Management li permezz tagħha tinvesti f’diversi intrapriżi ta’ daqs medju u kbar, partikolarment fil-Belġju, fil-Lussemburgu, u fin-Netherlands, |
|
— |
VREP hija kumpanija ta’ investiment li prinċipalment tappoġġa kumpaniji ta’ daqs medju f’pajjiżi tal-Ewropa li jitkellmu bil-Ġermaniż, |
|
— |
SFS Group huwa l-kumpanija azzjonarja ta’ Conteyor, li hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jiġi rritornat, bħal tessuti tekniċi, prodotti termoformati, kontenituri tal-plastik, u xkafef tal-metall, |
|
— |
KTP Holding hija l-kumpanija holding ta’ KTP Group, grupp Ġermaniż attiv fil-qasam tas-soluzzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jiġi rritornat li huwa partikolarment iffukat fuq il-manifattura ta’ kontenituri tal-plastik li jintwew għall-ħżin u għat-trasport. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11644 – VREP / GILDE SFS / CONTEYOR / KTP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5512/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)