9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9511 — Macquarie Group/Ocean Breeze Energy and Perikles)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 304/05)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sage Holdings S.à.r.l (il-Lussemburgu), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

Ocean Breeze Energy GmbH & Co. KG u Perikles 20092 Vermögensverwaltung GmbH (flimkien riferuti bħala l-“Impriża fil-Mira”, il-Ġermanja).

Macquarie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Impriża fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Macquarie: fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġestjoni tal-fondi,

—   l-Impriża fil-Mira: hija proprjetarja u tħaddem (i) il-park eoliku Bard Offshore 1 li jikkonsisti fi 80 ġeneratur tat-turbini tar-riħ, l-istazzjon tiegħu ta’ transformazzjoni u l-cables interni relattivi, (ii) il-barkun li jogħla waħdu Wind Lift I u (iii) l-park eoliku fuq l-art Rysumer Nacken, li jikkonsistu f’żewġ ġeneraturi ta’ turbini tar-riħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9511 — Macquarie Group/Ocean Breeze Energy and Perikles

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 2, 14.12.2013, p. 2.